L-Università ta' Malta
 

Attivitajiet 2009
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

It-Tibdil fil-Klima

Id-Dipartment għar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Università ta' Malta ser jorganizza konferenza nhar is-7 ta' Jannar bit-titlu ta' Climate Change: National Responses to Global Action. Il-konfernza ser issir fl-Aula Magna, fil-Kampus tal-Belt, Triq San Pawl, Il-Belt Valletta.
       
9.00am
Dr Isabelle Calleja Ragonesi, Il-Kap tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Internazzjonali, l-Università ta' Malta
Introduzzjoni: Environment in International Relations

9.10am
Il-Professur Lino Brigulio, Direttur tal-Istitut għall-Gżejjer u l-Istati ż-Żghar
Climate Change and Small Island States

9.25am
Dr Simone Borg, Kordinatur, It-Taqsima tal-Liġi Ambjentali u tal-Ippjanar, Il-Fakultà tal-Liġi
Climate Change and the Future of International Law

9.40am
Peter Gatt, ġeoloġista u riċerkatur fl-Universit ta' Durham fir-Renju Unit
Climate Change: the past is key to the future

10:00am
Il-kummenti dwar it-taħdidiet
Is-Sa Vanya Walker-Leigh, ekonomista and ġurnalista. Irrapurtat dwar disa' konferenzi tal-Ġnus Magħquda dwar it-Tibdil tal-Klima. Tirraptreżenta in-Nature Trust Malta fil-Climate Action Network International

10.15am
Brejk għall-kafè

10.40am
Diskussjoni mill-panel ippreseduta minn Dr Carmen Sammut, lecturer fl-Ambjent u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, l-Università ta' Malta

Il-Partiċipanti:
L-On. George Pullicino, Ministru Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, li għandu r-responsibilità għat-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija
L-On. Leo Brincat, il-Partit Laburista, kelliem ewlieni għat-Tibdil fil-Klima
Carmel Cacopardo, Alternativa Demokratika
Dr Chris Ciantar, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent (Dr Ciantar huwa gradwat fl-inġinerija, u qabel kellu bosta karigi fl-immaniġjar tal-iskart)
L-Ing. Marco Cremona, idroloġista u konsulent ambjentali, membru tal-kumitat li se jifformula l-Istrateġija Nazzjonali għall-Adattament għat-Tibdil fil-Klima
Peter Grima, Chief Technical Officer, Enemalta, li huwa responsabbli tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, proġetti prinċipali u l-iżvilupp tas-sistemi tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u affarijiet tal-UE
Caroline Muscat, Assistent Editur, The Sunday Times
David Spiteri Gingell, Chairman tal-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima, li għamel l-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Miżuri ta' Politka u Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra
Dr Harry Vassallo, editur tal-gazzett ta' nhar ta' Ħadd Illum
Dr Karl Vella, avukat fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent       

Kummenti mill-parteċipanti u bil-parteċipazzjoni tal-NGOs ambjentali

1.00pm
Brejk għall-ikel

2.00pm
Workshops bil-preżentazzjonijiet, ippreseduti minn Dr Isabelle Calleja, Is-Sa Valentina Cassar, Dr Arsalan Alshinawi u Dr Carmen Sammut

4.00pm
Rapporti tad-diskussjonijiet għall-sessjoni plenarja

4.30pm
Għeluq

Il-parteċipanti prospettivi jistgħu jirreġistraw billi jibagħtu imejl lil Dr Carmen Sammut. ll-ħlas għar-registration huwa ta' 15-il Ewro iżda l-NGOs u l-istudenti huma eżenti mill-ħlas.

 


 

Attivitajiet tal-Kappellanija

Il-Kappellanija tal-Università qed torganizza għadd ta' attivitajiet matul dan iż-żmein tal-Milied

is-27 ta' NovembruĊelebrazzjoni Penitenzjalimill-11 ta' filgħodu san-nofs siegħa



it-28 ta'  NovembruQuddiesa tas-Sibt Filgħaxijafid-9 ta' filgħaxija



it-30 ta' NovembruĠimgħa ta' Talb




is-7 ta' Diċembru
Ponsietti għall-Biegħ




it-8 ta' Diċembru
Lelja DVD - The Christmas Shoes
fid-9 ta' filgħaxija



id-9 ta' Diċembru
Ċelebrazzjoni Ekumenika bil-partiċipazzjoni ta' L-ET l-Arċisqof
fin-nofs siegħa fl-Atriju Vassalli



it-13 ta' Diċembru
Ikla bħala ġbir ta' fondi għall-Angels Children's Home fl-Etjopja




mill-15 sat-23 ta' DiċembruNovena tal-Milied
fin-nofs siegħa



is-16 ta' DiċembruKunċert tal-Milied mill-Orkestra u Kantanti tal-Junior College
fis-1 ta' wara nofs in-nhar



is-17 ta' Diċembru
Serata Q&A – New Families and the Church
Kelliem: Nikol Baldacchino
fis-7 ta' filgħaxija



it-18 ta' Diċembru
Chaplaincy Christmas Party
fis-1 ta' wara nofs in-nhar



id-19 ta' Diċembru
Avventura tal-Avvent
fis-2 ta' wara nofs in-nhar



l-24 ta' Diċembru
Quddiesa ta' Lejliet il-Milied
fil-11 ta' filgħaxija


Ikklikkja hawn għall-iktar informazzjoni.

