L-Università ta' Malta
 

Aħbarijiet 2009
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

Il-Milied fuq il-Kampus

Il-Milied fuq il-Kampus kien organizzat mill-Università ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kappellanija tal-Università u l-KSU u bl-għajnuna sħiħa tad-DegreePlus u bosta organizzazzjonijiet tal-istudenti.

Kien hemm ħafna attivitajiet bħaċ-Ċelebrazzjoni Ekumenika, spettakli minn bosta korijiet, gruppi u baned kif ukoll biegħ ta’ pjanti, xorb sħun ta’ nbid u mince pies magħmulin mill-voluntiera.

Il-qligħ mill-attivitajiet tal-Milied fuq il-Kampus u minn ġabra li saret mill-istudenti u l-istaff, li jammonta għall-ħamset elf u mitt ewro, se jitqassmu ndaqs bejn id-Dar tal-Providenza, Siġġiewi; L-Angels Home fl-Etjopja u L-Istrina.

Is-Sur Mark Debono, id-Direttur tas-Servizzi Finanzjarji tal-Università, ippreżenta ċ-ċekkijiet lill-Rev. Martin Micallef, id-Direttur tad- Dar tal-Providenza Siggiewi; Is-Sa Monica Tonna Barthet, il-fondatriċi tal-Angels Home fl-Etjopja.

Il-fondi għall-Istrina ġew ippreżentati nhar is-26 ta’ Diċembru.


 


 

Milied 2009 fuq il-Kampus

Għadd ta' attivitajiet tal-Milied qed jiġu organizzati mill-Università ta' Malta flimkien mal-Kappellanija tal-Università u l-KSU u bl-għajnuna ta' DegreePlus u għadd ta' organizzazzjonijiet tal-istudenti.

Ikklikkja hawn għall-informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet.

 


 

Ix-Xjenza fl-Ikel u fl-Iblies

Ix-Xjenza f’dak li Tiekol u f’dak li Tilbes – Il-Metodu tax-Xjenza Domestika u tal-Istudji tat-Tessuti

L-uffiċċju għall-Istudji dwar in-Nutrizzjoni, il-Familja u l-Konsumatur (Nutrition, Family & Consumer Studies – NFCS) fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta (UoM) u l-organizzazzjoni professjonali Home Economists in Action (HEiA), dan l-aħħar ingħaqdu flimkien biex iwaqqfu stand interattiv fil-Festival tax-Xjenza u t-Teknoloġija li kien organizzat fuq il-kampus mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (Malta Council for Science and Technology – MCST) bejn it-23 u d-29 ta’ Novembru.  L-istaff fl-istand kienu studenti li qed isegwu l-kors tal-B.Ed. (Hons) fl-NFCS, lekċerers tal-NFCS u membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-HEiA.

It-tema tal-istand kienet 'The science behind what you eat and what you wear – The Home Economics and Textiles Studies approach' – 'Ix-xjenza f’dak li tiekol u f’dak li tilbes – Il-Metodu tax-Xjenza Domestika u tal-Istudji tat-Tessuti'.  L-għan tagħha kien li teduka lill-viżitaturi dwar diversi fatti xjentifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ għażliet u azzjonijiet ta’ kuljum.

Il-wirja fl-istand kienet tiffoka fuq l-ikel tajjeb għas-saħħa b’mod ġenerali, fuq l-ipproċessar involut fit-tipi differenti ta’ ħalib li jinsabu fis-suq lokali (per eżempju frisk, trab tal-ħalib, evaporat, trattat b’temperatura għolja ħafna [li jservi fit-tul], ikkondensat), kif ukoll fuq kif terġa’ tuża tessuti billi tuża metodi kreattivi (per eżempju torbot u tiżbogħ [tie and dye], insiġ, collage) għal tessuti differenti tat-tagħmir u oġġetti funzjonali oħra (per eżempju kuxxin, kisi, purtieri u kisi li jiddendlu mal-ħajt, basktijiet).  Ir-riżorsi għall-wiri saru minn gradwati u studenti fil-B.Ed. (Hons) NFCS jew mill-istudenti tal-Istudji tat-Tessuti fi skejjel Sekondarji.

Diversi drabi kuljum matul il-ġimgħa tal-festival kien hemm dimostrazzjonijiet ta’ numru ta’ esperimenti sempliċi.  Dawn kienu jinkludu kif tittestja jekk bajda hix friska, l-investigazzjoni ta’ kemm diversi xorb itebbgħu l-enemel tas-snien, l-ittestjar għall-kontenut tax-xaħam fl-ikel, l-investigazzjoni tal-ħmira bħala kimika li tgħolli u d-dimostrazzjonijiet tat-tensjoni tal-wiċċ u tal-funzjoni tad-diterġenti.  Dawn id-dimostrazzjonijiet ġibdu lejn l-istand viżitaturi ta’ kull età, u l-ispjegazzjonijiet kienu immirati lejn l-etajiet differenti.

Dawk li żaru l-istand ingħataw ukoll informazzjoni dwar ix-Xjenza Domestika u l-Istudji tat-Tessuti – żewġ suġġetti li huma offruti fl-iskejjel Sekondarji tal-istat u f’xi wħud mhux tal-istat.

Ix-Xjenza Domestika hija suġġett li jgħin liż-żgħażagħ isiru iktar responsabbli u jagħmlu għażliet iktar tajbin fejn jidħlu id-dieta, is-saħħa u s-sigurtà, l-użu tal-flus, tal-enerġija, tal-ilma u ta’ riżorsi oħra, u fejn jidħlu l-irwoli tagħhom bħala konsumaturi u bħala membri ta’ familja u tas-soċjetà.  Dan iwassalhom biex jaħsbu dwar il-bżonnijiet, id-drittijiet u r-responsabbilitajiet tagħhom kemm t’issa kif ukoll fil-futur.

L-Istudji tat-Tessuti huwa suġġett li jrawwem il-kreattività fiż-żgħażagħ, u jgħinhom jiddisinjaw u jagħmlu ħwejjeġ u oġġetti biex iżejnu d-dar.  L-istudenti jibbażaw l-għażliet tagħhom fuq l-għarfien tal-karatteristiċi ta’ fibri u materjali differenti, fuq prinċipji sodi ta’ kulur u disinn u fuq esperimentazzjoni ta’ proċessi differenti ta’ tilwin u struttura.

Kemm fix-Xjenza Domestika kif ukoll fl-Istudji tat-Tessuti, l-istudenti jitgħallmu dwar, jaraw u jipprattikaw l-applikazzjoni ta’ prinċipji xjentifiċi.  Dawn huma inkoraġġuti u offruti sfida biex jaħsbu b’mod kritiku, biex jinvestigaw u biex ikunu kreattivi u innovattivi.

Jekk tixtiequ iktar informazzjoni dwar ix-Xjenza Domestika u l-Istudji tat-Tessuti tistgħu tikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Immaniġġjar tal-Kurrikulu u l-e-Learning tad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni
Tel: +356 2558 7102
Email
L-Uffiċċju tal-NFCS fil-Fakultà tal-Edukazzjoni
Tel: 2340 2965
Email
Il-HEiA
Email

L-uffiċċju tal-NFCS imexxi l-kors tal-B.Ed. (Hons) fl-Istudji dwar in-Nutrizzjoni, il-Familja u l-Konsumatur u l-kors tal-M.Ed. fl-Istudji tas-Saħħa, tal-Familja u tal-Konsumatur fl-Università ta’ Malta. 

Il-HEiA hija l-assoċjazzjoni professjonali għall-edukaturi u l-istudenti universitarji tal-NFCS, tax-Xjenza Domestika u l-Istudji tat-Tessuti.

Nutrition, Family & Consumer Studies

Nutrition, Family & Consumer Studies

Nutrition, Family & Consumer Studies

 


 

Studenti Barranin Jitgħallmu l-Malti

Foreign Students Learn Maltese
Erbatax-il student temmew b’suċċess Kors Intensiv fil-Lingwa fil-programm ERASMUS (ERASMUS Intensive Language Course EILC), li sar bejn l-14 ta’ Settembru u d-9 ta’ Ottubru 2009. Il-kors, li kien organizzat mill-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE tal-Università ta’ Malta, kien iffinanzjat permezz ta’ għajnuna mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi ħdan il-qafas tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, (ERASMUS). Il-kors tmexxa mill-Iskola Internazzjonali tal-Lingwi tal-Università ta’ Malta.

Il-kors kien miftuħ għal studenti tal-ERASMUS li kienu qed isegwu perjodu ta’ mobilità fl-Università ta’ Malta matul is-sena akkademika preżenti 2009/10. L-EILC għandu l-għan li jipprovdi opportunità lil studenti biex jiksbu għarfien tal-Lingwa Maltija. L-istudenti segwew 60 siegħa ta’ studju f’forma ta’ lekċers u għaddew b’suċċess il-valutazzjoni li saret fl-aħħar tal-kors. Il-komponent kulturali tal-kors kellu l-għan li jesponi lill-parteċipanti għall-aspetti storiċi u kulturali tal-Gżejjer Maltin, u jressaqhom eqreb lejn il-kultura u l-istil ta’ ħajja Maltija.

Saru żjarat li kienu jinkludu turs storiċi tal-Belt Valletta, tal-Imdina, tal-Mosta u ta’ Marsaxlokk. Postijiet oħra ta’ interess li żaru kienu t-Tempji ta’ Ħal Tarxien u d-Domus Romana. Bħala parti mill-avvenimenti ttellgħet serata kulturali lejn l-aħħar tal-kors. Dan l-avveniment kien jinkludi taħdita dwar l-ikel Malti u l-leġġendi Maltin, li kienet ikkomplementata b’riċeviment li matulu ġie servut ikel u xorb tipikament Malti.

Il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati saret fil-Librerija tal-Bini tal-Università l-Qadima l-Belt Valletta.  Iċ-ċertifikati ġew ippreżentati mill-Prorettur għall-Affarijiet Akkademiċi, il-Professur Alfred J. Vella u mid-Direttur tal-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE, is-Sa Stefania Fabri. Kienu preżenti wkoll Dr Maureen Cole, id-Delegat tar-Rettur għall-Benesseri tal-Istudenti Internazzjonali, is-Sa Katia Saliba mill-Iskola Internazzjonali tal-Lingwi, is-Sur Godfrey Magri, l-għalliem tal-kors, is-Sur Carl Grech u s-Sa Nadya Papagiorcopulo, mill-KSU u s-Sa Angele Patiniott u s-Sa Alison Bone mill-Uffiċċju Internazzjonali u tal-UE.

Lifelong Learning Programme        Lifelong Learning Programme        Lifelong Learning Programme

 


 

Jum it-Twaqqif tal-Università

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Università ta' Malta organizzat kunċert biex tiċċelebra Jum it-Twaqqif tal-Università - Il-Kunċert f'Ġieħ t-Twaqqif tal-Università.

Mitejn u erbgħin sena ilu l-Gran Mastru Pinto ried iwaqqaf ‘Pubblica Università di Studi Generali’. Id-digriet li jwaqqaf l-Università ġie ffirmat minn Pinto fit-22 ta’ Novembru 1769. Id-digriet ittrasforma il-wirt tal- Collegium Melitense f'universita pubblika.

Ikklikkja hawn biex tara  xi ritratt li ttieħdu waqt din l-okkażjoni.

Avveniment ieħor seħħ erbgħin sena ilu meta il-Prinċep Karlu fetaħ il-kampus tal-Imsida f'Tal-Qroqq.

Iktar informazzjoni dwar l-istroja tal-Universita ta' Malta tinsab hawn.

 


 

Il-Bijoteknoloġija tas-Saħħa

 erdfmalti

It-Titjib tal-Faċilitajiet għall-Bijoteknoloġija tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, il-Programm Operattiv I.  Il-proġett 'It-Titjib tal-Faċilitajiet għall-Bijoteknoloġija tas-Saħħa' huwa sforz konġunt bejn il-Laboratorju tal-Ġenetika Molekulari tad-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u l-Bijokimika, id-Dipartimenti tal-Patoloġija, tal-Farmakoloġija u t-Terapewtika, tal-Anatomija u tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bl-involviment tal-Istitut tal-Agrikoltura u tad-Dipartiment tal-Bijoloġija. Il-fokus huwa fuq il-ġenetika umana u l-impatt tagħha fis-settur tas-saħħa fuq l-iskoperta, id-dijanjosi u l-mediċini innovattivi.

Dan jibni fuq is-suċċess ta’ qabel fir-riċerka fuq il-Ġenetika tal-Emoglobina u t-Talassemija permezz tal-Programm Nazzjonali tal-Ġenetika li qed jevolvi. Dan il-proġett huwa maħsub li jippromwovi aktar l-iżvilupp ta’ faċilità għall-Bijoteknoloġija tas-Saħħa li ttejjeb il-potenzjal ta’ Malta għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għar-riċerka u l-iżvilupp f’dan il-qasam ta’ prijorità għolja. Dan ikun jista’ jippermetti riċerka ta’ livell għoli fl-oqsma tas-Saħħa u tal-Bijoteknoloġija Medika, b’mod partikulari fil-Ġenetika, fil-Proteomics u fil-PharmacoGenetics.  Il-ġenomika funzjonali ta’ mard ereditarju, malinn u newroloġiku mal-Bijoinformatika tifforma l-bażi għal terapewtika ġdida għat-talassemija, għad-dijabete u l-mard tal-qalb, għall-kanċer, għall-mard newroloġiku u għall-marda coeliac. Il-proġett se jirriżulta fit-twaqqif ta’ Unità għall-Bijoteknoloġija tas-Saħħa (Biotechnology for Health Unit) kompletament funzjonali, mgħammra bi strumentazzjoni li tagħmel użu minn teknoloġiji mill-aktar moderni fil-bijoloġija ċellulari u molekulari b’bijo-informatika avvanzata, imħaddma għal standards tal-aħjar prattika disponibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għar-riċerkaturi u tippromwovi proġetti ta’ riċerka kollaborattiva bejn l-industrija u l-akkademja.

Dan il-proġett ser iservi bħala għodda ta’ tagħlim biex itejjeb il-livell akkademiku kemm ta’ studenti fis-settur tas-saħħa kif ukoll fl-agrikoltura, fil-bijoloġija, fl-ambjent, fil-bijo-informatika u f’oħrajn.  Huwa importanti meta wieħed jikkonsidra s-setturi mmirati ta’ valur għoli miżjud ta’ Malta, b’mod partikulari, l-innovazzjonijiet fil-farmaċewtika speċjalizzata. Dawn jikkostitwixxu waħda mis-soluzzjonijiet għall-prosperità ta’ Malta. Il-futur għandu bżonn professjonisti fix-xjenza ta’ ħila kbira u li jadattaw ruħhom, kif ukoll tagħmir avvanzat. Dan il-proġett jiżgura li Malta tikseb vantaġġ kompettittiv fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien li qiegħda dejjem tevolvi billi jħarreġ lix-xjenzati bijomediċi tal-futur.

programmoperattiv1

 


 

Iċ-Ċerimonji tal-Gradwazzjoni 2009

Din is-sena ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-Università ta’ Malta se jibdew nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru fl-4.30 ta’ wara nofsinhar, bl-aħħar ċerimonja ssir nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2009. Huwa mistenni li jkun hemm 'l fuq minn 2734 student/a li se jiggradwaw. Iċ-Ċerimonji għall-korsijiet ta’ wara l-lawrja (postgraduate) se jsiru fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta, filwaqt li ċ-ċerimonji għall-korsijiet tal-lawrja se jsiru fis-Sala Sir Temi Zammit, fuq il-Kampus tal-Imsida.

Il-Quddies ta’ Radd il-Ħajr tal-Gradwazzjoni se jsir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2009 fis-6.30 ta’ filgħaxija għall-Fakultajiet tal-Arti, tal-Edukazzjoni, tal-Inġinerija, tal-Liġi, tax-Xjenza, tat-Teoloġija, tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Kommunikazzjoni u taċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni, u nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2009 fis-6.30 ta’ filgħaxija għall-Fakultajiet tal-Ambjent Mibni, tal-Kirurġija Dentali, tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy, tal-Mediċina u l-Kirurġija, tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u għall-Istituti u ċ-Ċentri l-oħra kollha.

Matul l-erba’ ċerimonji ta’ wara l-lawrja (postgraduate), li se jsiru bejn it-23 u s-26 ta’ Novembru fl-4.30 ta’ wara nofsinhar, dawk li se jiggradwaw u l-mistednin se jieħdu posthom fil-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt Valletta. Il-Korp Akkademiku jilbes it-toga fuq il-Kampus tal-Università l-Belt Valletta. Il-Purċissjoni Akkademika imbagħad tinżel it-taraġ, u ddur mal-blokk sal-Knisja. Iċ-Ċerimonji jinkludu l-Orazzjoni minn membru tal-istaff Akkademiku u Diskors minn persuna li se tiggradwa, kif ukoll intervalli mużikali li huma pprovduti mill-University Vocal Ensemble u l-orkestra tal-korda.

Lista taċ-Ċerimonji tal-Gradwazzjoni u tal-Oraturi
Iċ-Ċerimonji ta’ Wara l-Lawrja (Postgraduate)
23 ta’ Novembru
Oratur: Il-Professur Anthony Frendo
Gradwand: Michael Refalo

24 ta’ Novembru
Oratur: Dr Noellie Brockdorff
Gradwand: Lourdes Pullicino

25 ta’ Novembru
Oratur: Il-Professur Kevin Aquilina
Gradwand: (għad mhux ikkonfermat)

26 ta’ Novembru
Oratur: Il-Professur Alex Torpiano
Gradwand: Dr Raymond Galea

Iċ-Ċerimonji tal-Ewwel Lawrja
mis-27 ta’ Novembru sal-4 ta’ Diċembru
Oratur: Il-Professur Inġinier Simon Fabri (orazzjoni waħda għaċ-ċerimonji kollha)

Ikklikkja hawn għall-istatistika fuq il-gradwati skond il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2008-2009)
Ikklikkja hawn għall-lista tal-gradwati.
Ikklikkja hawn għall-programm sħiħ taċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni.
Jistgħu jiżdiedu xi gradwati f’korsijiet oħra mhux imsemmija hawn.

 


 

Seminar miċ-Chaplaincy

Seminar mill-Kappellanija tal-Università dwar ir-riżultati tas-sondaġġ
Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009
(It-Twemmin u l-Attitudnijiet Reliġjużi tal-Istudenti Universitarji Maltin Mistħarrġa mill-Ġdid – 2009)


Il-Kappellanija tal-Università ta’ Malta organizzat seminar maħsub biex jislet mogħdijiet ġodda li jagħmluha possibbli għall-istudenti li jiksbu l-ġid spiritwali u reliġjuż. Il-Professur Dirk Hutsebaut mill-Università ta’ Leuven il-Belġju, kien il-kelliem ewlieni.  Huwa analizza r-riżultati tas-sondaġġ Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009 u qabbilhom ma’ dejta simili f’pajjiżi oħra, waqt li ddiskuta diversi għażliet.
'… dan l-istudju kellu messaġġ għaż-żgħażagħ infushom, billi aħna lkoll qegħdin fuq vjaġġ biex nagħtu tifsira lil ħajjitna u f’ħafna modi diversi aħna lkoll nippruvaw inkunu sinċieri magħna nfusna' (De Lucca, 2009 p.38).

Billi l-Professur Hutsebaut kien il-moħħ wara l-kwestjonarju wżat għas-sondaġġ, l-għan issa huwa li nifhmu aktar xejriet ġodda fil-kultura u nippruvaw inwieġbu għall-mistoqsijiet rilevanti magħmula mis-soċjetà bħal:

  • Ir-reliġjon għandha post f’ħajjitna?
  • Fejn hemm spazju għal Alla fil-pjan ta’ ħajjitna?
  • Kif ngħixu skont il-prinċipji morali tagħna fis-soċjetà moderna?
  • Kif ser nilħqu l-istudenti fuq il-kampus illum?
Rev. Dr Paul Galea ippreżenta r-riżultati tas-sondaġġ fil-qosor filwaqt li s-Sur Anthony Tabone iċċerja s-seminar.

Dan is-sondaġġ għen lill-Kappellanija tifhem aħjar ix-xejriet tas-soċjetà fuq perjodu ta’ ħames snin, mill-aħħar sondaġġ fl-2003, u tistenna bil-ħerqa aktar riċerka fis-snin li ġejjin. It-tkomplija tar-riċerka kienet tinkludi aspetti relatati mas-soċjetà fiż-żmien li sar is-sondaġġ.

