L-Università ta' Malta
 

Applika Issa
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

Find a CourseApplikazzjonijiet online għad-dħul fl-Università ta’ Malta

Merħba għall-faċilità tal-applikazzjonijiet online tal-Università ta’ Malta.

Meta japplikaw online l-applikanti jibbenefikaw mill-vantaġġi li ġejjin:
  • tapplika mill-kumdità u l-privatezza ta’ darek
  • disponibbli 24 siegħa kuljum għall-konvenjenza tiegħek
  • formola tal-applikazzjoni iktar sempliċi biex timtela
  • verifika tal-formola f’ħin reali b’inqas riskju li timla d-dettalji b’mod inkorrett
  • għajnuna online għal kull sezzjoni tal-formola tal-applikazzjoni
  • il-faċilità li tħallas il-miżata għall-applikazzjoni permezz ta' sistema protetta ta' ħlas online.

Qed jintlaqgħu l-Applikazzjonijiet Online għall-korsijiet li se jibdew f'Ottubru 2012.


Applikanti bi Kwalifiki Barranin

Applikanti li għandhom kwalifiki barranin jistgħu japplikaw għal korsijiet fl-Università ta' Malta matul is-sena. Jingħata parir lill-applikanti biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom lill-Admissions & Records Office kemm jista' jkun kmieni. L-applikazzjonijiet għal dawk l-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-korsijiet li se jiftħu f'Ottubru 2012 jiftħu f'Novembru 2011. Iktar informazzjoni tista' tinkiseb minn hawnhekk.

Informazzjoni dwar kif timtela l-applikazzjoni online tista' tinkiseb hawnhekk.

Jekk m’intix ċert x’kors għandek tapplika għalih jew kif, saqsina! Tista’ tagħmel kuntatt magħna permezz ta’ din il-formola ta’ informazzjoni online.

Huwa tajjeb li ssir applikazzjoni kemm jista' jkun kmieni speċjalment minn dawk l-applikanti li għandhom bżonn visa biex jidħlu Malta.

Tista’ tara l-informazzjoni kollha relatata fuq is-sit elettroniku tal-International & EU Office.

Applikanti bi Kwalifiki Lokali

L-applikanti li jippreżentaw kwalifiki lokali biex jidħlu fl-Università ta’ Malta huma mħeġġa japplikaw online għal dawk il-korsijiet li se jibdew f'Ottubru 2012.

Aktar informazzjoni dwar kif timtela l-applikazzjoni online tista’ tinstab hawnhekk.

Aħna nagħmlu minn kollox biex il-proċess tal-applikazzjoni jkun sempliċi kemm jista’ jkun. Jekk jogħġobkom toqogħdux lura milli tikkuntattjawna bil-kummenti tagħkom permezz tal-email.   

 
 
Aġġornata l-aħħar: 9/3/2012

Log In