 


 

Fiera tal-Ktieb

Il-Malta University Publishing se torganizza Fiera tal-Ktieb bejn l-14 u l-15 ta' Diċembru bejn id-disgħa ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija. Din il-fiera ser issir fl-ewwel sular tal-bini tal-Università Antika, Triq San Pawl, il-Belt Valletta VLT1253.

 


 

Il-Kunċert tal-Milied (22 Diċ.)

Il-Kunċert tal-Milied
tal-Għanjiet tal-Milied u Bċejjeċ Mużikali mill-Messiah ta' Handel
ippreżentat mill-
Collegium Musicum Choir
u
The University Vocal Ensemble

Solisti
Connie Frances Zerafa - Soprano
Graziella Debattista - Mezzo Soprano
Charles Vincenti and Frans Mangion - Tenuri

akkumpanjati mill-
organista Romina Morrow
u l-University String Ensemble
ippreżentat mill-Programm tal-Istudji Mużikali
tal-Istitut tal-Mediterran
tal-Università ta' Malta

bil-korteżija tal-Kapitlu Metropolitan u l-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann

D
irettur: Dion Buhagiar

Nhar it-Tlieta 22 ta' Diċembru 2009
fis-7.30 ta' filgħaxija
fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, Il-Belt, Valletta

Id-dħul huwa b'xejn.

 


 

Il-Festival għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) se jorganizza l-Festival għax-Xjenza u t-Teknoloġija 2009. Dan il-festival, li se jikkonsisti minn varjetà ta' attivitajiet, se jsir fil-kampus tal-Imsida tal-Università ta' Malta bejn it-23 u d-29 ta' Novembru.

Ikklikkja hawn għall-iktar dettalji.

 


 

L-Alkoħol u l-Użu tas-Sustanzi

L-Alkoħol u l-Użu tas-Sustanzi: Innaqqsu l-Ħsara

Il-Professur Lyndsay Wilson, mill-Università ta' Stirling
nhar l-Erbgħa 9 ta' Diċembru 2009
min-nofsinhar sas-1.30 ta' wara nofsinhar fis-Sala tal-Konferenzi - ħdejn il-kantin, f'Dar l-Istudent (għall-istudenti)
mit-3.00 ta' wara nofsinhar sal-4.00 ta' wara nofsinhar fl-Awditorju tal-Iskola Medika, fl-Isptar Mater Dei (għall-istudenti tal-mediċina u l-professjonisti tal-qasam tas-saħħa).

Żewġ seminars organizzati mill-Kumitat tas-Saħħa tal-KSU u l-Malta Medical Students Association bil-kollaborazzjoni taċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Emozzjonali u Soċjali.

Is-seminars se jispjegaw l-istħarriġ li sar reċentement li jikkonċerna l-alkoħol u l-użu tas-sustanzi, u jagħmel paragun bejn ir-Renju Unit u Malta. Is-seminars se janaliżżaw ir-riċerka li saret f'dan il-qasam, u jikkunsidraw kif din il-ħsara li tiġi kkawżata mill-alkoħol u l-użu tas-sustanzi tista' tiġi mnaqqsa.

 


 

Lekċer Pubbliku

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali
jippreżenta
lill-Professur Godfrey Baldacchino
Canada Research Chair (Island Studies)
University of Prince Edward Island, Canada

f'lekċer pubbliku fuq it-tema

The Globalisation of Islands:
New Geographies for the 21st Century?
 
Nhar l-Erbgħa 18 ta' Novembru 2009
mis-2.00 ta' wara nofsinhar sat-3.00 ta' wara nofsinhar
fiċ-Ċentru tal-Konferenzi M.A. Vassalli Kamra 256

L-istudenti kollha tar-Relazzjonijiet Internazzjonali huma mħeġġa jattendu.

 


 

Il-Proġett INCLUDE-ED

Riċerka mill-Università ta’ Malta se tiġi ppreżentata f’Konferenza fil-Parlament Ewropew

L-ewwel konferenza Ewropea dwar il-proġett INCLUDE-ED ser issir fi ħdan il-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Novembru 2009.  Il-proġett INCLUDE-ED (Strateġiji għall-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa permezz tal-edukazzjoni) huwa Proġett Integrat tal-prijorità 7, tas-Sitt Programm ta’ Qafas tal-Kummissjoni Ewropea. Proġetti Integrati jinkorporaw flimkien il-massa kritika ta’ attivitajiet u riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu objettivi xjentifiċi ambizzjużi u spjegati b’mod ċar u huma mistennija jkollhom effett strutturali fuq l-istruttura tar-riċerka Ewropea. INCLUDE-ED huwa l-uniku Proġett Integrat fis-Sitt Programm ta’ Qafas li jiffoka fuq edukazzjoni obbligatorja.

L-għan ewlieni ta’ din il-Konferenza huwa li jippreżenta azzjonijiet ta’ suċċess edukattivi u soċjali li ġew identifikati fil-proġett INCLUDE-ED. Dawn l-azzjonijiet ta’ suċċess qed iżidu l-effiċjenza u l-ekwità ta’ politiki edukattivi u soċjali (bħal ma huma x-xogħol, il-qasam tad-djar, is-saħħa jew il-parteċipazzjoni politika u soċjali).