Il-Kappellanija ħadet ir-riżultati ta’ dan is-sondaġġ b’serjetà kbira u hija ddeterminata li tiffaċċja din l-isfida permezz ta’ djalogu, rispett u fehim tat-twemmin u valuri espressi miż-żgħażagħ.

Chaplaincy Seminar 2009
mix-xellug: Il-Prof. Dirk Hutsebaut, il-Prof. Anton Buhagiar, membru tat-tim li ħadem fuq is-sondaġġ, u r-Rev. Dr Paul Galea

Chaplaincy Seminar 2009
Il-Prof. Hutsebaut, is-sur Tabone u r-Rev. Dr Paul Galea

Chaplaincy Seminar 2009
Il-Prof. Hutsebaut

 


 

Kors permezz ta’ E-Learning

L-Università Tniedi Kors Ġdid ta’ Lawrja fil-Health Science permezz ta’ E-Learning

Fit-8 ta’ Ottubru, ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Juanito Camilleri, nieda kors ġdid ta’ lawrja, B.Sc. (Hons) Health Science permezz ta’ e-learning. Din hija lawrja akkademika top-up għal professjonisti kkwalifikati fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa li qed tiġi offruta mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa (IHC). Dan il-kors se jkun qed jieħu post korsijiet preċedenti minn-diploma-għal-lawrja li diversi Diviżjonijiet tal-Istitut kienu joffru.

Dan il-kors kien maħsub u mfassal mid-Diviżjoni tan-Nursing bid-Diviżjonijiet l-oħra jikkontribwixxu għal iktar żvilupp tal-kors. Dan il-kors jindika bidla radikali fil-prattiki tat-tagħlim fuq diversi punti:

o    Flessibilità – l-istudenti se jkunu jistgħu jagħżlu jistgħux jagħmlu l-kors f’sentejn, tlieta jew erba’ snin;
 
o    Multi-dixxiplinarju – professjonisti minn kull professjoni tal-ħarsien tas-saħħa se jkunu eliġibbli li jsegwu dan il-kors;
 
o    Pedagoġija e-learning – bidla radikali mit-tagħlim wiċċ imb wiċċ fil-klassi għal tagħlim soċjali u komunitajiet ta’ tagħlim bl-għajnuna ta’ teknoloġiji Web 2.0 (u issa Web 3.0) li jippermettu flessibilità fil-proċessi ta’ tagħlim u ta’ valutazzjoni;

o    Kontenut – radikalment differenti mill-kontenut ta’ korsijiet minn-diploma-għal-lawrja li kienu jsiru fil-passat.

Il-fokus huwa fuq l-iżvilupp ta’ ħassieba, qarrejja u kittieba kritiċi aktar milli t-tagħlim ta’ għarfien speċifiku għal dixxiplina partikulari.

L-għan ta’ dan il-kors dejjem kien wieħed ta’ klassi inklussiva multi-dixxiplinarja fejn professjonisti u edukaturi differenti jgħallmu u jitgħallmu flimkien u joħolqu komunitajiet ta’ tagħlim li biż-żmien ikollhom impatt pożittiv fuq il-komunitajiet professjonali għall-ħarsien tas-saħħa u s-servizzi pprovduti.  

Għat-tnedija attendew l-On. Dr Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, il-Professur John Rizzo Naudi, President tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Kanċillier tal-Università, Dr Sandra Buttigieg, Direttur tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, lekċerers u kandidati magħżula għall-kors.

Aktar informazzjoni dwar dan il-kors tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku


Fir-ritratt jidhru mix-xellug: Ir-Rettur Prof. J. Camilleri, Dr S. Buttigieg Direttur IHC, il-Prof. J.Rizzo Naudi Chairman IHC u l-On. Dr Joe Cassar
 

 


 

Studenti jiskopru Dinja ta’ Pjanti

Sabiex nippromwovu l-valur edukattiv tal-Ġonna Botaniċi tal-Argotti, bħal kull sena qegħdin nistiednu l-iskejjel biex jieħdu sehem f'mawriet edukattivi fil-qasam tal-botanija. Iż-żjara ddum bejn siegħa u siegħa u nofs, u tinvolvi lezzjoni qasira, dawra mal-ġnien u attivitajiet oħra. Il-gruppi ma jkunux ta’ iktar minn 25 student u jridu jkunu akkompanjati minn għalliem/a. Żewg gruppi jew iktar mill-istess skola jistgħu jagħmlu ż-żjara fl-istess ġurnata.

Il-mawriet huma adattati għall-gruppi ta’ tfal ta’ etajiet differenti. Studenti mill-ewwel sena Primarja sa Form 5 huma mistiedna. Isiru wkoll arranġamenti biex l-għalliema tal-bioloġija u tal-ġeografija jġibu l-istudenti tagħhom għal-lezzjonijiet u sezzjonijet prattiċi fil-botanija. Minn din is-sena, xi materjal botaniku se jkun ipprovdut fl-iskejjel sabiex ikompli jitjieb it-tagħlim interattiv tal-istudenti ġewwa l-klassi.

Il-mawriet isiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu, dejjem bl-appuntament. Biex tibbukjaw, ċemplu fuq +356 21 248984 / +356 21 233485 jew ikkuntatja lill-Ġonna Botaniċi tal-Argotti permezz tal-email.

 


 

Il-Ftuħ tas-Sena Akkademika

 
Il-Ftuħ tas-Sena Akkademika tal-Università ta’ Malta 2009-2010

Din li għamlitna dak li aħna... twelled dak li għad iseħħ minna

  • Ir-Rettur ifakkar lill-istudenti u l-istaff li l-wirt ta’ 400 sena tal-Università huwa l-bażi tal-identità ta’ Malta, tas-soċjetà tagħha u tal-ekonomija tagħha
  • L-Università tfittex li żżomm ekwilibriju fl-oqsma tat-tagħlim, tar-riċerka u tal-provvediment ta’ servizz fl-interess tas-soċjetà u l-ekonomija

Il-kampus tal-Università ta’ Malta llum ta merħba lill-istudenti l-ġodda waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sena akkademika 2009-2010. Ir-Rettur, il-Professur Juanito Camilleri, u s-Sur Carl Grech, President tal-Kunsill Studenti Universitarji l-KSU, għamlu d-diskorsi tradizzjonali, li kienu segwiti mill-Quddiesa tal-Inawgurazzjoni ċċelebrata miċ-Chaplain tal-Università, Fr Michael Bugeja, fis-Sala Sir Temi Zammit. It-tema ta’ din is-sena hija 'Din li għamlitna dak li aħna... twelled dak li għad iseħħ minna'.

Meta ndirizza lill-istudenti Maltin u Internazzjonali, ir-Rettur qal li t-tema li għażel għal din is-sena tenfasizza l-ħtieġa li Malta tiftakar fl-irwol kruċjali li l-Università ta’ Malta kellha fl-istorja biex tagħmel dan il-pajjiż dak li hu, "iżda b’mod iktar importanti tistedinna lkoll nimpenjaw ruħna mingħajr riservi u bil-qalb għal din l-istituzzjoni biex niżguraw li din iżżomm il-pożizzjoni tagħha fil-qalba tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ Malta fil-kuntest Ewropew, Mediterranju u globali tagħha," żied jgħid il-Professur Juanito Camilleri.

Ir-Rettur qal li fis-sena li għaddiet l-Università għamlet passi sinifikattivi ’l quddiem biex issaħħaħ l-infrastruttura tagħha ta’ riċerka. Intlaħaq ftehim mal-istaff akkademiku, li jipprovdi qafas biex jinkoraġġixxi riċerka individwali iżda li jippermetti wkoll il-ħolqien ta’ programm ta’ riċerka korporattiva, bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-industrija u tal-pajjiż inġenerali, kif ukoll biex jiġu sfruttati opportunitajiet għall-kollaborazzjoni ma’ kontropartijiet Ewropej u globali.

Il-Professur Camilleri qal li l-Università irnexxielha tikseb €20 miljun li qed jintużaw biex jinxtara tagħmir li ser ikun addattat għat-tagħlim, iżda huwa mmirat partikularment biex tissaħħaħ l-infrastruttura għar-riċerka prinċipalment fl-oqsma tal-mediċina, tax-xjenza u tal-inġinerija. 

Il-proġetti infrastrutturali li diġa’ bdew u li ser ikomplu fis-sentejn li ġejjin għandhom valur ta’ aktar minn €50 miljun bejn investiment tal-Gvern u dak tal-Unjoni Ewropea.

Ix-xogħol ta’ skavar għall-bini tal-Computer Services Centre u għall-bini tal-Fakulta` tal-ICT huwa lest, u l-fażi tal-bini ser tibda dalwaqt. Ix-xogħol estensiv li kellu jsir fuq il-faċċati tal-librerija kważi lest u qiegħed isir xogħol ta’ bini ta’ Data Centre ġdid biswit carpark 5 biex jiġi żgurat li jekk ikun hemm xi ħsara kbira jew xi inċident fuq id-Data Centre prinċipali l-Universita` jkollha l-facilita` li tkompli topera bla telf ta’ ħin, u bla telf ta’ informazzjoni jew riżorsi ta’ riċerka. Il-bini tal-espansjoni tal-Junior College qabad ritmu tajjeb ukoll.

Proġett ieħor, bl-għan li tinbena sistema integrata ta’ informazzjoni amministrattiva għall-Universita` beda ftit xhur ilu. Dan għandu jħalli ħafna frott siewi fil-futur biex ir-riżorsi jintużaw aħjar, u l-effiċjenza u l-kwalita` ta’ servizz li l-Universita` toffri kemm lill-istudenti kif ukoll lill-akkademiċi jitjiebu.

Twaqqaf uffiċċju għar-Riċerka Korporattiva u t-Trasferiment tat-Teknoloġija u ġie maħtur direttur biex jgħin lill-Università tibni l-kapaċità amministrattiva sabiex timmaniġġja l-portafoll ta’ riċerka korporattiva tagħha u biex tutilizzah u xxerrdu bl-iktar mod wiesa’ possibbli. Ir-Rettur qal li l-Università qed tkompli ssawwar kollaborazzjonijiet internazzjonali, prinċipalment permezz ta’ parteċipazzjoni fi programmi ta’ Qafas Ewropew u dawk Interreġjonali.

“L-Università ta’ Malta għandha tkompli tidentifika sieħba strateġiċi ta’ reputazzjoni tajba,” żied jgħid ir-Rettur, “Għandi pjaċir inħabbar t-tnedija ta’ żewġ Programmi ta’ Masters Internazzjonali doppji li bdew fuq il-kampus tal-Belt Valletta.  L-ewwel waħda, flimkien ma’ James Madison University, hija f’Sustainable Environmental Resource Management. It-tieni waħda, flimkien ma’ San Diego State University, hija f’Integrated Marketing Communications,” huwa qal.

Il-Professur Camilleri qal li l-Università kienet fi stadji avvanzati ta’ preparamenti biex tniedi żewġ programmi ta’ Masters Internazzjonali doppji fis-sena akkademika li jmiss.  L-ewwel waħda qed issir flimkien ma’ Western Michigan University fil-Criminology and Criminal Justice filwaqt li t-tieni waħda hija ma’ George Mason University f’Conflict Resolution and Mediterranean Security.

Ir-Rettur ħabbar li hemm ukoll diversi prospetti oħra promettenti ħafna li qed jiġu esplorati bl-iskop li jiġi estiż il-profil dejjem jikber ta’ programmi ta’ lawrji doppji u konġunti, bilaterali jew multilaterali.  Huwa enfasizza żewġ kisbiet kbar is-sena li għaddiet fl-istrateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-Università – ftehim li ntlaħaq mal-Gvern tal-Kuwajt li assigura influss regolari sinifikattiv ta’ studenti Kuwajtin biex isegwu l-istudji tagħhom f’firxa ta’ suġġetti, u kisba oħra li tirrigwarda l-Istitut Confucius li se jkun fil-Binja Ġuże Cassar Pullicino li dalwaqt jibda jitħaddem.

Iċ-Chaplain tal-Università, Fr Michael Bugeja, li ġie lura reċentement minn dik li hu jsejħilha esperjenza qawwija li għex fl-Etjopja, għażel it-tema ‘Kull m’għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost ħuti għamiltuh Miegħi’ għas-servizz reliġjuż.  Huwa qal li l-ħajja fuq il-kampus toffri mhux biss avvanz akkademiku imma wkoll firxa sħiħa ta’ opportunitajiet biex tgħin lil ħaddieħor. "Fil-fatt ippruvajna ninvolvu kemm nistgħu nies f’din iċ-ċermonja ta’ ftuħ. Il-kor u l-band huma magħmula minn studenti mill-fakultajiet kollha taħt id-direzzjoni tas-Sinj. Michelle Paris mid-DegreePlus Mużika.  Waqt iċ-ċelebrazzjoni tlabna studenti internazzjonali jieħdu sehem u wkoll nistennew bil-ħerqa li nintegraw twemmin ieħor biex nagħmlu dan il-mument kemm jista’ jkun olistiku," huwa temm jgħid.

Ikklikja hawn għad-diskors tar-Rettur [PDF].

Opening of the Academic Year 2009-2010

Opening of the Academic Year 2009-2010

Opening of the Academic Year 2009-2010

30 ta’ Settembru 2009

 


 

L-Immaniġġjar Interkulturali u Ambjentali fl-Iskejjel

Lifelong Learning Programme                                                      EMI  

Programm ta’ Master (Level 1)
fl-Immaniġġjar Interkulturali u Ambjentali fl-Iskejjel

Il-Programm ta’ Master fl-Immaniġġjar Interkulturali u Ambjentali fl-Iskejjel ġie żviluppat mill-Università Cà Foscari ta’ Venezja, f’koperazzjoni maċ-Ċentru tal-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka, l-Università ta’ Malta, u konsorzju ta’ ħames imsieħba internazzjonali li jiffurmaw parti mill-proġett Ewropew COMENIUS 3EMI: "Intercultural Eco-Management of Schools" (ref.142064-LLP-1-2008-1-IT-COMENIUS-CMP).

Il-kors hu mmirat għall-kapijiet tal-iskejjel, assistenti kapijiet u għalliema li qed jaspiraw għar-rwoli ta’ tmexxija fl-iskejjel. Il-kors jiffoka fuq kif isir l-aħjar użu tar-riżorsi umani, materjali u finanzjari li hemm fl-iskejjel. Dawk li jsegwu dan il-master professjonali sa jesploraw kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp sostenibbli; id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ immaniġġjar interkulturali u ambjentali fl-iskejjel. Huma sa jiżviluppaw ukoll kwalitajiet u mġieba personali u professjonali essenzjali għat-titjib fl-immaniġġjar tal-iskejjel.

Il-kors sa jkun taħlita ta’ metodi ta’ tagħlim u jkun prinċiparjament online b’xi seminars fejn l-istudenti jiltaqgħu wiċċ imb’wiċċ. Il-kors idum sena akkademika, jiġifieri minn Novembru 2009 sa Ġunju 2010 u hu maqsum f’erba’ partijiet prinċipali:
  • il-proċess tal-iżvilupp
  • l-immaniġġjar ambjentali applikat fl-iskejjel
  • l-immaniġġjar interkulturali applikat fl-iskejjel
  • l-applikazzjoni prattika ta’ immaniġġjar interkulturali-ambjentali fl-iskejjel

Minn dawk li japplikaw sa jintgħażlu għoxrin applikant Malti li għandhom baċellerat rikonoxxut minn istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja. Ladarba dan il-programm hu organizzat bl-għajnuna tal-Lifelong Learning Programme tal-Unjoni Ewropea, studenti Maltin sa jħallsu €300.00 biss bħala administration fee lill-Università ta’ Cà Foscari, Venezja. Dawk il-kandidati li jlestu l-kors b’suċċess jingħataw il-"Master of Intercultural Eco-management of Schools" (M1), mill-Università ta’ Cà Foscari, Venezja.

L-applikazzjonijiet jibqgħu jkunu aċċettati sat-30 ta’ Settembru 2009. Għall-aktar dettalji kkuntattja lil Dr Paul Pace.

Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Din il-komunikazzjoni tirrifletti l-veduti tal-awtur, u l-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli minn kwalunkwe użu li jista’ jsir minn din l-informazzjoni.

 


 

Xogħol ta’ Xjenzati Maltin

Xogħol ta’ Xjenzati Maltin Prominenti f’Ġurnal Xjentifiku Internazzjonali Ewlieni

Xogħol innovattiv ta’ riċerka mill-Professur Joseph N. Grima u l-studenti tiegħu Daphne Attard, Ruben Gatt, u Richard N. Cassar mid-Dipartiment tal-Kimika tal-Università ta’ Malta, u ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (Malta Council for Science and Technology – MCST), ġie ppreżentat fuq il-qoxra ta’ barra tal-ħarġa ta’ Lulju 2009 tal-ġurnal prestiġjuż Advanced Engineering Materials.

Dan il-ġurnal huwa maħruġ minn tliet soċjetajiet Ewropej fost l-aktar importanti fil-qasam tal-materjali:  il-German Materials Society (DGM), il-French Materials Society (SF2M) u s-Swiss Materials Federation (SVMT).  Dan il-ġurnal għandu reputazzjoni għolja fil-komunità xjentifika internazzjonali u huwa meqjus minn ħafna bħala sors ewlieni fejn jiġu rrapportati żviluppi ġodda fil-qasam tal-inġinerija tal-materjali u tat-teknoloġija tal-ipproċessar.

Ir-riċerkaturi Maltin żviluppaw metodu ġdid għall-manifattura ta’ fowms awksetiċi ta’ valur miżjud għoli minn fowm konvenzjonali komuni.  Dawn il-fowms awksetiċi juru l-karatteristika mhux tas-soltu li meta jiġġebdu jeħxienu minflok jirqaqu.

Din l-iskoperta tirrappreżenta novità minn diversi aspetti: Sa llum kien hemm metodu wieħed biss magħruf (żviluppat fl-Istati Uniti) li jista’ jintuża biex jipproduċi fowms bħal dawn u metodu alternattiv ta’ manifattura jista’ joffri diversi vantaġġi. Per eżempju, dan il-mod ġdid li ma jeħtieġx ikun immonitorjat ħafna u li possibilment joffri mod orħos u iżjed sempliċi biex ikunu prodotti fowms awksetiċi jista’ għalhekk ikun iżjed vijabbli fuq skala industrijali. Il-proċess tal-manifattura huwa riversibbli u fowms awksetiċi manifatturati b’dan il-metodu jistgħu jerġgħu jinbidlu għall-forma oriġinali tagħhom, xi ħaġa li qatt ma ġiet ppruvata qabel.

Il-fowms awksetiċi, bħal dawk li ġew żviluppati mit-tim tal-Università ta’ Malta, huma ferm superjuri meta mqabbla ma’minn fowms komuni. Per eżempju dawn huma iktar diffiċli biex jitgħaffgu waqt impatt, u għalhekk jipprovdu iktar protezzjoni f’kolliżjonijiet. Dan jagħmilhom adattati b’mod speċjali għall-użu fis-seats tal-karozzi u oġġetti protettivi bħall-kuxxinetti għall-irkoppa u għall-minkeb, l-elmu ta’ protezzjoni għas-sewwieqa eċċ.  Dawn għandhom ukoll tendenza naturali li jieħdu l-forma ta’ koppla li ttihom il-kapaċità li jadattaw ghall-kurvaturi b’mod iktar versatili. Għalhekk il-fowms awksetiċi li jintużaw għal skopijiet ta’ protezzjoni mhux biss huma aħjar minn dawk konvenzjonali fejn tidħol kumdità, imma iktar importanti, meta tqis iż-żieda fil-protezzjoni li jistgħu joffru. 'Protezzjoni bhal din tista’ ssalva ħajja jekk wieħed ikun involut f’inċident tat-traffiku' jgħid il-Professur Grima. 'Kull min kellu xi inċident bil-karozza jew bil-mutur faċilment japprezza l-ħtieġa ta’ materjali bħal dawk li qegħdin niżviluppaw, għaliex jistgħu jnaqqsu t-trawma li tirriżulta mad-daqqa.'  Il-fowms awksetiċi jistgħu jintużaw bħala filters li kapaċi jaġġustaw ruhhom minhabba li l-qies tat-toqob jista’ jikber sempliċement billi ġġebbed il-fowm, u b’hekk tipprovdi mod kif tikkontrolla l-proċessi ta’ filtrazzjoni għas-separazzjoni ta’ partiċelli ta’ daqs differenti.

