L-Università ta' Malta
 

Xi Fatti u Figuri
Dħul Dħul
 
 
 
Aħbarijiet tal-Kampus
Mappa tal-Kampus
 

students


Hawn bħalissa madwar 11,500 student, li jinkludu ’l fuq minn 1000 student barrani jew studenti fuq skambju minn kważi 92 pajjiż differenti, li qegħdin jieħdu korsijiet li jwasslu għal xi diploma jew għal xi grad fuq bażi ta’ part-time jew full-time, u bosta minn dawn il-korsijiet jitmexxew bis-sistema modulari jew ta’ krediti.

Aktar minn 3,000 student jiggradwaw kull sena f’dixxiplini differenti. Il-korsijiet li jwasslu għal grad universitarju tfasslu sabiex jipproduċu professjonisti li huma kkwalifikati sew, b’esperjenza fir-riċerka, u li jkollhom jagħtu sehem essenzjali fl-industrija, fil-kummerċ, u f’affarijiet pubbliċi in ġenerali.

Fil-Junior College hemm 2,500 student.

Fl-2016 kien hemm 24 ċeremonja ta’ gradwazzjoni.

Illum il-ġurnata l-Università għandha erbatax-il Fakultà, għadd ta’ Istituti u Ċentri, u żewġ Skejjel.

Il-wisgħa totali li jokkupa l-bini tal-Librerija tal-Università hija bejn 5,000 u 6,000 metru kwadru, u tħaddan bejn wieħed u ieħor 700,000 volum. Fil-mument il-Librerija qiegħda abbonata f’xi 20,000 revista.

L-Erja Sħiħa tal-Kampus tal-Università
Il-qasam art fi ħdan it-triq tad-dawra tal-Università jġib bejn wieħed u ieħor 115,000 metru kwadru. L-oqsma l-oħra ’l barra mit-triq tad-dawra jġibu madwar 80,000 metru kwadru, li jagħtu erja totali ta’ 195,000 metru kwadru. Dawn iġibu b’kollox mal-173 tomna.

Xi Statistika

Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2016-2017) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors eliġibbli għall-għotja ta' Grad (2015-2016) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2015-2016) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors eliġibbli għall-għotja ta' Grad (2014-2015) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2014-2015) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors eliġibbli għall-għotja ta' Grad (2013-2014) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2013-2014) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors eliġibbli għall-għotja ta' Grad (2012-2013) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2012-2013) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2011-2012) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2011-2012) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2010-2011) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2010-2011) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2009-2010) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2009-2010) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2008-2009) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2008-2009) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2007-2008) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq l-Istudenti skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2007-2008) PDF
Ikklikkja hawn għall-Istatistika fuq il-Gradwati skont il-Fakultà/l-Istitut u l-Kors (2006-2007) PDF


 
 
Aġġornata l-aħħar: 27/1/2017

Log In