L-Università ta’ Malta hija waħda mill-imsieħba f’dan il-proġett permezz tal-parteċipazzjoni ta’ Dr Suzanne Gatt, Senior Lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni. Fil-proġett, l-Università ta’ Malta hija mexxejja tal-pakkett tax-xogħol tar-riċerka li tiffoka fuq skejjel li rnexxew li għandhom involviment qawwi ta’ komunità. Fil-konferenza Dr Suzanne Gatt hija waħda mill-Kelliema Ewlenin u se tippreżenta r-riżultati min-naħa tar-riċerka kkoordinata mill-Università ta’ Malta. Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti Dr Simon Busuttil ukoll se jindirizza l-konferenza.

Ir-reġistrazzjoni issa hija miftuħa u hija bla ħlas. Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-15 ta’ Novembru u tista’ ssir permezz tas-sit elettroniku tal-proġett

 


 

Qari minn Anne Enright

Il-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Edinburgh Bookcase tal-British Council, għandha l-unur tħabbar qari għall-pubbliku mir-rumanziera Anne Enright, rebbieħa tal-Man Booker Prize. Dan l-avveniment ser isir fl-Aula Magna, Il-Bini tal-Università l-Qadima, Triq San Pawl, il-Belt, nhar it-Tnejn, 16 ta’ Novembru 2009, fis-6.30 ta’ filgħaxija.

Anne Enright rebħet il-Man Booker Prize for Fiction fl-2007 bir-rumanz tagħha The Gathering. Ir-rumanzi l-oħra tagħha jinkludu The Wig My Father Wore (1995), li tqiegħed f’lista selettiva għall-Irish Times/Aer Lingus Irish Literature Prize; What Are You Like? rebbieħ tal-Encore Award tal-2001 u mqiegħed f’lista selettiva għall-Whitbread Novel Award tas-sena 2000; u The Pleasure of Eliza Lynch (2002)

In-novelli ta’ Enright dehru f’diversi perjodiċi, li jinkludu The New Yorker u The Paris Review, u hija rebħet id-Davy Byrnes Irish Writing Award fl-2004 għan-novella tagħha, Honey. Il-ġabra ta’ novelli tagħha, The Portable Virgin, kienet ippubblikata fl-1991, u rebħet ir-Rooney Prize for Irish Literature. Żewġ ġabriet ta’ stejjer, Taking Pictures u Yesterday’s Weather, kienu ppubblikati fl-2008. Anne Enright ippubblikat ukoll ktieb ta’ esejs umoristiċi, Making Babies: Stumbling into Motherhood (2004).

Wara l-qari, Anne Enright se tiffirma kopji tal-kotba tagħha.  Il-kotba jistgħu jinxtraw mill-post tal-avveniment.

Wara se jkun hemm ukoll riċeviment.

Is-serata hija b’xejn u l-pubbliku huwa kordjalment mistieden jattendi. Jekk tixtieq tirriserva post, ikkuntattja l-Uffiċċju tal-Fakultà fuq in-numru +356 2340 3082 jew ibgħat email.

 


 

Binġemma Bottega

Binġemma Bottega ta' Giuseppe, is-sezzjoni tal-Fine Arts fid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti tal-Universita ta' Malta bil-kooperazzjoni tal-Mużew ta' Wignacourt, qed jistidnuk għal-ftuħ ta' wirja tal-arti li ser issir fil-Mużew ta'  Wignacourt, 2 Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat nhar il-Ħamis 5  ta' Novembru 2009 fis-sebgħa ta' filgħaxija.

Il-wirja ser tiġi inawgurata mill-Professur Mario Buhagiar, il-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti. Din il-wirja ser tibqa' miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ħamis 26 ta' Novembru.

 


 

Bħal Żewġ Qatriet Ilma

WIRJA TA’ VIDJO U ŻFIN KONTEMPORANJU
«Comme deux gouttes d’eau» - Bħal żewġ qatriet ilma
fil-Bitħa tal-Università l-Qadima, il-Belt
nhar l-Erbgħa 5 t’Awwissu
fit-8.30 ta’ filgħaxija


Inħares lejn il-fattizzi ta’ wiċċha li huma identiċi għal tiegħi, naf li s-swaba’ ta’ saqajha midfuna fiż-żarbun huma identiċi għal tiegħi, drajt inxomm il-fwieħa tiegħi fuqha, nisma’ t-timbru ta’ leħinha meta nisma’ lili nnifsi nitkellem, nara lili nnifsi fiha f’dawk il-waqtiet meta tkun hi nnifisha kollha kemm hi, imma xi drabi, meta twarrab ħarsitha bħal donnha okkupata f’xi konversazzjoni sigrieta magħha nnifisha, f’daqqa waħda nħossni sorpriż li ma nistax nibqa’ nagħmel hekk. Mingħajr ħerqa li niskopri differenzi f’post (lieu) li ma jistax ħlief jenfasizza d-differenzi, insir aktar u aktar ma nafhiex, u madankollu, nintilef fil-profondità ta’ għajnejha, inħoss lili nnifsi nersaq eqreb lejha, jew forsi, lejja.

 


 

Macbeth

MACBETH
ta’ ORSON WELLES
[irrestawrat]
fil-Bitħa tal-Università l-Qadima
Nhar il-Ħamis 6 t’Awwissu
fit-8.30 ta’ filgħaxija

Dan il-film ta’ Macbeth li huwa kollu kemm hu rrestawrat, huwa l-versjoni oriġinali bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Orson Welles. Sa mil-laqgħa heddieda mas-sħaħar fil-bidu sal-mixja fatali ta’ Birnam Wood sa Dunsinane, Welles irnexxilu jaqbad l-essenza propja tad-dramm.