Il-Professur Richard Muscat, newroxjenzat u Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta għar-Riċerka u l-Innovazzjoni m’għandux dubju dwar il-potenzjal tal-fowms awksetiċi bħal dawk żviluppati mit-tim Malti.  'Materjali bħal dawn li jipprovdu protezzjoni aħjar kontra ħsara fil-moħħ huma ċertament pass kbir ’il quddiem biex tiżdied is-sigurtà tas-sewwieqa u tal-passiġġieri fit-toroq tagħna. Aħna kuntenti li minkejja r-riżorsi limitati tagħna, l-akkademiċi u l-istudenti universitarji tagħna huma kapaċi jmexxu riċerka ta’ klassi f’oqsma partikulari tax-xjenza, tal-mediċina u tal-inġinerija u hekk ipoġġuna fuq il-mappa internazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni.'

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Juanito Camilleri qal, 'ir-riċerka tat-tim tal-Prof. Grima hija tal-ogħla livell u għandha titkompla tingħata l-fondi sabiex tippermetti ’l Università u lis-sieħba industrijali tagħha li jsibu l-mezzi konkreti biex jisfruttaw dawn il-materjali f’applikazzjonijiet kummerċjali. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) għandu jkompli jgħin dawn il-proġetti RTDI (Research, Technological Development and Innovation), li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-Università u l-Industrija. Kemm-il darba wrejna li r-riċerkaturi tagħna huma kapaċi jilħqu livelli ta’ eċċellenza, u fiż-żmien ta’ llum ir-riċerka u l-innovazzjoni saru sinonimi mal-prosperita` ekonomika. L-investiment fil-proġetti RTDI huwa investiment fil-prosperità ekonomika t’għada.'

Dan ix-xogħol seta’ jsir ghax kien hemm għajnuna finanzjarja mogħtija mill-MCST lill-Università ta’ Malta u lill-Methode Electronics (Malta) Ltd. għall-skopijiet ta’ riċerka. Din l-għajnuna inagħtat bħala parti mill-programm ta’ Riċerka Nazzjonali, Żvilupp Teknoloġiku u Innovazzjoni (National Research, Technological Development and Innovation – RTDI). Għenet ukoll borża ta’ studju mogħtija lil Daphne Attard mill-Gvern Malti taħt il-Malta Government Scholarship Scheme. Xjenzati u inġiniera oħra li qed jaħdmu fuq dan il-proġett jinkludu lil Brian Ellul, Elaine Manicaro u Elaine Chetcuti mill-Università ta’ Malta flimkien ma’ Tristan Debono u l-Inġ. Alexander Galea mill-Methode Electronics (Malta) Ltd.

'Ix-xogħol oriġinali li l-Prof Grima u t-tim tiegħu qed jagħmlu fuq il-fowms awksetiċi huma eżempju eċċellenti tal-potenzjal tar-riċerkaturi Maltin' qal Dr Nicholas J. Sammut, President tal-MCST. 'Il-proġett jiffoka fuq metodi ġodda ghal manifattura ta’ dan il-prodott b’valur miżjud għoli u jista’ biż-żmien iwassal għal teknoloġija partikulari li tkun irriċerkata, żviluppata u magħmula f’Malta.'

Għal aktar informazzjoni u stampi kkliklja hawn jew żur is-sit www.auxetic.info

Front Cover of the Journal Advanced Engineering Materials

 


 

Is-Servizzi tal-IT

 erdfmalti

Il-Kostruzzjoni u t-Tagħmir tal-Bini għas-Servizzi tal-IT tal-Università

Id-dipartiment għas-Servizzi tal-IT (IT Services) tal-Università huwa wieħed mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. L-Università qiegħda timplimenta proġett tal-ERDF biex tibni u tgħammar bini għas-Servizzi tal-IT, li se jkollu fih faċilitajiet tal-IT, Ċentru għad-Dejta u Ċentru għall-Operazzjonijiet tan-Netwerk u li jaqdi lill-Università permezz ta’ infrastruttura mtejba ta’ fibra ottika.    

L-IT Services jamministra l-infrastruttura tal-ICT tal-Università u joffri sensiela ta’ faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ lill-istaff u lill-istudenti kollha tal-Università ta’ Malta.  L-IT Services bħalissa jaħdem minn bini temporanju.  Il-bini l-ġdid se jagħmilha possibbli għall-Università li tkompli tavvanza u tespandi l-infrastruttura tagħha tal-ICT u tipprovdi faċilitajiet u servizzi moderni ħafna li huma meħtieġa mill-istaff u mill-istudenti għar-riċerka u l-edukazzjoni tagħhom.

Il-bini se jinkorpora fih spazji ta’ tagħlim li jippermettu l-użu tal-IT mill-istudenti, kmamar ta’ taħriġ mgħammra bil-kompjuters għall-użu tad-dipartimenti kollha tal-Università, u faċilitajiet estensivi għall-videoconferencing.  

Iċ-Ċentru għad-Dejta u ċ-Ċentru għall-Operazzjonijiet tan-Netwerk se jipprovdu ambjent iktar sikur u affidabbli għas-servers kollha li jissostjenu l-attivitajiet prinċipali u ċentrali tal-Università kif ukoll għal servers u clusters oħra ta’ riċerka u dawk dipartimentali.  Dan jiffaċilita wkoll l-użu effettiv ta’ servizzi oħra onlajn 24x7, li jinkludu tagħlim elettroniku (e-learning), u l-konsolidazzjoni u l-virtwalizzazzjoni ta’ servers.
 
Il-proġett jinkludi wkoll il-provvediment għall-installazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura ta’ fibra ottika li se tikkonnettja l-bini l-ġdid mal-backbone tan-netwerk għall-kampus li ser jiġi mtejjeb b’veloċità u bandwidth għolja u li jagħti sostenn lil applikazzjonijiet li jridu jaħdmu f’ħin reali.  

Il-proġett, li hu mistenni jitlesta fl-2011, jibbenefika minn allokazzjoni ta’ kważi tmien (8) miljun ewro, li 85% minnhom huma ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea.

Min jixtieq aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jikkuntattja lill-Kap tal-Proġett, is-Sur Robert Sultana (Uffiċjal Ewlieni tal-Informatika u Direttur tas-Servizzi tal-IT) Nru. tat-Tel. 2340 2260 jew lill-Amministratur tal-Proġett, Is-Sur John Anastasi Nru tat-Tel. 2340 3327.

programmoperattiv1

 


 

L-Immodernizzar ta' Laboratorju

 erdfmalti

L-Immodernizzar tal-Laboratorju tal-Inġinerija għas-Sistemi tal-Kontroll fl-Università ta’ Malta

Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li jaqa’ taħt il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 u li jlaħħaq għal ftit iżjed minn €600,000, għandu l-għan li jimmodernizza u jtejjeb l-infrastruttura tat-tagħmir tal-Laboratorju tal-Inġinerija għas-Sistemi ta’ Kontroll fid-Dipartiment tal-Inġinerija għas-Sistemi u l-Kontroll fl-Università ta’ Malta.  

Dan il-laboratorju jintuża għal attivitajiet ta’ tagħlim prattiku u riċerka fil-qasam tal-Inġinerija tal-Kontroll Awtomatiku.  L-importanza ta’ dan il-qasam għat-teknoloġija moderna hija rikonoxxuta sew mill-industrija u mill-isforzi Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni.  Il-proġett jinvolvi l-akkwist u l-installazzjoni ta’ tagħmir modern biex jintuża għal skopijiet ta’ riċerka u tagħlim.  It-tagħmir jiffoka fuq teknoloġija tal-awtomazzjoni moderna li tinkludi l-kontroll ta’ proċessi, il-mekatronika, il-kontroll tar-robots, il-loġika tal-kontroll programmabbli, l-għodda tal-CAD għad-disinn ta’ sistemi ta’ kontroll, sistemi integrati ta’ kontroll, l-awtomazzjoni vision-based u l-kontroll tal-aċċess awtomatiku.   

Dan l-investiment se jkun ta’ benefiċċju għat-trasferiment tal-għerf lill-istudenti, u indirettament ukoll għall-industrija, kif ukoll għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp għall-membri tal-istaff tal-Fakultà tal-Inġinerija u għall-istudenti tagħha ta’ riċerka postgraduate.  L-infrastruttura mmodernizzata ppjanata għal-laboratorju se sservi biex tattira studenti biex jispeċjalizzaw fil-qasam tal-Inġinerija tal-Kontroll Awtomatiku, tistimula l-kollaborazzjoni ma’ universitajiet u istituzzjonijiet ta’ riċerka barranin, u tippermetti proġetti konġunti ta’ riċerka u żvilupp mal-industrija.

Dan il proġett ġie parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fund Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1

 


 

Għal Studenti Prospettivi tal-Ħarsien tas-Saħħa

Stand fl-Isptar Mater Dei b’ Informazzjoni għal Studenti Prospettivi tal-Ħarsien tas-Saħħa fl-Università

Studenti prospettivi interessati fil-Korsijiet tal-Ħarsien tas-Saħħa offruti mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa (Institute of Health Care – IHC), fl-Università ta’ Malta, jistgħu jiksbu informazzjoni u jiddiskutu l-interess tagħhom ma’ membri tal-istaff akkademiku li se jkunu disponibbli fl-intrata tal-Isptar Mater Dei fuq stand imwaqqfa apposta, bejn it-Tnejn 13 ta’ Lulju u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, fil-ħinijiet prinċipali tal-viżti fl-isptar.  Ser ikun hemm min jagħti l-informazzjoni fuq l-istand kuljum bejn it-3 ta’ wara nofsinhar u s-6 ta’ filgħaxija u l-Ħadd bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar.
Is-Segretarju Parlamentari Dr Joseph Cassar li żar l-istand, enfasizza l-karatteristiċi speċifiċi li daż-żmien huma assoċjati mal-professjonijiet fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa – b’mod partikulari l-opportunitajiet vasti għal networking internazzjonali li jipprovdu esperjenzi barra l-pajjiż kemm lill-istudenti kif ukoll lill-istaff ikkwalifikat fuq il-firxa tal-professjonijiet; l-opportunitajiet estensivi kemm għall-karriera kif ukoll għall-avanz akkademiku għall-istaff ikkwalifikat; ir-rwoli diversi fi ħdan il-professjonijiet hekk kif is-servizzi fil-ħarsien tas-saħħa jestendu b’mod progressiv għal kuntesti tal-Ħarsien tas-Saħħa Primarja u tal-Kommunità; u s-sigurtà tal-impjiegi li tikkumplimenta dawn il-professjonijiet fi klima ta’ espansjoni sinifikanti ta’ servizzi, bi tweġiba għal numru ikbar u divers ta’ domandi għall-ħarsien tas-saħħa. Dr Cassar tenna li dawn il-karatteristiċi fil-fatt jawguraw tajjeb għal interess favorevoli fost ir-rekluti potenzjali fi programmi edukattivi fil-professjonijiet f’dan il-qasam.

Dr Sandra Buttigieg, Direttur ta’ Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, qalet li karriera fis-Settur tas-Saħħa tagħti lil dak li jkun l-opportunità li jaħdem f’kuntesti differenti minn kura akuta għal kura fit-tul, fir-riċerka, fl-edukazzjoni, fil-management u fl-iżvilupp ta’ politika.  “Professjoni fil-qasam tal-kura toffri ħafna sodisfazzjon fuq ix-xogħol billi l-persuna tkun responsabbli għall-kura diretta tal-pazjent jew tal-klijent. L-opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jidħlu fil-Professjoni tas-Saħħa qegħdin dejjem jiżdiedu.  Karriera f’dan il-qasam tgħinhom isiru parti integrali min-netwerk globali ta’ kura. F’dan ir-rigward, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-Settur tas-Servizzi tas-Saħħa f’Malta, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa joffri korsijiet f’livelli diversi.  Il-korsijiet kollha offruti huma konformi ma’ rekwiżiti internazzjonali sabiex ikunu żgurati standards professjonali,” qalet Dr Buttigieg.

L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa joffri korsijiet fi 12-il qasam ta’ studju differenti, iżda huma d-Diviżjonijiet tan-Nursing u tal-Midwifery li jattiraw l-ikbar numru ta’ studenti. Din is-sena, l-IHC jiċċelebra l-20 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Istudji tal- Nursing u tal-Midwifery fil-kurrikulu tal-Università ta’ Malta.
Matul dawn l-aħħar 20 sena, ’il fuq minn 1500 infermiera u qabla temmew kors ta’ studju mal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bi kważi 400 jieħdu l-lawrja u 28 jieħdu grad ta’ wara l-lawrja (postgraduate).  Hemm total ta’ 9 korsijiet differenti li bħalissa qed jiġu offruti kemm f’livell ta’ lawrja kif ukoll fil-livell ta’ wara l-lawrja. Dawn jinkludu Diploma fin-Nursing korsijiet ta’ Baċellerat fin-Nursing ġenerali u fil-Midwifery, fil-Mental Health Nursing, fil-Community Nursing u kors ta’ Masters fl-istudji tan-Nursing/tal-Midwifery.  Il-prospetti ta’ impjieg għal studenti fil-livell ta’ lawrja u għal dawk ta’ wara l-lawrja huma eċċezzjonali kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Parti integrali tal-Istitut hija l-iżvilupp ta’ riċerka għall-istaff u l-istudenti. Hemm numru sabiħ ta’ membri tal-istaff u kif ukoll studenti li huma reġistrati f’korsijiet ta’ wara l-lawrja, Masters u Dottorat. L-IHC stabbilixxa rabtiet mill-qrib ma’ universitajiet internazzjonali, b’mod partikulari fl-Ewropa, u membri tal-istaff u l-istudenti jipparteċipaw b’mod regolari f’inizzjattivi ta’ skambji fil-proġett Erasmus.

S’issa, il-korsijiet ta’ diploma u ta’ lawrja fin-Nursing kienu jdumu erba’ snin.  Minn Ottubru 2009, kull kors ta’ Diploma u ta’ lawrja fin-Nursing se jibda jsir fuq perjodu ta’ tliet snin, konformi max-xejriet fl-iżvilupp tal-edukazzjoni fl-infermerija mad-dinja kollha. Dan sar possibbli billi qed jiġi adottat metodu iktar integrattiv ta’ tagħlim matul il-korsijiet. 

Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa tista’ tinkiseb billi tintbagħat email lil Student Advisory Services (servizzi ta’ pariri għall-istudenti): sas@um.edu.mt jew lill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa: ihc@um.edu.mt.


 DataĦinDiviżjonijiet rappreżentati fl-istandtal-IHC fl-Intrata tal-Isptar Mater Dei
13 ta' Lulju
15.00 - 18.00Il-Podjatrija, L-Infermerija, It-Terapija Okkupazzjonali
14 ta' Lulju15.00 - 18.00It-Terapija tal-Komunikazzjoni, L-Infermerija,  It-Terapija Okkupazzjonali
15 ta' Lulju15.00 - 18.00L-Infermerija, It-Terapija Okkupazzjonali, L-Infermerija għas-Saħħa Mentali
16 ta' Lulju15.00 - 18.00Environmental Health,  It-Terapija Okkupazzjonali, L-Infermerija għas-Saħħa Mentali
17 ta' Lulju15.00 - 18.00It-Terapija Okkupazzjonali, Il-Qwiebel
18 ta' Lulju15.00 - 18.00It-Terapija Okkupazzjonali
19 ta' Lulju10.00 - 12.00
Il-Qwiebel, It-Terapija tal-Komunikazzjoni, It-Terapija Okkupazzjonali
19 ta' Lulju
15.00 - 18.00It-Terapija Okkupazzjonali

Prospective IHC Students

Prospective IHC Students
Mix-xellug – Dr Sandra Buttigieg Direttur IHC, Prof. John Rizzo Naudi Chairman IHC u s-Segretarju Parlamentari Dr Joe Cassar

 


 

Kreattività, Innovazzjoni u Imprenditorija

Qasam ta’ Studju Sekondarju fil-
Kreattività, Innovazzjoni u Imprenditorija

Dawk li jixtiequ jtejjbu l-prospetti futuri tagћhom f’dawn iż-żminijiet ta’ tibdil u inċertezza ekonomika, għandhom jikkunsidraw li jidћlu l-Università ta’ Malta f’Ottubru li ġej. Min jidћol gћall-kors B.Sc.(Hons)ICT u jispeċjalizza fil-Computer Science and Artificial Intelligence (CSAI), jista’ jagħżel illi jikkumplimenta dan b’qasam ta’ studju sekondarju fil-Kreattività, Innovazzjoni u Imprenditorija.

Din is-sena ġiet iddikjarata mill-Unjoni Ewropeja bħala s-Sena gћall-Kreattività u l-Innovazzjoni – il-kreattività, l-innovazzjoni u l-imprenditorija illum saru valuri ċentrali għall-iżvilupp ekonomiku, kemm dak personali kif ukoll dak nazzjonali. L-importanza ta’ dawn il-valuri żvolġiet bħala reazzjoni għal sitwazzjonijiet fis-swieq internazzjonali, gћall-istil ta’ ħajja mgħaġġla li ngħixu llum u għal futur ferm imprevedibbli.

Huwa importanti li wieћed jagћmel distinzjoni bejn xi tfisser kreattività u xi tfisser innovazzjoni.  Il-kreattività tirreferi għall-iżvilupp tal-ħsieb li bih toħloq ideat ġodda.  L-innovazzjoni ssarraf dawn l-ideat biex toħloq valur ġdid.  L-imprenditorija tinvolvi l-ħila li tagħraf opportunitajiet ġodda flimkien mar-rieda li tieħu riskji f’sitwazzjonijiet imprevedibbli.

Hemm diversi temi inklużi f’dan il-kors offrut mill-Edward de Bono Institute for the Design and Development of Thinking, fosthom Thinking out of the Box – A Toolkit for Idea Generation; Innovation and Entrepreneurship; Design and Innovation; Psychology of Creativity; u Creativity, Innovation and Digital Technologies.

Dan il-programm interessanti jista’ jgħin lil dak li jkun ittejjeb il-prospetti tal-karriera, sew jekk jixtieq isib impjieġ kif ukoll jekk jitħajjar jiftaħ negozju għal rasu.

X'Jgħidu l-Istudenti

Melanie AquilinaIsem: Melanie Aquilina
Età: 21 sena
Kors: B.Sc.(Hons.)ICT, 2008-2011
Meta kont wasalt biex nidћol l-Universita’, jiena xtaqt illi l-istudji tiegħi jkunu jinvolvu mhux biss materjal tekniku u teoretiku, iżda wkoll xi ħaġa iżjed illi tkun tista’ iżżidli l-kompetittività tiegħi. Għalhekk, flimkien mal-Computer Science and Artificial Intelligence (CSAI) jien għażilt illi nistudja l-Kreattività, Innovazzjoni u Imprenditorija ma’ l-Edward de Bono Institute, u sibt illi din hija taћlita perfetta! Fid-dinja mgħaġġla li ngħixu fiha llum, ma nistgħux nistennew li l-ideat jaqgћu mis-sema.  Jekk irridu nikkompetu f’dan l-ambjent, l-ideat iridu jigu ġġenerati b’mod kontinwu u l-opportunitajiet iridu jiġu identifikati qabel ma jkun tard wisq. Dan u iżjed huwa preċiżament x’joffri il-kors fil-Kreattività, Innovazzjoni u Imprenditorija mal-Edward de Bono Institute…


Min jixtieq iżjed informazzjoni dwar dan il-kors, mistieden iċċempel jew jikteb lill-Istitut Edward de Bono għat-Tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb

Sit elettroniku
Email
Tel:  +356 21 323981; +356 2340 2434

 


 

Twemmin u Attitudnijiet Reliġjużi

It-Twemmin u l-Attitudnijiet Reliġjużi tal-Istudenti Universitarji Maltin Mistħarrġa mill-Ġdid – 2009

Iċ-Chaplaincy tal-Università ta’ Malta bi pjaċir tħabbar il-pubblikazzjoni ta’ Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009. Il-ktieb jiġbor fih ir-riżultati ta’ sondaġġ li kien sar fl-2008, biex ikompli fuq stħarriġ li kien sar fl-2003.  Iż-żewġ studji saru bi tweġiba għas-sejħa tas-Sinodu Djoċesan biex issir riċerka dwar it-twemmin reliġjuż u l-ħtiġijiet pastorali taż-żgħażagħ.  

Fr. Jimmy Bartolo SJ, li kien Kappillan tal-Università sa Lulju 2008, ippreżenta l-ktieb lill-istampa u l-mezzi tax-xandir, fil-waqt li Dr Mary Anne Lauri, Pro-Rettur, tkellmet dwar ir-riżultati tal-istħarriġ. Dun Paul Galea imbagħad ikkummenta dwar ir-riżultati.

