L-Università ta' Malta
 

Servizzi ta’ Informazzjoni
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

students10pIx-xogħol ta’ Campus FM huwa li joffri xandir edukattiv billi jipproduċi programmi ta’ natura edukattiva formali u informali. Campus FM jittrażmetti erbgħa u għoxrin siegħa fuq 103.7 FM.

L-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet u r-Relazzjonijiet mal-Alumni jkattar il-komunikazzjoni kemm ġewwa u kemm barra l-Università u huwa responsabbli biex jibni u jżomm kuntatt ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat bejn l-Università u l-istudenti tagħha li spiċċaw billi tinvolvihom fil-ħajja u l-iżvilupp tal-Università.

Is-Servizzi tal-IT, unit li oriġinalment twaqqaf bħala l-Computing Services Centre (CSC), għandu f’idejh l-infrastruttura tal-IT tal-Università u joffri medda ta’ faċilitajiet u servizzi biex jgħin lill-membri tal-istaff u l-istudenti fil-bżonnijiet tagħhom fejn tidħol l-IT.

Il-Bibljoteka, bil-fergħat ’l hemm miċ-ċentru, iħaddan bħala unit mal-miljun monografu, bosta revisti, medda wiesgħa ta’ riżorsi elettroniċi, u kollezzjonijiet prestiġjużi ta’ wirt ta’ materjal ta’ kotba rari u tal-arkivji. Huwa l-qalba tal-ġbid tal-informazzjoni maħżuna u jgħin fi programmi ta’ riċerka u tagħlim tal-Università permezz tas-servizzi li jinkludu faċilitajiet eċċellenti ta’ referenza, istruzzjoni ta’ tagħrif fuq il-librerija, konsultazzjoni biblijografika, kompilazzjonijiet online ta’ gwidi biblijografiċi, provvista ta’ dokumenti għall-barra, tiftix online, u web portal dinamiku.

 
 
Aġġornata l-aħħar: 27/3/2012

Log In