Bl-użu tipikament espressiv tal-kamera, tad-dawl u tas-settijiet kważi surreali, huwa ħoloq wieħed mill-aqwa adattamenti ta’ Shakespeare għaċ-ċinema.

Tul tal-film: 103 minuti

 


 

Wirja fil-Librerija

L-M.U.H.S. (Malta University History Society) b’kollaborazzjoni mal-Librerija tal-Università ta’ Malta qed ittella’ wirja ta’ ritratti bl-isem: Tieqa fuq il-Passat Tagħna li tiffoka fuq siti u monumenti storiċi u wirt storiku li jinsab fil-periklu.

Sponsorjata mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, din il-wirja hija riżultat ta’ kompetizzjoni fotografika miftuħa għall-istudenti universitarji kollha. Din il-kompetizzjoni ġiet organizzata fit-18 t’April li huwa l-jum li fih l-M.U.H.S. tikkommemora monumenti u siti internazzjonali. Il-kompetizzzjoni tar-ritratti u l-wirja konnessa magħha juru kif permezz tal-fotografija wieħed jista’ jesponi l-wirt kulturali tal-Ġżejjer Maltin kif ukoll juri liema huma dawk is-siti u monumenti li għandhom bżonn ta’ restawrazzjoni.

Il-wirja qed tittella’ fis-sular t'isfel tal-Librerija u hija miftuħa għall-pubbliku sal-31 ta’ Ottubru 2009 matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija:
mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 09:00 - 13:15
is-Sibt 09:00 - 12:00.

Aktar informazzjoni tinkiseb mingħand is-Sa Mary Samut-Tagliaferro.

1st place: Remnants of an Opera House by Kevin Gatt
Fl-ewwel post: Remnants of an Opera House ta' Kevin Gatt

 


 

Hamlet

HAMLET
ta’ LAURENCE OLIVIER
Il-Bitħa tal-Università l-Qadima
Nhar il-Ħamis 30 ta’ Lulju
fit-8.30 ta’ filgħaxija

Laurence Olivier jagħti waħda mill-aqwa preżentazzjonijiet tiegħu fid-drammi ta’ Shakespeare bħala Hamlet. L-istorja traġika tal-prinċep Daniż mifni bid-dmir tiegħu lejn missieru maqtul u bis-sens ta’ ħtija u biżgħa li jħoss minħabba l-prospett ta’vendetta, rari ġiet irrappreżentata b’mod daqshekk brillanti. Din hija t-traġedja ta’ raġel li jaħseb imma ma jirnexxilux jaġixxi. Jiġi rreċtat kemm jiġi rreċtat Shakespeare, dan il-film jibqa’ jitqies bħala produzzjoni mill-aqwa.

Tul tal-film: 155 minuta

 


 

Bocca di Rosa

Kunċert ta’ poeżiji
Bocca di Rosa
Il-Bitħa tal-Università l-Qadima
Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju
fit-8.30 ta’ filgħaxija

Poeżiji ta’ Emily Dickinson b’arranġament mużikali u kantati
Kanzunetti ta’ Fabrizio de André – li huma poeżiji

Valeria Bianchi – Akkordjan
Lalla Bertolini – Kitarra
Tiziano Carone – Vjola

Bocca di Rosa hija waħda mill-kanzunetti l-iżjed magħrufa ta’ Fabrizio de André. Kif kien qal darba l-kantant-kittieb tal-lirika u l-mużika minn Ġenova f’intervista televiżiva ma’ Vincenzo Mollica, il-kanzunetti tiegħu kienu ‘l-mod tal-eżistenza tiegħu’. Min-naħa tagħha, Emily Dickinson, fit-tmiem ta’ poeżija minn tagħha tesklama: “U jiena warda!” Hija għalhekk il-Warda, metafora għall-imħabba, għas-sbuħija, għall-fraġilità, li tgħaqqad flimkien żewġ mogħdijiet li mad-daqqa t’għajn huma ’l bogħod ħafna minn xulxin. Lil din il-Warda, il-Warda tal-poeti, it-tnejn li huma taw kull ma kellhom b’dedikazzjoni totali.

‘Over the fence’ u ‘Some too fragile for winter winds’ huma tnejn mill-poeżiji ta’ Emily Dickinson li se jkunu interpretati mill-kantanta-kittieba tal-lirika u l-mużika Lalla Bertolini. L-udjenza ser tkun tista’ tgawdi l-kanzunetti ta’ de André fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mill-mewt tiegħu kif ukoll l-adattament tal-poeżiji ta’ Emily Dickinson, b’arranġament u interpretazzjoni ta’ Lalla Bertolini.

 


 

Shakespeare Wallah

SHAKESPEARE WALLAH
fil-Bitħa tal-Università l-Qadima, il-Belt
Nhar il-Ħamis 23 ta’ Lulju
fit-8.30 ta’ filgħaxija


bil-parteċipazzjoni ta’
Shashi Kapoor – Felicity Kendal – Madhur Jaffrey

Tan-niket u mimli atmosfera, Shakespeare Wallah, li nħadem fl-1965, kien il-film li verament poġġa lill-Merchant Ivory Productions fuq il-mappa tal-films internazzjonali, u rebbaħhom tifħir kbir.  Issa huwa rrikonoxxut bħala film klassiku.