L-Istudju
Tim ta’ esperti minn oqsma differenti bdew l-istħarriġ fl-2007, taħt it-tmexxija tal-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Fr. Jimmy Bartolo SJ; it-tim kien magħmul mill-Prof. Anton Buhagiar, ir-Rev. Dr Paul Galea, il-Pro-Rettur Mary Anne Lauri, Christine Rossi, ir-Rev. Dr Carmel Tabone u Dr Edward Warrington.  Biex jiffaċilitaw il-paragun mar-riżultati tas-sondaġġ ta’ qabel, it-tim għamel biss tibdiliet żgħar ħafna fil-kwestjonarju użat fl-2003.  Element ieħor, magħruf bħala il-Post-Critical Belief Scale,  kien miżjud mal-kwestjonarju biex titkejjel ir-reliġjożità ta’ dawk li wieġbu. 

Bejn Novembru 2007 u April 2008, il-kwestjonarji ġew ippreżentati lil grupp imdaqqas ta’ studenti universitarji, magħżulin b’teknika magħrufa bħala random sampling.  

Il-ktieb jikkonsisti fi tliet partijiet, li huma, l-analiżi statistika tat-tweġibiet miġbura (il-Prof. A. Buhagiar, Dipartiment tal-Matematika); kummentarju fuq iċ-ċifri, li jinkludu paraguni ma’ dawk tal-2003 (ir-Rev. Dr Paul Galea, Fakultà tat-Teoloġija); u riflessjoni fuq is-sinifikat tat-twemmin u l-attitudnijiet reliġjużi tal-istudenti universitarji Maltin (Jean-Paul De Lucca, il-Junior College). Religious Attitudes and Behaviour of University Students in Malta, (l-Attitudnijiet u l-Imġiba Reliġjuża tal-Istudenti Universitarji ta’ Malta), rapport ippubblikat f’April tal-1968 minn dik li kienet l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tat-Teoloġija tal-Università Rjali ta’ Malta (Royal University of Malta Theology Students’ Association – RUSTA) hija riprodotta fil-ktieb.   

Riżultati u mistoqsijiet oħra
L-Anness jinkorpora riżultati ewlenin dwar il-prattiċi reliġjużi, it-twemmin u l-attitudnijiet morali ta’ dawk li wieġbu.  

Meta mqabbla ma’ studji simili f’pajjiżi oħra, nistgħu nkunu pożittivi dwar l-attitudnijiet tal-istudenti tagħna lejn ir-reliġjon. Fost l-iżjed sinjali inkoraġġanti hija l-evidenza li numru kbir ta’ studenti jgħixu t-twemmin tagħhom b’mod konsistenti permezz tal-prattika reliġjuża tagħhom; li qegħdin f’assoċjazzjonijiet reliġjużi volontarji; u li jridu Chaplaincy fuq il-Kampus.  B’kuntrast ma’ dan, il-fatt li kważi terz tal-istudenti universitarji Maltin ma jmorrux quddies iqajjem mistoqsijiet dwar id-dikotomija bejn l-ispiritwalità u r-reliġjożità kif ukoll bejn it-twemmin u l-għażla morali.   

Avvenimenti reċenti, fosthom l-adeżjoni ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, għaġġlu l-proċess ta’ sekularizzazzjoni fil-ħafna aspetti tiegħu, permezz ta’ forzi ekonomiċi, soċjali, kulturali, demografiċi, teknoloġiċi u politiċi. Is-sekularizzazzjoni, imbagħad, tolqot profondament lill-Knisja u lis-soċjetà aktar wiesgħa.   

Ir-riżultati miksuba b’dan is-sondaġġ iqajmu mistoqsijiet importanti għal dawk li huma fdati bil-kura pastorali u l-formazzjoni spiritwali ta’ żgħażagħ: it-twemmin u l-attitudnijiet  reliġjużi taż-żgħażagh jinfluwenzaw il-mixja tagħhom lejn il-ħajja adulta, kif ukoll ir-relazzjonijiet familjari, l-attitudnijiet lejn ix-xogħol u l-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika.  

L-istatistika tistedinna nistħarrġu mill-ġdid l-istrateġija pastorali taċ-Chaplaincy biex din tkun tista’ tkompli twieġeb b’mod kreattiv għall-ħtiġijiet umani u spiritwali tal-istudenti universitarji.
Iċ-Chaplaincy toffri dan l-istudju wkoll lill-Knisja Kattolika f’Malta, lil kommunitajiet reliġjużi oħra, lis-soċjetà ċivili, lil edukaturi u lil min ifassal il-politika, lil dawk li jemmnu f’Alla u lil dawk li ma jemmnux, liż-żgħażagħ u min jakkumpanjahom, u tistedinhom jieħdu sehem fi djalogu inklussiv u kostruttiv dwar ix-xejriet u l-kwistjonijiet li joħorġu minn dan l-istudju. 

Iċ--Chaplaincy tal-Università – Għalik il-Ġurnata Kollha, Kuljum
Iċ-Chaplaincy tal-Università għandha l-għan li tgħin lill-istudenti u lill-istaff  fl-iżvilupp tagħhom bħala individwi, u bħala komunità tal-Knisja li tjiċċelebra u tgħix il-messaġġ ta’ Kristu. L-attivitajiet jinkludu l-formazzjoni spiritwali, soċjo-politika u psikoloġika.  Il-kwartieri huma miftuħa għal laqgħat, studju jew sempliċement għall-mistrieħ. Il-Kappella hija miftuħa għat-talb u toffri post għall-kwiet mill-ħajja movimentata tal-Università. Quddiesa: Kuljum: 12:30; It-Tlieta, il-Ġimgħa fis-07:20; is-Sibt: fis-19:30, fid-21:00.  Kulħadd huwa mistieden li jipparteċipa u li jikkontribwixxi għall-preżenza tagħna fuq il-Kampus

Sinodu Malta. (2003). Adolexxenti u Żgħażagħ. Malta: Arċidjoċesi ta’ Malta, 4.

Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009 

 

Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009 

 

Religious Beliefs and Attitudes of Maltese University Students Revisited – 2009 

 

 


 

Kors għall-Infermiera fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Jiftaħ il-kors għall-Infermiera fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Il-B.Sc. (Hons) Nursing (Mental Health Nursing) huwa kors ta’ tlett snin li l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta qiegħed joffri f’Ottubru li ġej. F’dan il-kors, l-istudenti jiġu ppreparati biex isiru infermiera li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali.  Għalhekk, isir taħriġ intensiv biex l-istudenti jkunu kapaċi jieħdu ħsieb b’mod ħolistiku persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali.  Dan it-taħriġ jinkorpora fost l-oħrajn, mezzi ta’ kif l-infermiera jsiru jafu aktar lilhom infushom biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu aħjar lill-pazjenti tagħhom, kif ukoll modi ta’ kif għandhom jikkomunikaw ma’ dawn il-pazjenti.

Suġġetti oħra mgħallma f’dan il-kors huma l-psikoloġija, s-soċjoloġija, l-etika, l-fiżjoloġija, r-riċerka, u modi differenti ta’ kif jieħdu ħsieb pazjenti minn oqsma varji tal-ħajja, bħal anzjani, tfal, adulti u nies b’diżabilità mentali.

Wara li jispiċċaw dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali – kemm fl-isptar Monte Karmeli u kif ukoll fil-komunità, servizz ġdid li qiegħed jiżviluppa b’rata mgħaġġla.
Jistgħu jidħlu għal dan il-kors dawk il-persuni li għandhom iċ-Ċertifikat tal-Matrikola (inkluż il-Bioloġija fil-livell Avvanzat), u l-Matematika, l-Ingliż u l-Malti, bi grad 5 jew aħjar, fil-livell tas-SEC.

Persuni li għandhom ’l fuq minn 23 sena jistgħu wkoll japplikaw għal dan il-kors, bħala studenti maturi.  Dawk li japplikaw bħala studenti maturi u m’għandhomx kwalifiki fil-Bioloġija, ikollhom sapport akkademiku speċjalment f’suġġetti bħal fiżjoloġija.

Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lis-Sur Martin Ward (bl-ingliż), jew lis-Sinjura Josanne Drago Bason. Tista’ wkoll iċċempel lis-Sur Martin Ward fuq in-numru +356 2340 1181 jew lis-Sinjura Josanne Drago Bason fuq in-numru +356 2340 1913.

 


 

It-Twaqqif ta’ Laboratorju għall-Enerġija u l-Effiċjenza Elettrika

 erdfmalti

It-Twaqqif ta’ Laboratorju għall-Enerġija u l-Effiċjenza Elettrika – L-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013 tal–Unjoni Ewropea.  Id-Dipartiment għall-Konverżjoni Industrijali tal-Enerġija Elettrika fi ħdan il-Fakultà tal-Inġinerija se jkun qiegħed jibbenefika permezz tal-proġett “Laboratorju għall-Enerġija u l-Effiċjenza Elettrika għall-Università ta’ Malta”. Il-proġett, iffinanzjat mill-ERDF, jikkonsisti fit-twaqqif ta’ laboratorju li se jkun użat għat-tagħlim u għar-riċerka fil-qasam tal-enerġija elettrika, fir-rigward tal-produzzjoni, tal-konverżjoni, tal-użu effiċjenti tagħha u tal-kwalità tal-provvista. 

Dan il-proġett għandu l-għan li jwaqqaf faċilità li ttejjeb il-potenzjal ta’ Malta għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-inġinerija applikata tal-Enerġija Elettrika. Il-faċilità tkun tista’ tagħmel ir-riċerka possibbli: fil-qasam tal-konverżjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (RES) bħax-xemx u r-riħ; id-disinn, il-kostruzzjoni u l-kontroll tal-konverters elettroniċi tal-enerġija; is-simulazzjoni u l-analiżi tal-interazzjoni tal-RES man-netwerk tal-Elettriku Malti, l-użu mtejjeb ta’ sorsi tradizzjonali tal-enerġija; iż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija elettrika fl-applikazzjonijiet domestiċi u industrijali u t-titjib tal-kwalità tal-enerġija.

Id-Dipartiment għall-Konverżjoni Industrijali tal-Enerġija Elettrika joffri kemm korsijiet fil-grad ta’ lawrja kif ukoll gradi ta’ riċerka wara l-lawrja fil-qasam tal-Inġinerija Elettrika.  Il-faċilitajiet ser jintużaw mill-istudenti li qed jistudjaw għall-lawrja kif ukoll minn riċerkaturi.  L-infrastruttura se tippermetti l-iżvilupp ta’ prototipi li jintużaw għall-konverżjoni tal-enerġija u se jintużaw biex tinkiseb dejta xjentifika u tar-riċerka dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija permezz ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija.  Il-laboratorju se joffri wkoll ambjent fejn isiru studji dwar: il-konverżjoni tal-enerġija u l-kontroll tagħha; il-ġenerazzjoni ddistribwita; it-titjib fil-kwalità tal-enerġija u fl-effiċjenza tal-enerġija elettrika. 

Dan il-proġett għandu l-għan li jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien lill-istudenti u li jgħin għal żieda fil-popolazzjoni ta’ gradwati fix-Xjenza u t-Teknologija f’Malta.  Dan jiżgura li l-gradwati tal-Fakultà tal-Inġinerija jiksbu għażla ta’ ħiliet relatati mar-rwoli tagħhom fl-industriji ta’ valur miżjud għoli li qed jespandu f’Malta, u b’hekk jagħmlu possibbli il-bidla tal-ekonomija Maltija għal waħda bbażata fuq l-għarfien u li jinħoloq ċentru reġjonali ta’ eċċellenza fl-Inġinerija Elettrika fil-qasam tal-Enerġija, u l-użu effiċjenti tagħha.

Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1

 


 

Il-Lingwistika Maltija

Skola tas-Sajf tal-Lingwistika Maltija mill-15 sas-26 ta’ Ġunju 2009
Il-Ftuħ Uffiċċjali

Nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju, l-Istitut tal-Lingwistika tal-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti, nieda l-ewwel Skola tas-Sajf tal-Lingwistika Maltija, f’ċerimonja li saret fil-Bini tal-Università l-Qadima, il-Belt Valletta. Qabel il-ftuħ uffiċjali, il-Prof. Joseph M. Brincat għamel taħdita pubblika dwar Il-Malti u lingwi oħra: L-istorja lingwistika ta’ Malta.

Il-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta, Dr Mary Anne Lauri, Dr Ray Fabri, Chairman, l-Istitut tal-Lingwistika, il-Prof. Albert Borg, id-Dipartiment tal-Malti u Dr Alexandra Vella, Koordinatriċi tal-Iskola tas-Sajf kienu l-kelliema waqt il-ftuħ uffiċjali.

Din l-iskola li qed issir b’ko-ordinazzjoni tal-Foundation for International Studies Ltd. mill-15 sas-26 ta’ Ġunju 2009, għandha l-għan ewlieni li, lil-lingwisti stabbiliti kif ukoll lill-istudenti tal-lingwistika, tagħtihom togħma tal-istruttura tal-Malti kif ukoll tal-kuntest li fih jiffjorixxi.

Il-lingwisti barranin li jużaw il-Malti bħala wieħed mill-għejjun primarji għar-riċerka lingwistika, spiss ikollhom jużaw id-dizzjunarju flimkien mal-informazzjoni meħuda minn kelliema nattivi tal-lingwa billi ma jsibux sfond li jista’ jgħinhom biex l-elementi li janalizzaw jinterpretawhom aħjar. Għalhekk l-Iskola tas-Sajf għandha sservi biex lil-lingwisti u lil-lingwisti li għadhom qed jiffurmaw ruħhom, tipprovdilhom informazzjoni dwar il-Malti biex b’hekk ir-riżorsi tar-riċerka għad-dispożizzjoni tagħhom  jużawhom aħjar. L-Iskola għandha tipprovdi wkoll forum fejn il-lingwisti Maltin ikunu jistgħu jxandru r-riċerka tagħhom. Għandha sservi wkoll bħala pedament li fuqu tista’ tinbena l-koperazzjoni bejn lingwisti Maltin u barranin. Għalhekk dawn huma l-għanijiet prinċipali tal-Iskola: Biex ikompli joktor l-interess fil-Malti, biex tixxandar l-iktar riċerka riċenti fuq aspetti differenti tal-lingwistika u tal-lingwistika applikata tal-Malti (il-lingwistika storika, is-soċjolingwistika, il-lingwistika kompjutazzjonali, il-lingwistika tas-sinjali, il-pjanifikazzjoni lingwistika, eċċ.) u biex jiżdied il-kuntatt bejn il-lingwisti Maltin u barranin.

Din l-Iskola tas-Sajf hija organizzata madwar tliet binarji: is-sistema tal-ħsejjes fil-Malti, il-lessiku tal-Malti, il-grammatika u t-tifsir, u il-Malti fil-kuntest tiegħu. Il-binarju dwar is-sistema tal-ħsejjes jagħti titwila lejn l-iżvilupp storiku tal-fonoloġija Maltija u għandu x’jaqsam mal-istudju tal-pronunzja li jinkludi l-istruttura segmentali u sillabika, l-aċċent u l-intonazzjoni. Il-binarju dwar il-lessiku tal-Malti, il-grammatika u t-tifsir jeżamina l-istruttura tal-kelma u tas-sentenza fil-Malti u jħares lejn proċessi grammatikali bħalma huma l-inflezzjoni, il-kompożizzjoni, id-derivazzjoni, l-ordni tal-kliem, it-topikalizzazzjoni, is-sentenzi bla verb u t-temp. Il-binarju dwar il-Malti fil-kuntest tiegħu jagħti ħarsa lejn il-kuntest lingwistikament rikk li fih jgħix u jiżviluppa l-Malti u jesponi  x-xogħol li qed isir f’oqsma bħalma huma l-pjanifikazzjoni lingwistika, l-użu tal-lingwa fil-media, il-Lingwa tas-Sinjali Maltija kif ukoll it-teknoloġija tal-informatika u l-Malti. Niddiskutu ukoll l-effetti li għandu fuq il-Malti l-istatus ġdid tiegħu bħala lingwa uffiċjali tal-UE u fil-qosor ħafna nagħtu titwila lil-letteratura Maltija. Qed noffru wkoll kors fakultattiv tal-Malti għall-adulti barranin lil dawk il-parteċipanti li jinteressahom. Dan il-kors jingħata b’mod parallel mal-Iskola tas-Sajf mill-Iskola tal-Malti.

Il-fatt li din l-Iskola tas-Sajf se ssir Malta huwa importanti għall-għanijiet tal-Iskola għax b’hekk il-parteċipanti jkunu jistgħu jaraw b’għajnejhom stess ir-rikkezza tas-sitwazzjoni lingwistika Maltija. Biex ikompli jgħani l-esperjenza tal-parteċipanti f’din l-Iskola, se jkun hemm ukoll għadd ta’ mawriet għal xi siti storiċi, uħud minnhom b’interess speċifikament lingwistiku.

Din l-Iskola tas-Sajf tipprovdi eżempju eċċellenti tal-kollaborazzjoni u tal-ħidma fi grupp fi ħdan l-Università ta’ Malta. Qed jorganizzaha l-Istitut tal-Lingwistika b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti , waqt li qed tnidiha l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali. Qed jagħtu sehemhom ħdax-il lettur mill-Istitut tal-Lingwistika u minn tliet Fakoltajiet oħra (tal-Arti, tal-Edukazzjoni u tal-ICT). Barra mill-Istitut tal-Lingwistika hemm involuti ukoll ħames Dipartimenti oħra flimkien mal-Iskola tal-Malti. Veru li għall-Iskola tas-Sajf ta’ din is-sena għandna numru żgħir ta’ parteċipanti, imma l-potenzjal huwa tassew kbir u jipprometti  għax kien hemm għadd kbir ta’ barranin li esprimew ix-xewqa li  jipparteċipaw darb’oħra meta terġa’ ssir: studjużi mill-Awstralja, mill-Iżrael u mill-Amerika, kif ukoll mir-Renju Unit, minn Franza u mill-Ġermanja, biex inkunu semmejna uħud minnhom.

Maltese Linguistics June 2009
Mix-xellug: Is-Sa Celine Farrugia, International Programmes Manager FIS Ltd, Dr Ray Fabri Chairman Institute of Linguistics, Dr Mary Anne Lauri Pro Rettur, Prof. Albert Borg, Dipartiment tal-Malti

Maltese Linguistics June 2009

 

 


 

Il-Fanal ta’ Ġordan

 erdfmalti

It-Titjib tal-Fanal ta’ Ġordan – l-Istazzjon ta’ Riċerka dwar is-Sorveljanza Atmosferika Globali

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund - ERDF) permezz tal-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Id-Dipartiment tal-Fiżika fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza se jibbenifika mill-proġett 'It-Titjib tal-Fanal ta’ Ġordan – l-Istazzjon ta’ Riċerka dwar is-Sorveljanza Atmosferika Globali (Global Atmospheric Watch – GAW)', bil-għan li, fil-Fanal ta’ Ġordan, Għawdex, ikun installat tagħmir modern li jimmoniterja t-tniġġis u biex il-bini taċ-Ċentru tal-Università tax-Xewkija, Għawdex, li ġie irranġat, jinbidel f’faċilità għar-riċerka li jilqa’ fih grupp ta’ ħames riċerkaturi.

It-twaqqif ta’ dan il-proġett jiffaċilita l-ġbir ta’ dejta fuq parametri ambjentali bħal sustanzi atmosferiċi li jniġġsu u dejta oħra meteoroloġika li huma ta’ importanza ewlenija għat-titjib tal-ambjent fiżiku u l-miżuri ta’ mitigazzjoni li hemm bżonn jittieħdu fil-Mediterran biex jiġġieldu l-bidliet fil-klima li se jseħħu b’mod relattivament drastiku bejn il-ħamsin u l-mitt sena li ġejjin.

L-istazzjon għall-monitoraġġ tal-arja u għar-riċerka tal-GAW deskritt se jkollu tagħmir ta’ monitoraġġ mill-iktar sensittiv li ma jinsab imkien iżjed fil-gżejjer Maltin.  Dan se jkun jaħdem f’kuntest ta’ riċerka kemm lokali kif ukoll internazzjonali u se jagħmilha possibbli għall-Università li timmoniterja sustanzi li jniġġsu u emissjonijiet ewlenin fiċ-Ċentru tal-Mediterran u jinstabu s-sorsi oriġinali minn fejn bdew, ngħidu aħna, fl-Ewropa tat-Tramuntana, fl-Amerika ta’ Fuq, fix-Xlokk tal-Asja.  Dan jagħmilha possibbli għar-riċerkaturi li jibnu stampa tal-emissjonijiet madwar id-dinja li jolqtu lill-Mediterran.