Bil-parteċipazzjoni tal-artisti Felicity Kendal żagħżugħa, Shashi Kapoor u Madhur Jaffrey, l-ispirazzjoni tal-film hija bbażata fuq l-avventuri li seħħew fil-veru lill-familja ta’ Felicity Kendal bħala kumpanija tat-teatru li tivvjaġġa fl-Indja lejn l-aħħar jiem tal-ħakma kolonjali Ingliża.  Huma jippruvaw iżommu ħajja t-tradizzjoni Ingliża billi jtellgħu drammi ta’ Shakespeare, iżda mhumiex kapaċi jikkompetu mal-industrija tal-films estremament popolari ta’ Bollywood.  Il-film isegwi wkoll ir-relazzjoni li qed tiżviluppa bejn iż-żagħżugħa u inġenwa Lizzie (Kendal), u Sanju (Kapoor), playboy Indjan sinjur.  Iżda l-imħabba tagħhom hija miżgħuda bl-ostakoli, mhux l-inqas bil-konfoffar ta’ Manjula (Jaffrey), artista tal-films Indjana li hija passjonali u li wkoll tħobb lil Sanju.

Jaffrey rebħet is-Silver Bear Award fil-Berlin Film Festival għall-parti tagħha fil-film, u hija waħda mill-ismijiet l-iktar magħrufa fiċ-ċinema Indjan, u d-direttur Satyajit Ray jipprovdi l-mużika tal-film.

Tul tal-film: 155 minuta

 


 

Karl Fiorini

KARL FIORINI
fil-Bitħa tal-Università l-Qadima, il-Belt
Is-Sibt 25 ta’ Lulju
fit-8.30 ta’ filgħaxija


Karl Fiorini qed isir isem magħruf sew fix-xena lokali tal-mużika klassika. Il-kompożizzjonijiet tiegħu iżommuk imwaħħal mas-siġġu bl-użu immaġinattiv u oriġinali tat-timbru, tan-nisġiet u tar-ritmi enerġetiċi. Flimkien max-xogħol ta’ Fiorini nnifsu, il-programm se jinkludi mużika ta’ Charles Camilleri, Ruben Zahra, Witold Lutoslawski u Paul Hindemith. Il-mużiċisti, Tatjana Chircop (Vjolin), Lino Pirotta (Klarinett) u Tricia Dawn Williams (Pjanu) stabbilixxew ruħhom bħala kampjuni tal-mużika kontemporanja lokali u ilhom jaħdmu flimkien għal diversi snin, billi jkunu mistiedna sikwit idoqqu f’Malta u barra.

Għalkemm għad għandu 29 sena, Karl Fiorini diġà kellu diversi kummissjonijiet importanti sa llum bħal Imagination at Work ikkummisjonata mid-Direttur tal-General Electrics Europe, Violin Concerto kkummissjonata mid-direttur tal-Orquestra do Norte u Harmonies Etandues mill-European Union Chamber Orchestra. Il-mużika tiegħu indaqqet fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej kif ukoll fil-Ġappun u fl-Istati Uniti u fis-swali tal-kunċerti importanti bħall-Leipzig Gewandhaus, il-Berlin Konzerthaus, u l-Cadogan Hall, Londra. Il-mużika ta’ Fiorini indaqqet ukoll mill-Peirrot Lunaire Ensemble Wien, The European Union Chamber Orchestra, The Orquestra do Norte, mir-Rotterdam Ensemble u mill-Bournemouth Symphony Orchestra. Il-mużika tiegħu indaqqet fil-biċċa l-kbira tal-bliet kbar Ewropej kif ukoll fl-Istati Uniti u fl-Asja. 

 


 

Patricia Duncker

PATRICIA DUNCKER
Il-Bitħa tal-Università l-Qadima
Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju
fit-8.30 ta’ filgħaxija

It-tim tal-Evenings on Campus huwa kburi jinkludi din is-sena l-parteċipazzjoni distinta ta’ Patricia Duncker, Professoressa tal-Letteratura Moderna fl-Università ta’ Manchester u awtriċi mfaħħra ħafna, fost ħafna xogħlijiet oħra milqugħa tajjeb, ta’ Hallucinating Foucault (1996) u Miss Webster and Cherif (2006). Hi se tkun qed taqra xogħol minn tagħha fil-pubbliku nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju u se tieħu sehem f’sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba u tiffirma l-kotba.  Is-sehem tagħha fl-Evenings on Campus 2009 qed issir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta u mal-British Council u bl-għajnuna addizzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż.

Patricia Duncker twieldet f’Kingston il-Ġamajka, trabbiet l-Ingilterra, fejn aktar tard studjat f’Newnham College, Cambridge u St Hugh’s College, Oxford. Qabel kienet Professoressa tal-Kitba Kreattiva fl-Università ta’ East Anglia, u għallmet ukoll f’Aberystwyth. Patricia Duncker hija mfittxija ħafna bħala persuna biex torganizza attivitajiet u festivals letterarji ewlenin, fosthom il-Walberberg Seminar, li għenet tikkoordina għall-British Council fil-Ġermanja f’dawn l-aħħar snin. Matul iż-żmien tagħha f’Malta hija fil-fatt se tkun impenjata f’diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li attivitajiet simili jsiru lokalment.

Rebbieħa ta’ numru ta’ premjijiet letterarji importanti – fosthom il-Commonwealth Writers Prize għar-Reġjun tal-Ewrasja, id-Dillons First Fiction Award u l-McKitterick Prize—Patricia Duncker hija magħrufa sew għar-rumanzi u għan-novelli li jippreżentaw rabtiet kumplessi imma affaxxinanti bejn l-esperiment formali u l-invenzjoni lingwistika min-naħa l-waħda u min-naħa l-oħra temi u ideat li joħorġu l-marġinalità, l-ossessjoni, it-trasgressjoni, l-analiżi mill-ġdid tal-istorja b’sens ta’ ironija, u rappreżentazzjonijiet sensittivi ħafna ta’ ġrajjiet eċċezzjonali psikoloġiċi u kulturali. L-interessi akkademiċi tagħha fi kwistjonijiet tas-sessi, tal-femminiżmu, tal-istorja letterarja u tat-teorija jinfluwenzaw in-narrattiva tagħha b’modi intriganti u li jagħtu sodisfazzjon, kif jagħmel ukoll il-faxxinu tagħha bil-mitoloġija u l-klassiċi – imma n-narrattivi tagħha jibqgħu jiftehmu ħafna l-ħin kollu, waqt li l-qari tagħha fil-pubbliku huma magħrufa għat-tenerezza, il-vitalità, l-umoriżmu intelliġenti u l-aċċessibilità tagħhom.

In-narrattivi ta’ Patricia Duncker huma esplorazzjonijiet li jqajmu nkwiet b’mod affaxxinanti fil-kwistjoni tad-diversità u d-differenza, f’dak li huwa immaġinat mill-ġdid u dak li hu mibni mill-ġdid. Il-qarrejja Maltin se jkollhom jistennihom pjaċir speċjali ħafna fl-24 ta’ Lulju, meta se jkollhom laqgħa irreżistibbli mal-isfidi u s-seher tax-xogħol ta’ waħda min-narraturi l-iżjed irreżistibbli li tikteb bl-Ingliż fil-ġurnata ta’ llum.

 


 

Il-Preżenza Assenti

Il-Faxxinu tad-Traduzzjoni, Il-Presenza Assenti

 


 

Evenings on Campus 2009

L-Evenings on Campus, il-festival kulturali li wasal fis-17-il sena tiegħu, għandu parti importanti mill-kalendarju kulturali nazzjonali billi dejjem offra attivitajiet ta' l-oghla kwalità. L-attivitajiet qed isiru fil-bitħa tal-Università l-qadima, fil-Belt Valletta. 

Ikklikkja hawn għall-programm.

 


 

Proġetti tal-Istudenti

ICT Projects Exhibition 2009

Engineering Projects Exhibition 2009

 


 

Ċelebrazzjoni għall-Kura

L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa se jorganizza konferenza biex jiċċelebra l-għoxrin anniversarju mill-introduzzjoni tal-Programmi tal-Infermiera u l-Qwiebel fi ħdan l-Università.

Il-konferenza se ssir bejn is-27 u t-29 ta' Mejju 2009 fil-Lukanda Corinthia Palace f'Ħ'Attard.

Ikklikja hawn għal aktar informazzjoni.

 


 

Konferenza

Is-seba' Konferenza tal-Iskola Medika ta’ Malta se ssir bejn il-5 u s-7 ta' Novembru 2009. Din il-konferenza tinzamm kull tliet snin u issa hija fl-għoxrin sena tagħha; l-ewwel waħda saret f'Diċembru tal-1989.

Din il-Konferenza hija waħda multidixxiplinarja fejn jiġi ppreżentat materjal f’forma ta’ lekċers u 'posters' li għandu x’jaqsam ma’ xogħol kliniku u ta’ riċerka li jsir lokalment minn gradwati tal-Iskola Medika ta’ Malta. Barra minn hekk, kontribuzzjonijiet lil hinn minn xtutna huma mistiedna u mħeġġa. Għadd ta' gradwati tal-Iskola Medika ta’ Malta li għamlu isem għalihom u li jaħdmu barra minn Malta, kif ukoll specjalisti magħrufa barranin ser jiġu mistiedna biex jippartecipaw fil-konferenza.

Ikklikja hawn għall-aktar informazzjoni.  

 


 

Il-Verbi Missellfa fil-Malti

Id-Dipartiment tal-Malti
jistieden lill-Qarrejja tal-Provi,
kemm lil min temm il-kors din is-sena
kif ukoll lil min qed jagħmel il-kors bħalissa
għat-taħdita tal-Prof. Manwel Mifsud
"... hubex isfeduene"
Il-Verbi Missellfa fil-Malti
nhar it-Tlieta, 12 ta’ Mejju 2009 fis-6.00 p.m.
Sala A fiċ-Ċentru Mikiel Anton Vassalli
fl-Università ta’ Malta

L-eqdem frażi bil-Malti li nafu biha, tal-1473, diġà fiha l-verb ta’ nisel Rumanz jisfidawna. U meta tqis l-ambjent imħallat, fir-razza daqskemm fil-lingwa, li fih twieled l-ilsien Malti, ma tistagħġibx. Il-Malti huwa, kif sejjaħlu Fortunat Panzavecchia żmien ilu, il-ħolqa li tgħaqqad l-ilsna Semitiċi u l-ilsna Ewropej. Inzertatura rari. L-iben imżewwaq ta’ żewġ ġenituri minn razez u kulturi mbiegħda. U t-taħlit qiegħed f’demmu.