Għalhekk, b’mod iktar speċifiku dan l-istazzjon se jkun:
  • jipprovdi għarfien ewlieni dwar l-ambjent atmosferiku tagħna waqt li jħaddem u jħarreġ studenti li qed jagħmlu d-dottorat,
  • iżid sostanzjalment il-kontribut tal-pajjiż għar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) fil-qasam tat-tniġġis u t-tibdil fil-klima kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment,
  • jippromwovi kuxjenza pubblika dwar dawn il-fatturi billi jqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ kulħadd permezz ta’ sit elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku. 
Il-proġett ukoll ser:
  • iwassal għal opportunitajiet ta’ impjieg fit-tul fiċ-ċentru tal-Università ta’ Għawdex billi jimpjega żewġ riċerkaturi bid-dottorat u amministratur flimkien mal-uffiċjal tekniku li bħalissa qed jaħdem fuq il-proġett, b’hekk  jiżdiedu l-opportunitajiet f’qasam inqas żviluppat
  • ikompli jindirizza l-kwistjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ (f’dawn l-aħħar għaxar snin, b’tagħmir limitat, ipproduċa l-gradwati kollha impjegati lokalment fuq miżuri tal-kwalità tal-arja), permezz ta’ involviment ta’ studenti u gradwati fir-riċerka
  • jimmoniterja l-ambjent u jiskopri l-problemi internazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-kwalità tal-arja fil-Mediterran kif ukoll jikkontribwixxi direttament għall-bażi tad-dejta tan-NU li qed tinbena biex tistudja, tbassar u timmitiga l-bidla fil-klima.
Dan ikun ukoll f’pożizzjoni li jipprovdi appoġġ lill-aġenziji lokali bħall-MEPA, l-MMA, l-MRA, L-MRAE, il-Protezzjoni Ċivili, l-Uffiċċju Meteoroloġiku u d-Dipartiment tas-Saħħa.

Dan il proġett gie parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew ghall-Iżvilupp Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1

 


 

Laboratorju għall-Immudellar u s-Simulazzjoni bil-Kompjuter fl-Inġinerija Mekkanika

 erdfmalti

It-Twaqqif ta’ Laboratorju għall-Immudellar u s-Simulazzjoni bil-Kompjuter fl-Inġinerija Mekkanika  –  L-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund - ERDF) li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Id-Dipartiment tal-Inġinerija Mekkanika fi ħdan il-Fakultà tal-Inġinerija se jkun qed jibbenefika mill-proġett "It-Twaqqif ta’ Laboratorju għall-Immudellar u s-Simulazzjoni bil-Kompjuter fl-Inġinerija Mekkanika", bil-għan li d-dipartiment tal-Inġinerija Mekkanika jiġi mgħammar b’faċilitajiet mill-aktar moderni għat-tagħlim u għar-riċerka.

Id-Dipartiment tal-Inġinerija Mekkanika joffri korsijiet kemm ta’ lawrja kif ukoll grad ta’ wara l-lawrja bħala impetu għall-industriji kemm tradizzjonali kif ukoll dawk li qed jitfaċċaw f’Malta bħal ma huma l-industriji tal-enerġija, tal-baħar u tal-avjazzjoni.

Il-proġett, li għandu jitlesta fl-2010, jagħmel użu minn fondi allokati ta’ ’l fuq minn €400,000 u jiġbor fih erba’ oqsma prinċipali:
  • L-akkwist ta’ software għall-imuddellar u għas-simulazzjoni ta’ problemi tal-inginerija mekkanika fl-inġinerija tal-baħar, fil-fluid dynamics, fl-analiżi tal-istress u tal-vibrazzjoni, fl-enerġija mir-riħ, fil-magni tal-kombustjoni interna, u oħrajn
  • Il-ksib tal-hardware neċessarju tal-IT biex iħaddem dan is-software
  • It-tgħammir tal-laboratorju bl-għamara u s-servizzi meħtieġa
  • L-akkwist ta’ tagħmir bl-aħħar speċifikazzjonijiet tekniċi għal-laboratoju.
Dan il-proġett huwa mmirat biex jagħmilha possibbli għad-Dipartiment tal-Inġinerija Mekkanika li jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien lill-istudenti. Id-dipartiment se jkun jista’ jipprovdi għal żjieda f’Malta tal-popolazzjoni gradwata fl-inġinerija kif ukoll joffri korsijiet b’aktar diversità fis-suġġetti ta’ speċjalizzazzjoni, bħal fl-energija li tiġġedded, fl-analiżi tal-istress, fl-inġinerija tal-baħar, fil-magni tal-kombustjoni interna u oħrajn. Dan jassigura li l-gradwati tal-Fakultà tal-Inġinerija jkunu mgħammra b’diversi ħiliet orjentati lejn ir-rwoli tagħhom fl-industriji ta’ valur miżjud li kull ma jmur qed jikbru f’Malta, u b’hekk jagħmluha possibbli għall-ekonomija Maltija biex taqleb għal waħda bbażata fuq l-għarfien.

Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1

 


 

It-Tniġġis Atmosferiku

Studju ta’ 12-il Sena dwar it-Tniġġis Atmosferiku fil-Mediterran Ċentrali    
Proġett Malti – Ġermaniż 1993 – 2009
Mill-Professur Raymond Ellul, Id-Dipartiment tal-Fiżika, l-Università ta’ Malta


Data: Il-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju 2009
Ħin: 19:00 – 20:00
Post: Is-Sala Ewlenija fil-Ministeru għal Għawdex

Il-Professur Ellul imexxi l-istazzjon għar-Riċerka Atmosferika (GAW) tal-Università li jinsab il-Fanal ta’ Ġordan, Għawdex. Il-Prof. Ellul huwa l-mexxej ta’ proġett ta’ inizzjattiva tal-Università biex din il-faċilità titjieb sal-aħħar ta’ din is-sena permezz ta’ fondi Strutturali tal-UE. Il-Prof. Ellul iddiskuta u laħaq ftehim ma’ ħafna parteċipanti fil-laqgħa li saret fl-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, f’Ġinevra, l-Isvizzera biex mis-sena d-dieħla jiġu implimentati inizzjattivi ġodda għal programmi ta’ riċerka dwar it-Tniġġis u t-Tibdil fil-Klima. Dawn jinkludu ħafna organizzazzjonijiet u istituti ta’ riċerka Ġermaniżi u Svizzeri kif ukoll l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Oċean u tal-Atmosfera (National Oceanic and Atmospheric Administration - NOAA) f’Boulder, Coloarado, l-organizzazzjoni ewlenija fl-Istati Uniti f’dan il-qasam. Il-Prof. Ellul ġabar fil-qosor l-aħħar tnax-il sena ta’ ħidma li twettqet mill-Università ta’ Malta bħala l-entità akkademika Maltija responsabbli li ġiet maħtura mill-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (World Meteorological Organisation - WMO) biex tmexxi l-istazzjon tal-GAW.  

Sommarju
Il-Professur Ellul beda d-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-kollegi u l-kollaboraturi kollha tiegħu kemm dawk tal-passat kif ukoll dawk tal-preżent, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Fil-preżentazzjoni tiegħu l-Professur Ellul iddeskriva kif ġiet iffurmata d-dinja 4700 miljun sena ilu u spjega kif l-atmosfera tagħha, li ffurmat 570 miljun sena ilu, żviluppat għall-istat preżenti tagħha.  Wara, huwa spjega l-effett serra f’termini sempliċi u wera l-kurrenti ta’ ċirkolazzjoni atmosferiċi globali, bl-implikazzjonijiet kollha tagħhom għat-trasport ta’ sustanzi li jniġġsu madwar id-dinja u b’mod partikulari fil-baħar Mediterran li jinsab 36 grad lejn it-Tramuntana, fil-punt fejn jiltaqgħu żewġ ċelluli ta’ Hadley ewlenin.

Il-Prof. Ellul ippreżenta l-istimi għall-emissjonijiet ta’ trace gas, tat-temperaturi u tal-għoli tal-livell tal-ilma. Imbagħad huwa ddeskriva l-kurrenti ta’ ċirkolazzjoni fil-fond tal-oċean tad-dinja u xi jfissru dawn għat-tibdil fil-klima.  Huwa ppreżenta l-istimi għall-għata tas-silġ tal-Artiku u tal-Antartiku u rrakkonta l-istorja ta’ żminijiet is-silġ f’dawn l-aħħar ftit miljun sena.  Il-Prof. Ellul iddeskriva l-istorja tal-konċentrazzjoni tal-Ożonu fl-atmosfera ta’ fuq u ta’ isfel, u għamel distinzjoni bejn iż-żewġ fenomini li huma relatati ma’ xulxin imma distinti.  Intwerew xi ritratti informattivi ħafna tal-istat preżenti tas-saff imtaqqab tal-ożonu fuq l-Antartika.

Il-kelliem iddeskriva l-Programm għas-Sorveljanza Atmosferika Globali (The Global Atmospheric Watch Programme – GAW) tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija u imbagħad għadda għall-kwistjoni tar-reġjun tal-Mediterran billi ppreżenta xi ritratti allarmanti, li ttieħdu permezz tas-satellita, tal-emissjonijiet tal-Etna, tal-attività tat-trab tas-Saħħara u l-effetti tagħhom fuq il-Gżejjer Maltin.  Il-Prof. Ellul tkellem dwar il-post fejn jinsab l-istazzjon tal-Global Atmospheric Watch, fil-Fanal ta’ Ġordan, Għawdex u ta r-raġunijiet għall-għażla ta’ dan il-post strateġiku u l-istrumenti li ilhom jaħdmu hemm f’dawn l-aħħar 12-il sena. Huwa tkellem ukoll dwar il-konċentrazzjonijiet globali tal-ożonu, kemm dawk imbassra kif ukoll dawk imkejla.

Il-Prof. Ellul tkellem dwar il-kampanji ta’ kejl attwali; l-ewwel waħda kienet il-kampanja ADIOS biex jitkejlu t-trab minerali u n-nutrijenti 2002 – 2003. It-tieni waħda kienet ċart tri-dimensjonali bil-kulur tal-konċentrazzjonijiet tal-ożonu imkejla fuq il-medda tat-tnax-il sena xogħol u kartellun li juri mudell tal-effetti tal-emissjonijiet minn vapuri fuq il-gżejjer Maltin.  Huwa qal li mhix ħaġa sorprendenti li l-konċentrazzjonijiet tal-Ożonu  huma għolja.  Intwerew ukoll attivitajiet ta’ riċirkolazzjoni mill-gżejjer Maltin stess. Il-Prof. Ellul wera ukoll ir-riżultati tal-kejl mill-kampanja MINOS tal-istitut Max Planck tal-2001 u spjeghom f’termini tat-trasport fuq medda twila, ta’ sustanzi li jniġġsu, mill-kontinent Amerikan, mill-Ewropa ta’ Fuq u mix-Xlokk il-Lvant tal-Asja. Id-dejta reali għall-Ożonu, għall-monossidu tal-Karbonju u għad-dijossidu tal-kubrit kienu ppreżentati f’serje ta’ erba’ graffs u ġew spjegati l-implikazzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ emissjonijiet reġjonali u lokali.
Riżultat addizzjonali interessanti ħafna kien dak li juri l-konċentrazzjonijiet tal-Ożonu mill-1884 – 1900 imqabbel ma’ dawk ta’ llum.  Dokumenti storiċi li nstabu fis-Seminarju tar-Rabat Għawdex u li issa qegħdin arkivjati fil-librerija tal-Università, juru li l-konċentrazzjoni tal-Ożonu mitt sena ilu kienet fattur ta’ bejn erba’ u ħames darbiet iktar baxxa milli hi issa minħabba l-industrijalizzazzjoni tar-reġjun tal-Mediterran.  

Il-konklużjonijiet tal-kelliem kienu li:

  • Il-konċentrazzjonijiet tal-Ożonu probabilment żdiedu b’fattur ta’ 4–5 matul l-aħħar seklu.
  • Il-konċentrazzjonijiet tal-Ożonu fil-Mediterrran Ċentrali fil-preżent juru valur medjan ta’ madwar 50 ppbv – wieħed mill-ogħla fl-emisferu tat-Tramuntana, bl-istess effett serju ta’ telf ta’ prodotti tar-raba’ lokali
  • Ħafna attivitajiet antropoġeniċi (ikkawżati mill-bniedem) jidhru li joriġinaw minn Sqallija u l-Ewropa.
  • Il-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-Karbonju turi varjazzjoni tipika tal-emisferu tat-Tramuntana b’ħafna attivitajiet antropoġeniċi identifikati bħala li oriġinaw mill-Ewropa tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar.
  • L-isfond tad-dijossidu tal-kubrit huwa għoli bl-ogħla punti ġejjin kemm mid-direzzjoni tal-gżira prinċipali ta’ Malta kif ukoll mill-baħar bejn Malta u Sqallija u possibilment mill-Etna.
  • It-traffiku tal-vapuri fil-baħar bejn Malta u Sqallija jeħtieġ li jkun ikkwantifikat u l-emissjonijiet imkejla. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni internazzjonali biex ikunu llimitati dawn l-emissjonijiet.

Il-Professur Ellul għalaq id-diskors tiegħu billi stqarr li għad fadal ħafna xogħol xi jsir u li l-għan tal-Fond Ewropew ghall-Iżvilupp Regjonali (ERDF) 078 kien li jitwaqqaf stazzjon modern għar-riċerka għall-użu kemm lokali kif ukoll internazzjonali bħala parti mill-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan l-istazzjon se jkun mgħammar b’tagħmir ġdid li jkejjel konċentrazzjonijiet fl-isfond ta’ Ożonu, ta’ monossidu tal-Karbonju, ta’ dijossidu tal-Kubrit, ta’ ossidi tan-Nitroġenu, ta’ varjetà wiesgħa ta’ aerosols u ta’ emissjonijiet suwed tal-karbonju minn vapuri kif ukoll emissjonijiet radjuattivi ta’ Radon. Teħid ta’ kampjuni ta’ partikuli u l-analiżi ta’ Pollutanti Organiċi Persistenti u trace gases permezz ta’ flask sampling b’kollaborazzjoni ma’ istituti rinomati fil-Ġermanja, fin-Norveġja u fl-Istati Uniti se jsiru kif kien miftiehem fil-laqgħa tal-WMO li saret fil-bidu ta’ Mejju 2009 f’Ġinevra.   

 


 

Ċelebrazzjoni għall-Kura

A Celebration of Care
Konferenza biex tfakkar l-20 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Korsijiet fl-Infermerija u fil-Midwifery fil-kurrikulu tal-Università ta’ Malta.  


Id-Diviżjonijiet  tal-Infermerija u tal-Midwifery tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa (Institute of Health Care – IHC), fl-Università ta’ Malta, qed jorganizzaw konferenza biex jiċċelebraw l-20 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Korsijiet tal-Infermerija u tal-Midwifery fi ħdan l-Università ta’ Malta, bejn is-27 u d-29 ta’ Mejju 2009 fil-lukanda Corinthia Palace, Ħ’Attard.

L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa twaqqaf fl-1988 speċifikament biex jiżviluppa korsijiet fil-Ħarsien tas-Saħħa f’livell terzjarju. Il-Prof. John Rizzo Naudi, li bħalissa huwa ċ-Ċermen tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Kanċillier tal-Università, kien strumentali għall-introduzzjoni tal-Edukazzjoni fl-Infermerija u fil-Midwifery fil-kurrikulu tal-Università ta’ Malta. Dak iż-żmien, kien rrikonoxxut li l-ħarsien tas-saħħa jinvolvi l-isforzi ta’ tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti li jagħtu assistenza medika li jinkludu infermieri u qwiebel, li huma responsabbli għall-kura diretta tal-klijenti tagħhom. L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa kiber f’dawn l-aħħar 20 sena, bis-saħħa wkoll tas-sehem tad-Diretturi, il-Prof. Anthony Serracino Inglott, Dr Gauden Galea u Dr Sandra Buttigieg.

Fl-indirizz tiegħu, l-On. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, li hu nnifsu huwa infermier u gradwat mill-Università ta’ Malta, enfasizza l-impatt importanti li t-tressiq lejn edukazzjoni universitarja kellu fuq il-provvediment ta’ kura mogħtija mill-infermiera u mill-qwiebel. Huwa stqarr li waqt li għad hemm xi kontroversja dwar jekk l-infermiera u l-qwiebel jeħtieġx ikollhom edukazzjoni universitarja, il-komplessità u l-esiġenzi tal-professjonijiet u l-enfasi dejjem tikber fuq xogħol u edukazzjoni interdixxiplinarji jagħmluha neċessarja li l-infermiera u l-qwiebel jieħdu l-istess livell ta’ preparazzjoni akkademika bħal professjonisti oħra fil-kura tas-saħħa, b’enfasi fuq evidenza u riċerka.  

Matul dawn l-aħħar 20 sena, ’il fuq minn 1500 infermiera u qabla temmew kors ta’ studju mal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bi kważi 400 jieħdu l-lawrja u 28 jieħdu grad ta’ wara l-lawrja. Hemm total ta’ 9 korsijiet differenti kemm f’livell ta’ lawrja kif ukoll fil-livell ta’ wara l-lawrja li bħalissa qed jiġu offruti. Dawn jinkludu diploma fl-infermerija, korsijiet ta’ Baċellerat fl-infermerija ġenerali u fil-midwifery, fl-infermerija tas-saħħa mentali, fl-infermerija fil-komunità u kors ta’ Masters fl-istudji tal-infermerija.  Il-prospetti ta’ impjieg għal studenti fil-livell ta’ lawrja u  għal dawk ta’ wara l-lawrja kienu eċċezzjonali kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Parti integrali tal-Istitut hija l-iżvilupp ta’ riċerka għall-istaff u l-istudenti. Il-parteċipazzjoni f’konferenzi lokali u internazzjonali, f’pubblikazzjonijiet, u r-reġistrazzjoni f’korsijiet ta’ wara l-lawrja, Masters u Ph.D. huma mifruxa fost il-membri tal-istaff  u l-istudenti. Ġew stabbiliti rabtiet mill-qrib ma’ universitajiet internazzjonali, b’mod partikulari fl-Ewropa u membri tal-istaff u studenti jipparteċipaw b’mod regolari f’inizzjattivi ta’ skambji fil-proġett Erasmus.

S’issa, il-korsijiet ta’ diploma u ta’ lawrja fl-infermerija kienu jdumu erba’ snin. Minn Ottubru 2009, kull kors ta’ diploma u ta’ lawrja fl-infermerija se jibda jsir fuq perjodu ta’ tliet snin, kif jaqbel max-xejriet fl-iżvilupp tal-edukazzjoni fl-infermerija mad-dinja kollha. Dan sar possibbli billi qed jiġi adottat metodu integrattiv ta’ tagħlim matul il-korsijiet.  

Id-Diviżjonijiet tal-Infermerija u tal-Midwifery qegħdin jishqu għall-istabbiliment tal- professjonijiet kollha li jirrikjedu lawrja.  Minħabba dan, infermiera u qwiebel li għandhom diploma qed jingħataw l-opportunità li jottjenu lawrja.  Biex dan ikun iżjed faċli, qed jiġi żviluppat kors ta’ studju ġdid li jagħmel użu minn taħlita ta’ metodi differenti ta’ tagħlim bħal lekċers, tagħlim elettroniku (e-learning) u metodi ta’ tagħlim skont l-esiġenzi tal-istudenti (self-directed learning) biex jippermetti lill-infermiera li jaħdmu biex iqassmu l-ħin tal-istudji tagħhom b’mod li jlaħħqu mal-impenji tagħhom tax-xogħol u żvilupp kontinwu.  Ċertifikati ta’ speċjalizzazzjoni qabel il-lawrja qed jiġu żviluppati ukoll bil-għan li jippermettu lill-infermiera li qed jaħdmu f’oqsma speċjalizzati ħafna biex jiksbu l-għarfien avvanzat u l-ħiliet meħtieġa biex jipprovdu l-aqwa kura f’dawn is-sitwazzjonijiet kliniċi.