F’din it-taħdita se nimxu mat-triq li matulha mexa l-Malti hu u jinbidel minn ilsien tipiku Għarbi għall-ilsien miftuħ, flessibbli, komdu li nafu llum. Miż-żmien meta kull verb Sqalli u Taljan kien ikollu jħallas ġidu u jirhan ruħu qabel jirfes fuq xtutna, sal-lum meta xi verbi saru jidħlulna baxx baxx mill-Ingliż u nsibuhom f’darna bla stedina, u bla ma jisfidawna... U sirna lkoll nikkejterjaw malajr malajr għalihom. Kif ingħidlek jien, triq mimlija kuntrasti, namuri u sorpriżi.
Jekk inti ġej, ħejji ruħek għal ftit tal-avventuri skabrużi!

Din it-taħdita se toffrilna opportunità sabiħa biex nerġgħu niltaqgħu. Napprezzaw jekk tagħmlu l-almu tagħkom u tattendu għax tkunu qed tagħmlulna l-qalb norganizzaw taħditiet oħra regolarment, ngħidu aħna tlieta f’sena. Teżisti l-possibbiltà li ’l quddiem inwaqqfu l-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti.

Jekk tixtiequ tissieħbu fil-grupp tal-Google ddedikat għall-qarrejja tal-provi u li fih issibu bosta siltiet għat-taħriġ kontinwu, nistednukom tibagħtu ittre lil Joe Mizzi. S’issa qbiżna l-mitt membru.

 


 

Bejgħ ta’ Pjanti

Argotti Gardens

Bejgħ ta’ Pjanti għal Jum l-Omm fil-Ġonna ta’ l-Argotti, Floriana



Il-ġonna botaniċi ta’ l-Argotti (sezzjoni ta’ l-Università ta’ Malta), Floriana, fihom selezjoni ta’ pjanti indiġeni u endemiċi Maltin, kif ukoll pjanti oħra li huma addattati għall-klima Mediterranja, xi uħud uniċi għall-gżejjer Maltin. Selezjoni ta’ dawn il-pjanti kif ukoll numru ta’ pjanti ornamentali rari, bħalissa huma għal-bejgħ. Għal dawk interessati f’sigar u arbuxelli indiġeni Maltin, hemm offerta speċjali fuq xiri ta’ sett ta’ dawn. Għal dawk konxji dwar l-ambjent, hemm ukoll pjanta għall-bejgħ li kapaċi tiġbed kwantitajiet kbar ta’ carbon dioxide mill-arja (iktar minn 20kg/m2). 

Il-bejgħ jibda minn nhar l-Erbgħa 29 ta’ April sal-Ħamis 30 ta’ April, u jkompli l-ġimgha ta’ wara bejn l-Erbgħa 6 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju, mid-9am sat-3pm. Tingħata informazzjoni dwar it-tħawwil u l-kura ta’ dawn il-pjanti.

Għal iktar informazzjoni ċemplu 21248984 jew 21233485.




 


 

Is-Senatur Harrison Schmitt

Is-senatur Amerikan Harrison Schmitt se jżur Malta biex jagħti żewġ taħdidiet b'rabta mas-Sena Internazzjonali tal-Astronomija. Iż-żewġ taħdidiet li huma organizzati mid-Dipartiment tal-Fiżika tal-Università ta' Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Malti għas-Sena Internazzjonali tal-Astronomija u l-Ambaxxata Amerikana, se jsiru fl-Università ta' Malta, nhar l-Erbgħa 22 u l-Ħamis 23 ta' April.

Is-Senatur schmitt hu ġeplogu li kien involut fil-programm spazjali tan-NASA, Apollo. Nħatar Professur tal-Fiżika tal-Inġinerija u aktar tard Senatur Amerikan, Chairman tal-kunsill li jagħti pariri lin-NASA, u fundatur u Chairman ta' Interlune Intermars Initiative Inc. u huwa ukoll awtur.

Id-dħul għaż-żewġ taħdidiet hu mingħajr ħlas imma kulmin jixtieq jattendi għandu jibgħat email fuq physics.sci@um.edu.mt.

 


 

Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaru (18, 19 Apr.)

–      qari u taħditiet –

żewġ seminars mill-Akkademja tal-Malti u Palazzo Falson

fl-okkażjoni tal-Festival Medjevali fl-Imdina

is-Sibt, 18 ta’ April 2009 mill-10:00 sal-11:00

il-Ħadd, 19 ta’ April 2009 mill-10:00 sal-11.00

bis-sehem ta’
Prof. Godfrey Wettinger
Prof. Manwel Mifsud
Prof. Stanley Fiorini
Dr Martin Zammit

b’daħla mis-Sur Toni Cortis

 


 

Taħdita Pubblika minn Angus Phillips

taħdita pubblika minn
Mr Angus Phillips
Direttur tal-International Centre for Publishing Studies
Oxford Brookes University

Nhar il-Ħamis 2 ta’ April fis-sitta ta' filgħaxija
fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, il-Belt Valletta

It-taħdita hija organizzata mid-Dipartiment tal-Ingliż u l-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u se tkun bl-Ingliż

Mr Angus Phillips, li għandu MBA mill‑Università ta’ Warwick u MA mill‑Università ta’ Oxford, huwa l‑koawtur ta’ The Future of the Book in the Digital Age (Chandos, 2006) u ta’ Inside Book Publishing (Routledge, 2008), kif ukoll il‑koeditur ta’ The Future of the Academic Journal (Chandos, 2009). Għandu esperjenza wiesgħa fl‑industrija tal‑pubblikazzjoni, u kien Senior Commissioning Editor mal‑Oxford University Press. Serva bħala konsulent għal diversi kumpaniji tal‑pubblikazzjoni, u dan l‑aħħar mal‑Helicon Publishing u mal‑Oxford Publishing and Digital Media, u ħarreġ professjonisti tal‑pubblikazzjoni mir‑Renju Unit u anke minn bnadi oħra fil‑prattika editorjali, it‑tiswiq u fit‑tmexxija.

Fit‑taħdita tiegħu, Mr Phillips se jeżamina wħud mix‑xejriet dominanti u emerġenti tal‑pubblikazzjoni kemm fir‑Renju Unit kif ukoll internazzjonalment. Se jiżen kwistjonijiet ewlenin, bħalma huma d‑dominanza tal‑bestsellers fis‑suq, l‑istampar diġitali u l‑awtopubblikazzjoni. Se jiddiskuti wkoll l‑influwenza tal‑aġenti l‑kbar tat‑teknoloġija, bħalma huwa l‑Google, u l‑implikazzjonijiet tal‑wasla tas‑Sony Reader u tal‑Amazon Kindle. Xi prospetti għandu l‑ebook, u x’futur għandu l‑ktieb stampat? It‑taħdita tiegħu se tkun illustrata permezz ta’ każi reali meħudin mill‑aħħar ktieb tiegħu, Inside Book Publishing, li kitbu ma’ Giles Clark (Routledge, 2008).

L‑International Centre for Publishing Studies f’Oxford Brookes huwa ċentru ta’ eċċellenza magħruf f’dan il‑qasam, u ż‑żjara ta’ Mr Phillips hija parti mill‑isforzi tad‑Dipartiment tal‑Ingliż biex jiżviluppa t‑tagħlim u r‑riċerka f’oqsma marbutin mal‑pubblikazzjoni u suġġetti relatati magħha.

Din it‑taħdita għandha tkun ta’ interess speċjali għal kull min jaħdem fil‑pubblikazzjoni, fil‑ġurnaliżmu, l‑editjar u oqsma marbutin magħhom jew inkella qed jistudja dwarhom. Il‑pubbliku mistieden jattendi għal din it‑taħdita, li se ssir bl‑Ingliż.

 


 

Il-Ġrajja tal-Ġungla

Teatru Qroqq - Il-Ġrajja tal-Ġungla

 


 

Mużika Sagra għall-Ġimgħa Mqaddsa

Kunċert organizzat mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Wisq Reverendu Kapitlu Metropolitan tal-Katidral u l-Istitut Mediterranju tal-Università ta' Malta.

Il-Collegium Musicum Choir bil-parteċipazzjoni tal-University Vocal Ensemble taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella Dion Buhagiar

ser jeżegwixxu siltiet minn

Stabat Mater

xogħlijiet ta' Antonin Dvorak, Giovanni Battista Pergolesi u Karl Jenkins

nhar it-Tnejn 6 ta' April fis-sebgħa u nofs ta' filgħaxija

fil-Konkatidral ta' San Ġwann

L-orgni
Romina Morrow

Is-solisti
Is-soprano Cara Waring
Il-mezzo-soprano Connie Francis Zerafa
Il-mezzo-soprano Graziella Debattista
It-tenur Frans Mangion
Il-baxx James Vella Bondin
Il-baxx Louis Cassar

Id-dħul huwa b'xejn.

 


 

Forum fuq it-Tagħlim

L-ewwel konferenza bit-titlu 'Malta International Forum on Learning' ser issir fil-Lukanda Dolmen fil-Qawra bejn il-25 u s-27 ta' Ġunju 2009. Din il-konferenza qed tiġi organizzata minn Let Me Learn (Malta) flimkien mal-Università ta' Malta. Il-konferenza ser tipprovdi opportunità eċċellenti għal studjużi stabbiliti, għalliema, amministraturi fl-edukazzjoni, kapijiet tal-iskejjel, politiċi u stakeholders oħra biex jippreżentaw u jiddiskutu r-riċerka l-aktar reċenti, l-applikazzjonijiet u l-innovazzjonijiet fil-qasam tat-tagħlim. Dan ser jgħin fin-networking nazzjonali u internazzjonali f'dan il-qasam. Il-Professur Carmel Borg u s-Sur Colin Calleja, il-koordinatur ta' Let Me Learn (Malta), huma responsabbli ghall-organizzazzjoni ta' din il-konferenza.

Ikklikkja hawn għall-informazzjoni dwar din il-konferenza.

 


 

Strateġija għall-Innovazzjoni u l-Ħolqien tal-Futur

Sejħa għall-ktibiet għall-ewwel Konferenza Internazzjonali fuq Strategic Innovation and Future Creation (l-aħħar konferenza għal eInnForM Erasmus Curriculum Project) tinstab hawn. Din il konferenza ser issir it-23 u t-24 ta' Marzu ...

 


 

 

< Previous 1 Next >

 
 

Log In