Aktar informazzjoni dwar id-Diviżjoni tal-Infermerija tista’ tinkiseb minn għand Ms Roberta Sammut, Koordinatur Diviżjoni tal-Infermerija, fuq in-numru 23401831, jew permezz tal-indirizz elettroniku. Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet tal-Midwifery tista’ tinkiseb minn għand Dr Rita Borg Xuereb, Koordinatur Diviżjoni tal-Midwifery, fuq in-numru 23401823, jew permezz tal-indirizz elettroniku.  

A Celebration of Care
Il-Professur John Rizzo Naudi, Chairman, Institute of Health Care, L-Università ta’ Malta, jindirizza l-konferenza 'A Celebration of Care'
A Celebration of Care
The L-On. Mario Galea, Segretarju Parlamentari, għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` jindirizza l-konferenza 'A Celebration of Care'

 


 

Kreattività u Tmexxija

L-Università ta’ Bologna dan l-aħħar laqgħet tletin studenta li għandhom l-isfond tagħhom fl-inġinerija jew fix-xjenza tal-kompjuter minn seba’ Universitajiet Ewropej differenti. Dawn kienu jinkludu sitt studenti mill-Università ta’ Malta. It-taħriġ ta’ ġimgħa iffoka fuq il-kreattività u t-tmexxija min-nisa.  Dawn l-istudenti qed jieħdu sehem fi proġett li jismu FEPIC (li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja). L-għan hu li jinkoraġġixxi studenti nisa tal-inġinerija u tax-xjenza biex itejbu l-ħiliet tagħhom fil-kreattività, fl-intraprenditorija u fit-tmexxija.

'Inġiniera Nisa Jippromwovu l-Innovazzjoni fil-Kumpaniji' (Female Engineers pushing Innovation in Companies - FEPIC) ilaqqa’ flimkien 20 istituzzjoni li jinkludu Universitajiet u organizzazzjonijiet oħra.  It-63 studenta mill-Università ta’ Malta u mill-Università ta’ Bologna, li qed jikkoordinaw il-proġett, għandhom rwol ewlieni. Studenti oħra kienu mill-Universitajiet fir-Renju Unit, fl-Isvezja, fl-Estonja, fl-Ungerija u fil-Polonja. L-istudenti kienu involuti billi intervistaw nisa li għandhom l-isfond tagħhom fl-inġinerija u li għandhom kariga ta’ tmexxija fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Ir-riżultati tal-proġett jinvolvu kwestjonarju 'online' għal inġiniera li se jkun disponibbli lejn l-aħħar tal-proġett li jdum sentejn. L-Università ta’ Malta, li hija rrappreżentata mill-Istitut Edward de Bono, hija fdata bit-twaqqif ta’ għodda għat-tagħlim elettroniku (e-learning) iffokata fuq l-iżvilupp tal-kreattività.

L-Istitut Edward de Bono fl-Università ta’ Malta joffri sensiela ta’ korsijiet lil studenti tal-Università. Dawn għandhom l-għan li jtejbu l-ħiliet relatati mal-kreattività, mal-immaniġġjar tal-innovazzjoni, mal-kapaċità li wieħed jara x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur u mal-intraprenditorija li għandhom rwol importanti fix-xenarju globalizzat kompetittiv ta’ llum.  

L-Istitut joffri żewġ korsijiet f’livell ta’ Masters.  Il-kors li jwassal għall-Masters fil-Kreattività u l-Innovazzjoni, li ilu għaddej mill-2003, huwa ddisinjat b’mod interdixxiplinarju u jiffoka fuq l-immaniġġjar tal-innovazzjoni u fuq il-ħiliet fl-intraprenditorija. L-Istitut dan l-aħħar nieda kors ġdid li huwa M.Sc. Konġunta Internazzjonali fl-Innovazzjoni Strateġika u l-Ħolqien tal-Futur b’kollaborazzjoni ma’ tliet Universitajiet Ewropej oħra li se jibda f’Ottubru tal-2009. Il-Kors ta’ Masters Internazzjonali se jitwassal fil-biċċa l-kbira permezz ta’ tagħlim elettroniku (e-learning)

Fi sforz biex jitrawmu iktar ħiliet fil-kreattività, fl-immaniġġjar tal-innovazzjoni u fl-intraprenditorija, l-Istitut joffri wkoll kors fil-Kreattività, l-Innovazzjoni u l-Intraprenditorija (CIE) lil studenti rreġistrati fil-kors tal-B.Sc.(Hons) ICT li għażlu li jispeċjalizzaw fix-Xjenza tal-Kompjuter u l-Intelliġenza Artifiċjali (Computer Science and Artificial Intelligence - CSAI).

Dettalji tal-korsijiet u attivitajiet organizzati mill-Istitut Edward de Bono fl-Università ta' Malta jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku jew billi tikkuntattjaw l-Istitut permezz tal-indirizz elettroniku.

Dettalji ta’ Kuntatt: :
Dr Sandra M. Dingli
Indirizz Elettroniku
Mob: +356 9984 2422

Creativity and Leadership in Bologna

Ir-ritratt juri: lill-parteċipanti tal-FEPIC mill-Università ta’ Malta – proġett li jgħaqqad il-kreattività u t-tmexxija mal-inġinerija

 


 

Laboratorju għas-Supercomputing għall-Università ta’ Malta

 erdfmalti

L-Università ta’ Malta se tkun qed tibbenefika mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 permezz ta’ proġett li għandu l-għan li jwaqqaf laboratorju għal super-computer. Il-proġett qiegħed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Fiżika fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza, għalkemm il-laboratorju għas-super-computer se jkun installat bħala riżors għall-Università kollha u se jkun disponibbli għall-istudenti u r-riċerkaturi kollha li jkollhom bżonn din il-faċilità.

Il-proġett, li se jkun lest f’nofs l-2010, se jkun jiswa ’l fuq minn €650,000 li minnhom hemm bejn wieħed u ieħor €400,000 allokati għas-super-computer inniffsu fil-waqt li l-bqija tal-fondi huma għas-software u tagħmir anċillari li hu meħtieġ biex ikun installat.  

Fl-Università jeżisti interess attiv fir-riċerka fost numru ta’ akkademiċi fil-Fakultajiet tax-Xjenza, tal-Ambjent Mibni, tal-Mediċina u tal-Kirurġija f’oqsma li jvarjaw minn fiżika tal-partikuli u l-kosmoloġija għall-elettromanjetika, id-dinamika komputazzjonali tal-fluwidi kif applikata għall-aerodinamika u l-kwalità tal-arja, u t-tfassil ta’ sistemi kumplessi li jvarjaw minn molekuli tal-proteini għall-klima reġjonali. Din il-faċilità se tagħmilha iktar faċli għar-riċerka f’dawn l-oqsma.     

Aktar minn hekk, hemm il-bżonn li studenti jkunu mħarrġa fl-iżvilupp ta’ ħiliet tas-software fuq multi-core grid systems. Minbarra li tipprovdi l-mezzi biex issir ir-riċerka f’dawn l-oqsma, din il-faċilità ser tipprovdi industriji lokali fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata bi gradwati u postgraduates li jkunu kapaċi jippromwovu r-Riċerka u l-Iżvilupp b’kollaborazzjoni mal-Università.   

Permezz tal-appoġġ li tkun qiegħda tagħti għal sforz ikbar u iktar avvanzat għar-riċerka, din il-faċilità tippermetti lid-Dipartimenti teknoloġiċi tal-Università li jsostnu żieda fil-popolazzjoni ta’ gradwati fix-Xjenza f’Malta, u joffru opportunitajiet għar-riċerka avvanzata wara l-lawrja. Din se tgħin biex ikun żgurat li l-gradwati ta’ dawn id-Dipartimenti jkollhom il-ħiliet meħtieġa mill-pajjiż fil-mixja tiegħu lejn ekonomija bbażata fuq l-għerf.   

Dan il proġett ġie parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1

 


 

DegreePlus Sajf 2009

Programm DegreePlus Reġistrazzjoni Sajf 2009

Ir-reġistrazzjoni għall-Programm tas-Sajf 2009 ta' DegreePlus hija miftuħa għall-istudenti.

Tista' tagħżel minn: Sports, Xogħol Volontarju (barra minn Malta), Xogħol Volontarju (f'Malta)

Żur is-sit www.um.edu.mt/degreeplus għal aktar informazzjoni.

L-applikazzjoni tista' issir billi tibgħat il-formula li tinsab fuq is-sit jew billi tmur fl-ufficcju tad-DegreePlus sat-30 ta' Gunju 2009.

 


 

Bini għall-Fakultà tal-ICT

 erdfmalti

’Il Fuq minn €17.3 miljun għal Bini Ġdid għall-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta
’Il Fuq minn €42miljun f’Fondi Ewropej għall-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta ġiet mogħtija €17.3 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) għal proġett ta’ tliet snin li jinvolvi l-bini u t-tlestija ta’ bini ġdid modern għall-Fakultà tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT).

Il-bini se jippermetti lill-Fakultà tal-ICT toffri korsijiet ta’ kwalità għolja kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija li jwasslu għall-grad ta’ lawrja u għall-livell ta’ wara l-lawrja, kif ukoll diversi korsijiet ta’ diploma u ta’ taħriġ. L-għan ġenerali hu li jkun hemm bini għall-Fakultà tal-ICT li jkun jikkontribwixxi għall-infrastruttura tal-għarfien u għall-kapaċità  ta’ riċerka fi ħdan l-Università.  

Ir-realtà tal-impjiegi turi li l-gradwati fl-ICT huma mfittxija ħafna. Sa minn meta jkunu għadhom fit-tieni sena tal-kors eżistenti tal-B.Sc. IT (Hons) fl-Università ta’ Malta, l-istudenti jkunu diġà qed jiġu impjegati u mwiegħda karigi f’diversi organizzazzjonijiet tal-ICT.

Ir-Rettur tal-Università l-Professur Juanito Camilleri laqa’ lis-Segretarju Parlamentari għal Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Dott Chris Said li żar s-sit tal-Bini tal-Fakultà tal-ICT.  

Chris Said qal li l-fondi mill-UE għas-settur tal-Edukazzjoni kien ta’ importanza kbira f’dak li hu opportunitajiet għall-istudenti. Minn meta l-Università ta’ Malta bdiet tieħu sehem fi proġetti b’fondi mill-UE, l-istudenti bbenefikaw minn 174 proġett, b’ko-finanzjament ta’ ’l fuq minn €7m.

L-Università ta’ Malta applikat ukoll għall-proġetti tal-FP7 b’valur ta’ €3m, li huma ta’ natura ta’ riċerka intensiva, u li bħalissa qed jiġu evalwati.

L-impenn tal-Gvern lejn inizzjattivi bħal SmartCity u SmartIsland urew il-bżonn ta’ numru kbir ta’ gradwati. Il-Prof. Juanito Camilleri kkummenta li l-industrija lokali uriet b’mod stabbli l-bżonn ta’ iktar gradwati fl-ICT, "bħalissa mill-Università joħorġu bejn 40 u 50 gradwat fis-sena. Permezz tal-Fakultà tal-ICT, l-Università ta’ Malta għandha l-għan li tgħin biex tonqos id-differenza bejn it-talba u l-provvista tal-ICT."  

Il-bini l-ġdid għandu jipprovdi lill-Fakultà tal-ICT b’ambjent adattat għall-attivitajiet kurrenti tagħha u t-tkabbir maħsub, li jinkludu t-taħriġ ta’ professjonisti fl-ICT għall-ħtiġijiet nazzjonali u internazzjonali f’kull livell tal-katina ta’ valur teknoloġiku.

Dan il-proġett joffri wkoll lill-Fakultà l-mezzi li tikseb interess fil-qasam tal-ICT u trawwem it-tkabbir ta’ komunità b’saħħitha fir-riċerka tal-ICT, u b’hekk tipprovdi l-ambjent tajjeb għall-kollaborazzjoni effettiva bejn l-Università ta’ Malta u organizzazzjonijiet akkademiċi u kummerċjali oħra.  

L-ispazju kbir disponibbli (’il fuq minn 7000m2) għandu jinkludi swali tal-lekċers, kmamar għall-laqgħat, kif ukoll numru kbir ta’ laboratorji għar-riċerka, biżżejjed biex jakkomodaw l-istudenti tal-ICT kemm preżenti kif ukoll future, għal numru sostanzjali ta’ snin. Il-binja se tkun attrezzata  b’mod mill-aktar ekoloġiku.

Il-bini se jkun jikkonsisti f’erba’ livelli u dak li se jkun iffinanzjat jinkludi: xogħol ta’ bini u xogħol strutturali, inkluż l-iskavar u l-parkeġġ, servizzi tal-elettriku/mekkaniċi, irfinar, għamara u apparat. Se tiġi implimentata  sistema ta’ spazju ta’ xogħol flessibli, possibilment flimkien mal-użu ta’ "hot-desking".  

L-Università ta’ Malta ġiet mogħtija total ta’ ’l fuq minn €42 miljun f’fondi tal-ERDF u tal-ESF biex jintużaw fi ħmistax-il proġett li jvarjaw minn analiżi tar-riċerka u taħriġ biex jiġu mtejba s-servizzi tal-librerija sa laboratorju tas-"supercomputing".

Brand New University ICT Faculty Building
Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said u r-Rettur tal-Università, il- Prof. Juanito Camilleri jħarsu lejn is-sit tal-Bini l-Ġdid tal-Fakultà tal-ICT


Brand New University ICT Faculty Building
mix-xellug – Is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dr Christopher Bezzina; Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-On. Chris Said; ir-Rettur il-Prof. Camilleri u d-Dekan tal-Fakultà tal-ICT, Dr Ernest Cachia.

Brand New University ICT Faculty Building



Brand New University ICT Faculty Building


programmoperattiv1

 


 

L-Innovazzjoni Strateġika u l-Ħolqien tal-Futur

M.Sc. Internazzjonali Ġdida fl-Innovazzjoni Strateġika u l-Ħolqien tal-Futur

Inti professjonista li wasalt f’nofs il-karriera tiegħek li tagħraf l-importanza li tindirizza futuri inċerti u bidliet? Jew inti gradwat/a żagħżugħ/a li tixtieq tkompli l-edukazzjoni tiegħek u li ttejjeb il-kwalifiki maniġerjali tiegħek speċjalment fejn jidħlu l-ħolqien ta’ ideat, l-immaniġġjar tal-innovazzjoni u l-ippjanar għall-futur?

Issa qed tiġi offrut kors ġdid u interessanti mill-Università ta’ Malta li jwassal għal Masters u li jippermetti lill-istudenti joħolqu l-ħin u l-ispazju li jridu biex jistudjaw. Dan il-kors ġie ddisinjat b’mod speċifiku għal individwi li ma jistgħux iħallu l-post tar-residenza jew tax-xogħol għal perjodi twal taż-żmien minħabba impenji oħra li jista’ jkollhom.

L-Università ta’ Malta żviluppat din l-M.Sc. Konġunta Internazzjonali fl-Innovazzjoni Strateġika u l-Ħolqien tal-Futur b’kollaborazzjoni mal-Università ta' Potsdam il-Ġermanja, l-Università ta’ Teesside fir-Renju Unit u l-Iskola tal-Ekonomija ta’ Turku fil-Finlandja.

Il-programm se jitwassal minn esperti mill-erba’ Universitajiet Ewropej, u jkopri erba’ oqsma ta’ suġġetti ewlenin: Il-Kreattività u l-Ħolqien ta’ Ideat, l-Immaniġġjar tal-Innovazzjoni, Il-Kapaċità li wieħed jara x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur)/l-Istudji dwar il-Futur u l-Intraprenditorija. L-istudenti huma mistennija li jġibu 120 ECTS matul erba’ semestri (sentejn akkademiċi).

Il-kors se jitwassal fil-biċċa l-kbira permezz ta’ tagħlim elettroniku (e-learning) asinkronu u dan joffri livell għoli ta’ awtonomija u flessibilità lill-istudenti. Il-komponent online se jkun ikkomplementat b’erba’ seminars residenzjali intensivi ta’ ġimgħa kull wieħed, mifruxa fuq is-sentejn (ġimgħa f’kull Università msieħba). Deskrizzjoni aktar ddettaljata tal-kors tinsab billi tagħfas hawn.

L-applikazzjonijiet għad-dħul f’Ottubru 2009 huma miftuħa. Ir-rekwiżit minimu mitlub biex persuna tirreġistra għal dan il-kors ġdid huwa lawrja fi kwalunkwe dixxiplina mill-Università ta’ Malta jew minn università rikonoxxuta oħra. Min jixtieq iktar informazzjoni huwa mitlub jikkuntattja lill-koordinatur tal-kors jew permezz tal-indirizz  elettroniku jew billi jċempel fuq in-numru +356 21 323981.

Ċittadini Maltin jistgħu japplikaw għal iffinanzjar permezz ta’ STEPS.

L-Istitut Edward de Bono għat-Tifsil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb
L-Università ta’ Malta, Malta,
Tel: +356 21 323981
Indirizz Elettroniku
Sit Elettroniku

 


 

Ir-Rinnovament tal-Laboratorju għall-Ipproċessar tas-Sinjali

 erdfmalti

Ir-Rinnovament tal-Laboratorju għall-Ipproċessar tas-Sinjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) li jaqa’ taħt il-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters, fi ħdan il-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) li għadha kif twaqqfet, se jkun qed jibbenefika permezz tal-proġett "Ir-Rinnovament tal-Laboratorju għall-Ipproċessar tas-Sinjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters".

Dan il-proġett għandu l-għan li jirranġa mill-ġdid il-Laboratorju għall-Ipproċessar tas-Sinjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters fl-Università ta’ Malta b’tagħmir modern biex jiġbed, jipproċessa u jippreżenta sinjali multimedjali għal applikazzjonijiet diversi tal-ICT. Il-laboratorju se jintuża biex iħarreġ studenti u riċerkaturi f’dan il-qasam fil-livelli kemm ta’ qabel il-gradwazzjoni kif ukoll ta’ wara l-gradwazzjoni. L-interface ta’ sistemi tal-ICT mad-dinja fiżika hija permezz ta’ tipi ta’ sinjali diversi, bħal awdjo, kliem, testi, immaġini u vidjo. Sistema tal-ICT teħtieġ li tinterpreta, tipproċessa u tittrasmetti dawn is-sinjali biex tilħaq xi objettivi predeterminati. Applikazzjonijiet tipiċi li se jiġu indirizzati f’dan il-laboratorju jinkludu sinteżi u għarfien tad-diskors; kompressjoni ta’ awdjo u vidjo; l-interpretazzjoni awtomatika ta’ ħsejjes, ta’ immaġini u ta’ vidjos u d-diversi tekniki għall-ipproċessar ta’ sinjali neċessarji fuq mezzi ta’ komunikazzjoni differenti bħall-kejbil, mezzi ottiċi u bla wajer. B’mod partikulari, se jinkiseb tagħmir speċifiku għall-implimentazzjoni u r-riċerka ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni li jiddependu ħafna fuq tekniki tal-ipproċessar tas-sinjali biex ikun żgurat li l-informazzjoni tkun trasmessa minn post għal ieħor b’mod effiċjenti, ta’ min jogħod fuqha u b’mod sikur. Dawn il-funzjonijiet tal-ipproċessar tas-sinjali se jsiru fuq apparat b’saħħtu għall-kompjuterizzazzjoni, bħal kompjuters parallelli, jew fuq tagħmir inkorporat bħat-telefons ċellulari, jew l-użu ta’ hardware apposta. Il-finanzjament allokat għal dan il-proġett huwa ta’ ftit inqas minn €485,000. Il-proġett ser ikun implimentat sa nofs l-2010.

Id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Komunikazzjoni u l-Kompjuters jikkontribbwixxi għall-B.Sc. ICT (Hons), għall-B.Eng. (Hons), għall-M.IT u għall-M.Sc. fil-programmi tal-Inġinerija fi ħdan l-Università ta’ Malta. Id-Dipartiment għandu wkoll numru ta’ riċerkaturi jaħdmu fl-oqsma tal-ipproċessar tas-sinjali u f’tat-telekomunikazzjoni.

Dan il-proġett gie parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea taht il-Fund Ewropew ghall-Izvillup Reġjonali 2007 – 2013.

programmoperattiv1 

 


 

Honoris Causa

L-Għoti tal-Grad ta'
Duttur tal-Liġi (Honoris Causa)
lis-Sur Mr Efthimios E. Mitropoulos
is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

nhar is-Sibt, 2 ta' Mejju 2009 fl-10.00
fil-Knisja tal-Università, il-Belt Valletta.
Il-Kanċillier jippresiedi ċ-ċerimonja.

Ikklikja hawn għad-diskors ta' Dr Patricia Mallia
Ikklikja hawn għaċ-ċitazzjoni.

Honoris Causa - Mitropoulos

Honoris Causa - Mitropoulos

Honoris Causa - Mitropoulos

Honoris Causa - Mitropoulos

 


 

Honoris Causa

L-Għoti tal-Grad ta'
Duttur tal-Liġi (Honoris Causa)
lis-Sur Mr Efthimios E. Mitropoulos
is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

nhar is-Sibt, 2 ta' Mejju 2009 fl-10.00
fil-Knisja tal-Università, il-Belt Valletta.
Il-Kanċillier jippresiedi ċ-ċerimonja.

Il-Korp Akkademiku jitlaq mill-Binja tal-Università l-Qadima fl-għaxra neqsin kwart

 


 

Iffirmar ta' Ftehim

L-Iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni
bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni Ogħla fil-Kuwajt u l-Università ta’ Malta

L-Iffirmar tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni Ogħla fil-Kuwajt u l-Università ta’ Malta sar fis-27 ta’ April 2009 fl-Aula Magna tal-Università. Ir-Rettur il-Prof. Juanito Camilleri iffirma l-ftehim għan-nom tal-Università ta’ Malta, waqt li Dr Fayez Al-Kandari, Kunsillier Kulturali ta’ l-Ambaxxata tal-Kuwajt f’Pariġi iffirma f’ishem il-Ministeru għall-Edukazzjoni Ogħla tal-Kuwajt.

Dan il-ftehim jasal fiż-żmien li fih l-Università ta’ Malta qiegħda tilqa’ iktar minn sittin student mill-Kuwajt li l-istudji tagħhom qed jiġu ffinanzjati minn Programm ta’ Boroż ta’ Studju tal-Ministeru għall-Edukazzjoni Ogħla tal-Kuwajt.  L-Università ta’ Malta ilha tilqa’ studenti permezz ta’ dan il-programm prestiġjuż ta’ boroż ta’ studju għal dawn l-aħħar tmien snin u tistenna li l-ewwel studenti Kuwajtin minn dan il-programm jiggradwaw fl-aħħar ta’ din is-sena akkademika.

Dan il-pass jikkonkretizza r-relazzjoni li ġiet stabbilita bejn l-Università u l-Istat tal-Kuwajt u jħares ’il quddiem lejn iktar żvilupp f’din il-kollaborazzjoni produttiva.  Il-ftehim jipprovdi għall-allokazzjoni ta’ ħamsa u sittin post kull sena għal studenti Kuwajtin magħżula minn dan il-programm ta’ boroż ta’ studju u jipproponi wkoll kollaborazzjoni konġunta għall-bdil ta’ informazzjoni u riċerka, mobilità ta’ akkademiċi u riċerkaturi.  

Dan huwa sinjal ta’ fiduċja fl-istruttura estensiva ta’ appoġġ li l-Università ta’ Malta waqqfet għall-istudenti internazzjonali kif wkoll speċifikament għall-istudenti Kuwajtin – strutturi li jiffokaw fuq il-bżonnijiet akkademiċi, soċjali, ta’ benesseri u amministrattivi tal-istudenti.  L-Università hija impenjata li tgħin lil dawn l-istudenti jintegraw fl-istruttura akkademika u soċjali tagħha.  

Minn dawn is-sittin student li bħalissa qed jistudjaw l-Università, total ta’ sittax-il student qed jistudjaw għall-grad fil-Mediċina u fil-Kirurġija, sitt studenti qed jistudjaw għall-grad fil-Kirurġija Dentali, erbatax-il student qed jagħmlu sena fil-Programm Bażiku fil-Mediċina, żewġ studenti qed jagħmlu l-Programm ta’ Studji Bażiċi bi preparazzjoni għall-kors fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili, filwaqt li tnejn u għoxrin student ieħor bħalissa qed jagħmlu korsijiet fil-Lingwa Ingliża fl-Iskola Internazzjonali tal-Lingwi.  Wara li jtemmu dan il-kors b’suċċess, dawn l-istudenti tal-aħħar jirreġistraw għall-Foundation Studies Courses f’Ottubru 2009 u wara jgħaddu għall-korsijiet fil-gradi tal-Mediċina, tal-Kiruġija Dentali, tal-Farmaċija, tal-Arkitettura, tal-Inġinerija u tal-Istudji tal-Kompjuter.

Kuwait and the University of Malta
Professur Juanito Camilleri u Dr Fayez Al Kandari hekk kif iffirmaw il-Ftehim.

Kuwait and the University of Malta
Professur Juanito Camilleri jsegwi l-wirja li tellgħu l-istudenti mill-Kuwajt

27.04.2009

 


 

Tista’ tkun Strateġista tal-Kreattività?

Kors għall-Grad ta’ Master in the Science of Performative Creativity

L-applikazzjonijiet għat-tieni Ċiklu tal-Kors għall-Grad ta’ Master in the Science of Performative Creativity (MSPC) huma miftuħa.  Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha tinteressa lill-gradwati jew lill-istudenti tal-aħħar sena tal-Università minn kull qasam ta’ riċerka – qed issir ħaġa ċara li fit-taqlib ta’ żminijietna, ftit li xejn jiswa l-għerf jekk ma jkunx sostnut bil-kapaċità umana naturali tal-kreattività.  Li tkun taf kif il-karozza tiegħek tistartja meta ddawwar iċ-ċavetta qatt m’hi se tagħmlek sewwieq aħjar.  Iżda li tkun taf kif il-moħħ jaħdem biex jagħmel il-mirakli li kapaċi jagħmel, dak żgur jagħti lok għal kuntest aktar kreattiv! L-MSPC jinvestiga l-oriġini tal-Kreattività.
 
Minn hawn tiġi l-mistoqsija: Tista’ tkun Strateġista tal-Kreattività? Tidwi kullimkien – fis-sistemi ekonomiċi u f’dawk edukattivi, fl-istrutturi soċjali, fl-industrija, fil-kultura, fil-kuntesti ta’ riċerka, fil-ġestjoni tal-kummerċ u fil-marketing, fl-isport … 

Dan il-kors mgħallem ta’ sentejn, fi grad ta’ Master offrut minn netwerk internazzjonali ta’ universitajiet u kuntesti ta’ riċerka u kkoordinat mill-Università ta’ Malta, jieħu minn dixxiplini bħall-Cognitive Neuroscience, il-Filosofija, il-Business Management, il-Cognitive Psychology, ix-Xjenzi tal-Isport, il-Performer Studies u l-Marketing, biex jindirizza mistoqsijiet kruċjali bħal: Liema kuntesti jqawwu l-kreattività u liema kuntesti jfixklu il-ħtieġa proprja li wieħed ikun  kreattiv?

It-trattament multidixxiplinarju tal-MSPC ħadem tajjeb mal-grupp tal-2007, li kienu gradwati fl-Istudji tal-Komunikazzjoni, fil-Psikoloġija, fl-Inġinerija Mekkanika, fl-Antropoloġija, fix-Xjenzi tal-Isport, fl-Istudji tat-Teatru u fl-Istudji tal-Mużika. Il-programm mgħallem fIt-tieni Ċiklu se jiftaħ f’Malta f’Ottubru tal-2009 u fil-Ħarifa tal-2010 jgħaddi għal Ruma, għat-tielet semestru, u  wara dan l-istudenti jagħżlu f’liema Università jaħdmu fuq it-teżi tagħhom.

Ser isiru seminars ta’ informazzjoni fil-Melita Common Room f’Dar l-Istudent, l-Università bejn nhar it-Tlieta 28 ta’ April u l-Ħamis 7 ta’ Mejju.  Sadattant, dawk interessati jistgħu jsibu informazzjoni ddettaljata dwar dan il-kors u l-proċess tal-applikazzjoni fuq is-sit elettroniku jew billi jikkuntattja lill-amministratur tal-programm fuq l-indirizz.
 

 


 

Honoris Causa

L-Għoti tal-Grad ta'
Duttur tal-Liġi (Honoris Causa)
lis-Sur Ban Ki-moon
is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

nhar l-Erbgħa, 22 ta' April 2009 fil-11.30
fil-Knisja tal-Università, il-Belt Valletta.

Ikklikja hawn għad-diskors tal-Professur David Attard.
Ikklikja hawn għaċ-ċitazzjoni.

Honoris Causa - Ban Ki-moon

Honoris Causa - Ban Ki-moon

Honoris Causa - Ban Ki-moon

Honoris Causa - Ban Ki-moon

Honoris Causa - Ban Ki-moon

Honoris Causa - Ban Ki-moon


 


 

€600,000 għal Tagħmir u Attrezzar tal-Estensjonijiet tal-Bini tal-Kimika u tal-Bijoloġija

ERDF


€600,000 għal Tagħmir u Attrezzar tal-Estensjonijiet tal-Bini tal-Kimika u tal-Bijoloġija –
L-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund - ERDF) permezz tal-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.  Id-dipartimenti tal-Kimika u tal-Bijoloġija fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza se jkunu qed jibbenefikaw mill-proġett "It-Tagħmir u l-Attrezzar tal-Estensjonijiet tal-Bini tal-Kimika u tal-Bijoloġija", bil-għan li jibdlu l-bini mibni ġdid/irranġat mill-ġdid f’faċilitajiet ta’ riċerka mill-aktar moderni.

Id-Dipartimenti tal-Kimika u tal-Bijoloġija joffru kemm korsijiet ta’ lawrja kif ukoll grad ta’ wara l-lawrja bħala impetu fl-industriji ġodda f’Malta bħal ma huma l-industrija farmaċewtika, l-industrija tal-kimiki fini u l-bijoloġija tal-baħar.   
Il-proġett, li hu mifrux fuq il-biċċa l-kbira tal-2009, jagħmel użu minn fondi allokati ta’ ’l fuq minn €600,000 u jiġbor fih tliet oqsma kbar:

  1. l-akkwist ta’ tagħmir tal-laboratorju ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi l-aktar reċenti  għad-Dipartiment tal-Bijoloġija
  2. il-ksib ta’ tagħmir tal-laboratorju mill-iktar modern għad-Dipartiment tal-Kimika
  3. ix-xiri ta’ għamara tal-uffiċċju ta’ kwalità għolja għal diversi uffiċċji u swali tat-tagħlim kif jixraq lil waħda mill-eqdem Universitajiet tal-Ewropa.

Dan il-proġett huwa mmirat biex jagħmilha possibbli għad-Dipartimenti tal-Kimika u dak tal-Bijoloġija li jiffaċilitaw it-trasferiment tal-għarfien lill-istudenti. Id-dipartimenti jkunu jistgħu jipprovdu għal żieda f’Malta tal-populazzjoni gradwata fix-xjenza kif ukoll joffru korsijiet b’aktar diversità fis-suġġetti tas-speċjalizzazzjoni, bħall-bijoloġija u l-kimika applikata, il-bijoteknoloġija, il-bijoloġija ta’ konservazzjoni, il-kimika organika sintetika u l-kimika tax-xjenza ta’ materjali. Dan jassigura li l-gradwati tal-Fakultà tax-Xjenza jkunu mgħammra b’diversi ħiliet orjentati lejn ir-rwoli tagħhom fl-industriji ta’ valur miżjud li kull ma jmur qed jikbru f’Malta, u b’hekk jagħmluha possibbli għall-ekonomija Maltija taqleb għal waħda bbażata fuq l-għarfien u li jinħoloq ċentru reġjonali ta’ eċċellenza fl-oqsma tal-Kimika u l-Bijoloġija.

Programm Operattiv I

 


 

Proġett ta’ €5,000,000

UoM logo                         ERDF


Proġett ta’ €5,000,000:

L-Iżvilupp ta’ Faċilità Interdixxiplinarja tar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-Ittestjar tal-Materjali u l-Kostruzzjoni Rapida ta’ Prototipi – l-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund – ERDF) permezz tal-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.  Id-Dipartimenti tal-Metallurġija u tal-Inġinerija tal-Materjali (DMME) kif ukoll id-Dipartiment tal-Inġinerija Industrijali u tal-Manifattura (DIME), fi ħdan il-Fakultà tal-Inġinerija, se jkunu qed jibbenefikaw mill-proġett tal-ERDF “L-Iżvilupp ta’ Faċilità Interdixxiplinarja tar-Riċerka u l-Iżvilupp għall-Ittestjar tal-Materjali u l-Kostruzzjoni Rapida ta’ Prototipi”. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jtejjeb il-potenzjal tar-riċerka u l-iżvilupp fl-oqsma tal-metallurġija u tad-disinn tal-inġinerija.
Dawn id-dipartimenti dinamiċi joffru lill-istudenti għażla ta’ korsijiet ta’ lawrja u gradi ta’ wara l-lawrja (M.Phil. u Ph.D.) kif ukoll sensiela ta’ servizzi tal-inġinerija għall-industrija lokali.  
Il-proġett, li jdum sa Frar tal-2010, se jagħmel użu minn allokazzjoni ta’ madwar €5,000,000 u jiġbor fih żewġ oqsma ewlenin:-
  1. L-ittestjar tal-materjali: ix-xiri ta’ tagħmir ġdid li juża l-aktar teknoloġija avvanzata biex jagħmilha possibbli għad-DMME li jwettqu iżjed testijiet rigorużi u eżawrjenti fuq materjali. Dawn il-faċilitajiet ġodda jtejbu l-kapaċità tal-Università u tal-industrija Maltija li jassessjaw il-kwalità tal-materjali importati u, iżjed importanti li jagħmlu riċerka u innovazzjonijiet.
  2. Id-Dipartiment tal-Inġinerija Industrijali u tal-Manifattura jkun mgħammar b’tagħmir modern ħafna għall-manifattura rapida ta’ prototipi ta’ disinn, għalhekk magħrufa bħala tagħmir ta’ “Kostruzzjoni Rapida ta’ Prototipi”: it-twettiq ta’ mudell fiziku minn mudell eletroniku to prodott fuq il-kompjuter f’temp ta’ minuti tagħti l-opportunità lill-Università u lill-industrija sabiex  iħaffu l-proċessi tagħhom tad-disinn tal-prodotti, u b’hekk inaqqsu drastikament il-ħin biex jinnegozjaw u jżidu l-kompetittività.
Permezz ta’ dal-proġett, l-istudenti tal-inġinerija tal-Università u tal-MCAST jistgħu jieħdu esperjenza prattika fuq teknoloġija avvanzata u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aħjar li jippromwovu ambjenti tax-xogħol b’emissjonijiet iktar baxxi tal-karbonju u bi produttività ogħla.

Operational Programme I

 


 

Proġett ta’ €1,300,000

ERDF


Proġett ta’ €1,300,000:
It-Tisħiħ tal-Faċilitajiet għall-RTDI tal-Kimika Analitika, l-Inġinerija Bijomedika u l-Elettromanjetika – l-Università ta’ Malta


L-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (European Regional Development Fund - ERDF) permezz tal-Programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.  Tliet dipartimenti differenti: dawk tal-Kimika u tal-Fiżika fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenza, u d-Dipartiment tal-Inġinerija tas-Sistemi u l-Kontroll fi ħdan il-Fakultà tal-Inġinerija se jibbenefikaw mill-proġett “It-Tisħiħ tal-Faċilitajiet għall-RTDI tal-Kimika Analitika, l-Inġinerija Bijomedika u l-Elettromanjetika”, bil-għan li tittejjeb il-kompetittività ta’ Malta u l-possibbiltà tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) f’oqsma diversi.

Il-proġett, li se jdum sa Frar 2010, jagħmel użu minn fondi allokati ta’ madwar €1,300,000 u jiffoka fuq it-twaqqif ta’ faċilitajiet għal-laboratorju tar-riċerka u l-iżvilupp fi tliet oqsma:
  1. L-Inġinerija Bijomedika: l-applikazzjoni ta’ kompetenza fl-inġinerija u tekniki ta’ riċerka fuq l-istruttura komplessa li hija l-ġisem tal-bniedem.
  2. Il-Kimika Analitika: it-taħlita tal-kimika tradizzjonali mal-aħħar tekniki analitiċi użati fl-industrija, bħall-farmaċewtiċi.
  3. L-Elettromanjetika: ir-riċerka dwar l-espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi mhux jonizzanti (EMF), il-kompatibilità elettromanjetika u l-applikazzjonijiet mediċi tal-EMF.
Dan il-proġett huwa mmirat biex itejjeb l-infrastruttura u l-vantaġġ kompetittiv ta’ Malta billi:
  • Jissodisfa d-domanda tal-industrija farmaċewtika għal analisti mħarrġa, jippromwovi r-riċerka eżistenti u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni industrija-akkademja, u joffri gradi ta’ wara l-lawrja marbuta direttament ma’ industriji ta’ valur miżjud;
  • Jipprepara għat-tkabbir antiċipat fis-setturi tal-kura tas-saħħa u l-bijoteknoloġija;
  • Jindirizza t-tħassib u t-talbiet mill-industrija dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-moniteraġġ u l-analiżi tal-kampijiet elettromanjetiċi.  

Programm Operattiv I

 


 

Honoris Causa

L-Għoti tal-Grad ta'
Duttur tal-Liġi (Honoris Causa)
lis-Sur Ban Ki-moon
is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

nhar l-Erbgħa, 22 ta' April 2009 fil-11.30
fil-Knisja tal-Università, il-Belt Valletta.
Il-Kanċillier jippresiedi ċ-ċerimonja.

Il-Korp Akkademiku jitlaq mill-Binja tal-Università l-Qadima fil-11.20

 


 

L-Operat Elettroniku tal-Bibljoteka

EDRF


Lejn konsolidament ta’ l-operat elettroniku tal-Bibljoteka ta’ l-Università

Il-Bibljoteka ta’ l-Università ta’ Malta hija waħda mill-benefiċarji tal-Fond Soċjali Ewropew taħt il-programm tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Il-proġett li qed tibbenifika minnu l-Bibljoteka tal- Università ta’ Malta (ESF 1.22) huwa indirizzat lejn it-tisħieħ tal-operat elettroniku li permezz tiegħu din il-Bibljoteka tkun tista’ taqdi dejjem aħjar it-trasmissjoni ta’ riżorsi ta’ informazzjoni għall-programmi ta’ tagħlim u riċerka fil-fakultajiet u l-istituti tal-Università tagħna.  

Bibljoteka akkademika hija ċ-ċentru intelletwali ta’ kull università u r-riżorsi tagħha, il-professjonalità ta’ l-impjegati li jmexxuha, u l-makkinarju amministrattiv ta’ din l-istituzzjoni, iridu jirriflettu tassew l-iżviluppi kbar li qed iseħħu fl-informatika, l-espansjoni fid-dinja tal-pubblikazzjonijiet akkademiċi, u t-trasformazzjoni qawwija fil-karattru tal-universitajiet bħala element dinamiku fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Il-proġett huwa mifrux fuq tlett snin (2009-2011); jkopri nefqa ta’ kważi nofs miljun Ewro, u jikkonsisti fuq tliet stadji inter-relatati li huma:
  1. Eżerċizzju ta’ konsulenza li jkun kapaċi janalizza s-sitwazzjoni preżenti tal-Bibljoteka tal- Università, jinkwadraha fl-isfond ta’ lineamenti professjonali internazzjonali, u jipproġetta pjan dettaljat għat-tisħiħ tal-bibljoteka  bħala ċentru dinamiku ta’ informazzjoni.
  2. Implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ li jkopri l-livelli kollha ta’ l-impjegati tal-Bibljoteka permezz ta’ ‘units’ lokali  (customer care, user needs, inter-personal communication, information literacy etc.), hands-on attachments ma’ bibljoteki akkademiċi barranin, u taħriġ professjonali avvanzat.  Dan it-taħriġ irid ikun kapaċi jiffamiljarizza lill-impjegati mar-riżorsi moderni ta’ nformazzjoni u mal-għodod li bihom jiġu trasmessi; jidentifika fid-dettal il-bżonnijiet pekularji ta’ studenti u riċerkaturi fid-diversi fakultajiet; u jxettel dawk il-ħiliet professjonali meħtieġa f’dawk li jaħdmu f’ambjenti ta’ bibljoteka akkademika.

c)    L-għażla u l-istallazjoni ta’ integrated software package li kapaċi jħaddem l-operati kollha tal-Bibljoteka f’dawk li huma proċeduri amministrattivi (technical services) bħal xiri u katalogar ta’ materjal, maniġġar ta’ sottoskrizzjonijiet ta’ pakketti elettroniċi eċċ, u diffużjoni ta’ servizzi bibljografiċi (e-books, e-journal packages) għas-servizz tal-fakultajiet u ta’ l-istituti tal-Università (reader services).  

Dan il-proġett ser ikun kapaċi jaġġorna l-operat tal-Bibljoteka tal- Università fuq linji akkademiċi internazzjonali; jidentifika dawk ir-riżorsi li huma assolutament meħtieġa fit-trasmissjoni ta’ nformazzjoni b’risq ir-riċerka u t-tagħlim; iħaddem b’mod aħjar ir-riżorsi elettroniċi tal-Bibljoteka; isaħħaħ l-aċċesibilita` ta’ nformazzjoni permezz ta’ operat virtwali; u jikkomplementa b’mod dirett l-e-learning platform tal-università.

Dan it-titjib fl-operat tal-Bibljoteka għandu jaffettwa direttament lill-fakultajiet u lill-istituti kollha ta’ l-università; jiġifieri ser jibbenifikaw minnu l-istudenti u r-riċerkaturi kollha anke fl-isfond ta’ life-long learning.  F’kull qasam tat-tagħlim, u speċjalment fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, l-impatt ta’ dan il-proġett għandu jkun wieħed verament qawwi u, b’konsolidament tar-riżorsi attwali, għandu jgħin b’mod dirett biex l- Università tilħaq l-għan tagħha ta’ ċentru t’eċċelenza għall-benefiċċju tal-pajjiż.

 


 

One World Week Tippromovi l-Integrazzjoni Kulturali fl-Università ta’ Malta

Fis-26 ta’ Frar l-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Ċiniż is-Sur Chai Xi, id-Direttur taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż is-Sur Zheng Hao u r-Rettur tal-Università ta’ Malta l-Professur Juanito Camilleri żaru l-istand kulturali mwaqqfa mill-istudenti Ċiniżi fl-Università ta’ Malta, għall-avveniment "One World Week" organizzat mill-KSU fuq il-Kampus.

L-għan ta’ dan l-avveniment kien biex jitjieb il-ftehim internazzjonali, u biex jippromovi l-integrazzjoni kulturali u d-diversità bejn l-istudenti universitarji minn kważi 80 pajjiż. L-istand Ċiniża kellha għall-wiri crafts, ċerimonja tat-tè, origami, kaligrafija, rakkmu u kostumi tradizzjonali. Il-membri tat-Tai Chi Club ta’ Malta kienu mistiedna jagħtu wirja u l-Ambaxxatur Ċiniż kellu l-pjaċir jingħaqad magħhom. Student Malti li libes kostum tal-Panda enfasizza l-ambjent Ċiniż.

One World Week 2009 - China Stand

Ċentru: L-Eċċ Tiegħu s-Sur Chai Xi, Ir-Rettur il-Prof. Camilleri u Dr Maureen Cole, id-Delegat tar-Rettur għall-Benesseri tal-Istudenti Internazzjonali, flimkien mal-parteċipanti 

One World Week 2009 - China Stand 

L-Ambaxxatur Ċiniż u r-Rettur jammiraw il-"Panda" Maltija

 


 

Il-Malti u l-Użu tat-Teknoloġiji Moderni

Ic-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università ta’ Malta qed jipparteċipa f’żewġ proġetti tal-Ewropa li se jwasslu sabiex it-tagħlim tal-Malti jkun jista’ jsir permezz tat-teknoloġiji moderni. 

Permezz tal-proġett Europodians se tkun tista’ tniżżel mill-Internet materjal interattiv, kemm video u kif ukoll audio fil-lingwa Maltija, u tkun tista’ ġġorru miegħek fuq l-ipod, l-mp3 player, jew il-mobile. Tkun tista’ toħloq ukoll il-lezzjonijiet tiegħek u taqsamhom ma’ studenti oħra tal-Malti.

Il-Proġett Tool for Online and Offline Language Learning (TOOL) qed joħloq korsijiet interattivi online f’ħames ilsna Ewropej, fosthom il-Malti.

Il-Professur Charles L. Mifsud, id-Direttur taċ-Ċentru tal-Litteriżmu sostna li: "Hu essenzjali li t-tagħlim tal-Malti jinqeda bl-iżjed teknoloġiji avvanzati. Hu b’dan il-mod li nistgħu niżguraw li l-lingwa Maltija tibqa relevanti għall-ġenerazzjoni diġitali!"

High tech Maltese Language Learning at the University Centre for Literacy

 


 

Il-Kooperazzjoni bejn l-Università ta' Malta u l-Università Akita International tal-Ġappun

 Strengthening Cooperation between UoM and AIU

Ir-Rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Juanito Camilleri, jippreżenta tifkira lill-Professur Shiratori mill-Università Akita International tal-Ġappun. Preżenti wkoll il-Prof. Godfrey Pirotta u Dr Omar Grech. F’laqgħa bejn il-Prof. Camilleri u l-Prof. Shiratori, ġiet diskussa l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Università ta’ Malta u l-Università Akita International tal-Ġappun kif ukoll ġew identifikati modi biex din il-kooperazzjoni tissaħħaħ.

 


 

Il-Ftehim dwar l-'Ambassador's Scholar'

Illum, l-Università ta' Malta u l-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika ffirmaw memorandum ta' ftehim għall-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-programm ġdid 'Ambassador’s Scholar'. Il-ftehim ġie ffirmat mir-Rettur tal-Università, Juanito Camilleri u Jason Davis, Chargé d’Affaires tal-Istati Uniti, f'ċerimonja li saret fl-uffiċċju tar-Rettur fl-Università ta' Malta, l-Imsida.
 
Il-memorandum 'Ambassador's Scholar' li huwa mmudellat fuq il-programm importanti tal-Gvern tal-Istati Uniti, għall-iskambju akkademiku Fulbright, ġie ffirmat mill-Università u mill-Ambaxxata biex jitkabbar l-iskambju reċiproku tal-għarfien u t-talent professjonali  permezz tad-diplomazija akkademika. Il-programm huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u huwa miftuħ għal diversi dixxiplini.

Skont il-programm, l-Università ta' Malta tinnomina akkademiku Amerikan wieħed minn istituzzjoni edukattiva tal-Istati Uniti biex iservi bħala 'Ambassador's Scholar', li jkun konsulent espert fuq l-iżvilupp tal-kurrikulu, it-tfassil ta’ programmi, l-edukazzjoni professjonali kontinwa, u/jew xi proġett speċjali għad-diversi fakultajiet u dipartimenti tal-Università ta’ Malta meta dan jintalab. Il-perjodu tal-kariga  tal-akkademiku Amerikan fl-Università ta' Malta tvarja skont qbil bejn l-akkademiku, l-Università ta' Malta u l-Ambaxxata tal-Istati Uniti.

Waqt li feraħ lill-Università u lill-uffiċċjali tal-Ambaxxata li ħadmu bis-sħiħ biex iwasslu l-programm sa dan il-punt importanti, is-Sur Davis faħħar "l-isforzi ddedikati tagħhom li wasslu biex dan il-programm oriġinali u innovattiv jagħti l-frott." Huwa żied jgħid li "ir-rabtiet ta’ sostenn bejn l-istituzzjonijiet edukattivi tal-Istati Uniti u l-Università ta’ Malta kienet waħda mill-miri l-iktar importanti għall-Ambaxxata."
 
Fid-diskors tiegħu, ir-Rettur Camilleri enfasizza l-importanza ta’ dan l-avveniment sinifikanti billi l-iskambji akkademiċi ilhom għal ħafna snin, objettiv ta’ prijorità qawwija għall-Università. Ir-Rettur Camilleri żied jgħid li "Dan il-programm iservi biex tissaħħaħ ir-relazzjoni diġà b’saħħitha bejn l-Università ta’ Malta u l-istituzzjonijiet u l-akkademiċi tal-Istati Uniti."

Fix-xhur li ġejjin, uffiċċjali mill-Università u l-Ambaxxata se jaħdmu flimkien ma’ istituzzjonijiet akkademiċi tal-Istati Uniti biex jiżguraw li l-ewwel 'Ambassador’s Scholar' jasal Malta mhux iktar tard minn Ottubru 2009.

The University of Malta and the U.S. Embassy Sign Ambassador’s Scholar Agreement

 


 

Laqgħa għall-Alumni Universitarji tat-Tletinijiet sal-1977

 Bejn l-1916 u l-1971 iggradwaw madwar 2080 student mill-Università ta’ Malta. Il-korsijiet kien ikollhom l-għan ewlieni li jipprovdu lil Malta bi professjonisti bħal tobba, dentisti, avukati, spiżjara, kif ukoll saċerdoti. In-numru ta’ gradwati bejn l-1971 u l-1977 kien ta’ kważi elfejn. Din is-sena biss se jiggradwaw ’il fuq sew minn 2000 student li segwew madwar tmenin kors ta’ lawrja differenti. Dan jagħti indikazzjoni żgħira ta’ kif l-Università inbidlet u żviluppat matul dawn l-aħħar snin.  

Il-gradwati Universitarji qabel kienu jiltaqgħu fi gruppi tal-fakultà, tad-dipartiment jew tal-kors tagħhom, iżda qatt ma kien hemm assoċjazzjoni uffiċjali tal-alumni li tiġbor lil kulħadd. L-Università hija llum l-alma mater ta’ aktar minn 30,000 Malti li għadhom ħajjin. Dawn il-gradwati jaħdmu fl-oqsma kollha tal-attività ekonomika f’Malta u barra minn Malta u jirrappreżentaw korp konsiderevoli ta’ għarfien u ta’ esperjenza. L-Università tħoss li l-Assoċjazzjoni tal-Alumni tkun kapaċi tistimola dawn ir-riżorsi tal-għaġeb. L-idea f’dan l-istadju tal-bidu hija li wieħed jagħmel ħbieb u li jgħaddi l-messaġġ lil gradwati oħra li l-alma mater tagħhom hija istituzzjoni dinamika li tħares ’il quddiem iżda li għadha tapprezza u tammira l-isforzi tal-istudenti tal-passat.  

Bi tħejjija għat-tnedija tal-Assoċjazzjoni tal-Alumni, l-Università qiegħda torganizza żewġ serati bl-għan li tiġbor flimkien alumni mis-snin tletin sal-1970 nhar il-Ħamis 30 ta’ Ottubru, u l-alumni ta’ bejn l-1971 u l-1977 nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru. Iż-żewġ serati se jsiru fit-Teatru MITP fl-Università l-Qadima, u jibdew fis-7.30pm. Ir-raġuni għaliex dawn is-serati se jsiru fl-Università l-Qadima għal dawn il-persuni partikulari hija li l-biċċa l-kbira minnhom qattgħu s-snin universitarji kollha tagħhom il-Belt, filwaqt li dawk li ggradwaw sa l-1977 għaddew tal-inqas l-ewwel sena tas-snin tagħhom tas-6th form fl-Università l-Qadima.  

Is-serati se jinkludu wirja ta’ ritratti tal-istudenti ta’ matul il-perjodu 1930 sal-1977, li qed titħejja minn studenti tas-Soċjetà tal-Istudenti tal-Arkitettura u tal-Inġinerija Ċivili (SACES), u waqt ir-riċevimenti se jintwera s-sit elettroniku u informazzjoni dwar id-dejtabejż il-ġdida.

Permezz ta’ dawn is-serati, l-Università se tkun qed tiġbor l-alumni tagħha flimkien biex toħloq kuxjenza dwar l-Assoċjazzjoni tal-Alumni li se titwaqqaf; biex tħeġġiġhom jissottomettu d-dettalji tagħhom fuq is-sit elettroniku sabiex id-dejtabejż il-ġdida timtela b’informazzjoni attwali; biex tħeġġiġhom jinfurmaw lill-gradwati kollha dwar id-dejtabejż; biex jgħinu t-twaqqif ta’ arkivju fotografiku tal-Università u biex tingħata attenzjoni lill-bini sabiħ tal-Università tal-Belt.
 
L-alumni li ggradwaw sa l-1977 huma kollha mistiedna u jistgħu jkunu akkumpanjati minn persuna oħra iżda, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni jkun jixtieq jiġi infurmat dwar min se jattendi. Id-dħul huwa mill-Bitħa fi Triq San Pawl.

Ovvjament, l-Università ma nsietx lill-gradwati aktar reċenti tagħha u għandha l-ħsieb li toħloq okkażjonijiet oħra għal dawk li ggradwaw wara l-1977 fil-kampus tal-Imsida.
 
Lista sħiħa ta’ gradwati mill-Università ta’ Malta mill-1916 sal-1977 tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Alumni.  L-alumni kollha huma mistiedna jissottomettu d-dettalji tagħhom biex jidħlu fid-dejtabejż tal-alumni billi jaċċessaw il-formola elettronika jew permezz tat-telefon jew ittra lil: Daphne Kelleher Tel.: 2340 2142 jew  Angela Xuereb Tel.: 2340 2163, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni, l-Università ta’ Malta, l-Imsida, MSD 2080, Malta.

Alumni 1937
Fir-Ritratt (1937) jidhru: Guzè Aquilina, Edward Coleiro, Joanna Bonaci (Degiorgio), l-ewwel avukat mara, Marcelle Galanopoulo (Zammit Tabona), wahda mill-ewwel tobba nisa ta’ Malta, u Michele Tufigno.

 


 

F'Ġieħ Jan Palach

Fl-okkażjoni tal-40 anniversarju tal-mewt ta’ Jan Palach u fl-okkażjoni tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea L-Ambaxxata tar-Repubblika Ċeka, l-Università ta’ Malta u l-KSU jikkommemoraw lil Jan Palach

Jan Palach remembered at UoM (2009)

Jan Palach – L-istudent Ċek li miet għall-ħelsien fl-1969.
________________________________________

Fis-16 ta’ Jannar 2009, l-Eċċellenza Tiegħu Vladimir Zavazal, l-Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka għal Malta, flimkien ma’ Dr Mary-Anne Lauri, Pro Rettur tal-Università ta’ Malta, u l-President u l-Kunsill tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU) poġġew fjuri ħdejn il-Plakka li tfakkar lil Jan Palach, f’Dar l-Istudent fuq il-Kampus tal-Università. Għal din l-attività kien hemm preżenti wkoll is-Sur Tonio Casapinta, Konslu Onorarju tar-Repubblika Ċeka għal Malta u Dr V. Nezval, President tal-Għaqda Kompatrijotti Ċeki, flimkien ma’ ċittadini Ċeki residenti f’Malta. 

Jan Palach twieled fil-11 ta’ Awissu tal-1948. Il-ġenituri tiegħu, Josef u Libuse Palach, kienu jaħdmu fil-ħanut tal-ħelu tagħom; iktar tard, meta n-negozju tagħhom itteħdilhom bħala riżultat tal-okkupazzjoni komunista fl-1948, missieru qala’ l-għajxien tiegħu bħala ħaddiem f’fabbrika waqt li ommu ħadmet f’ħanut. 

Jan kien it-tieni tifel tagħhom, u l-ewwel tifel tagħhom, Jiri, twieled seba’ snin qablu. Il-membri tal-familja kienu magħrufa bħala evanġeliċi. Jan Palach qatta’ t-tfulija u ż-żgħożija tiegħu f’Vsetaty, fejn kien ukoll jattendi l-iskola primarja. 

Missieru miet meta Jan kellu tlettax-il sena. Kienet iebsa ħafna għal Jan billi Josef Palach kien missier iddedikat ħafna għal uliedu. 

Fl-1963, Palach għamel l-eżamijiet għad-dħul fl-iskejjel u kien aċċettat fil-gymnazium  (skola sekondarja li tħejji lill-istudenti għad-dħul fl-Università) f’Melnik. Hemmhekk bdew jiffurmaw l-interessi tiegħu.  Is-suġġett favorit tiegħu kien l-istorja. Kien ixaqleb ukoll lejn oqsma oħra tal-istudji umanistiċi – minn meta kien tifel kellu kilba għall-qari. Għal din ir-raġuni, meta ggradwa mill-iskola sekondarja fl-1966 ipprova jidħol fil-Fakultà tal-Filosofija f’Charles University ta’ Praga. Għalkemm issodisfa l-kriterji kollha tal-intervisti, ma kienx aċċettat minħabba n-numru kbir ta’ applikanti. 

Għalhekk, hu beda l-istudji tiegħu fl-Iskola tax-Xjenza Ekonomika fi Praga, fejn għamel erba’ semestri.  Meta kien hemm, huwa esperjenza wkoll il-moviment soċjali tal-1968. Il-maġġoranza tal-istudenti f’din l-iskola kienu jappoġġjaw dal-proċess b’entużjażmu, u bla dubju, Palach kien wieħed minnhom. 

Waqt iż-żewġ perjodi tal-vaganzi tas-sajf hu siefer id-darbtejn. Flimkien mal-istudenti tal-brigata tax-xogħol huwa żar l-Unjoni Sovjetika, u fi Franza mar waħdu biex jaħdem. 

Fil-ħarifa drammatika tal-1968, Jan Palach kellu raġuni personali għalfejn ikun ferħan: huwa rnexxielu jittrasferixxi ruħu għad-dipartiment tal-istorja, politika u ekonomija ta’ Charles University. Hemmhekk ħa sehem attiv fl-istrajkijiet kontra l-okkupazzjoni li saru f’Novembru. 

Matul iż-żmien tal-istudji tiegħu fi Praga, Palach kien iżur lil ommu regolarment f’Vsetaty. Huwa kien mar id-dar ukoll fiż-żmien emozzjonali tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Hu rritorna Praga fl-ewwel jiem ta’ Jannar tal-1969 u kompla bir-rutina normali ta’ kuljum, mimlija b’responsabbiltajiet universitarji u d-diskussjonijiet tal-gruppi. 

Fil-15 ta’ Jannar huwa attenda l-funeral ta’ zijuh f’Libis, mhux bogħod minn Vsetaty. Fis-16 ta’ Jannar qabad it-tren ta’ filgħodu għal Praga. Fid-dormitorju huwa kiteb l-aħħar ittra tiegħu, bil-ħsieb li tiġi ppubblikata. Huwa poġġa kopja f’bagalja, u  bagħat kopja lill-Unjoni tal-Kittieba, kopja lil Lubos Holecek – attivist fil-moviment tal-istudenti, u kopja lil Ladislav Zizka, ħabib tiegħu mill-iskola tal-ekonomija, u lil dan bagħtlu wkoll it-tislijiet personali tiegħu. 

Għall-ħabta tal-erbgħa dakinhar stess huwa kien wieqaf fuq ir-rampa tal-Mużew Nazzjonali n-naħa ta’ fuq tal-Pjazza Wenceslas, xerred il-petrol fuqu u ta n-nar lilu nnifsu. Hu u jinħaraq beda jiġri u qasam salib it-toroq lejn ħanut tal-merċa, u waqa’ fit-triq. Ħaddiem fit-trasport tefagħlu kowt fuqu u skont xi xhieda, Palach kien għadu f’sensih. 

Huwa ttieħed b’ambulanza lejn id-dipartiment għall-vittmi tal-ħruq fi Triq Legerova. Ħamsa u tmenin fil-mija ta’ ġismu kien mimli ħruq gravi, li l-maġġoranza tiegħu kien ħruq tat-tielet grad. Huwa għex għal tlett ijiem oħra u miet fid-19 ta’ Jannar, 1969. 

Il-funeral tiegħu sar fil-25 ta’ Jannar 1969 fi Praga. Il-funeral kien espressjoni siekta u solenni tal-oppożizzjoni universali lejn l-okkupazzjoni tal-pajjiż. Jan Palach huwa midfun fiċ-Cimiterju Olsany fi Praga.

Ref: archiv.radio.cz/palach99/eng/palach.html

 


 

Endokrinoloġi Ewropej f’Malta

L-Istitut Malti għall-Edukazzjoni Medika laqqa' s-sitt Kors Postgraduate fl-Endokrinoloġija Klinika tal-European Society of Endocrinology fis-Sala tal-Konferenzi f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta bejn it-8 u l-10 ta’ Jannar. Il-Professur Josanne Vassallo mill-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija tal-Università ta’ Malta u miċ-Ċentru tad-Dijabete u Endokrinoloġia fl-Isptar Mater Dei ħadet ħsieb l-organizzazzjoni min-naħa ta’ Malta.

Kemm il-fakultà Maltija u kif ukoll dik internazzjonali pparteċipaw f’dan il-Programm interessanti. Attendew speċjalisti u endokrinoloġi minn 24 il-pajjiż Ewropew u mir-Reġjun Mediterranju.

 


 

 

< Previous 1 Next >

 
 

Log In