University of Malta
 

GanAntonVassallo il-Poeziji
UOM Main Page
 
 
 
Newspoint
Campus Map button



Author: Friggieri Oliver
ISBN:
978-99909-45-68-3
Publication Date:
2012
Pages:
327
Weight:
470g
Price: € 25
Subject:
Literature


In Stock
Paperback
 


Ġan Anton Vassallo, avukat u Professur tal-Letteratura fl-Universita’ ta’ Malta, twieled fil-belt Valletta fl-1817 u miet hemm ukoll fl-1868. Huwa awtur ta’ diversi xogħlijiet, poeżija u proża, bil-Malti u bit-Taljan. Meta fis-snin sebgħin tas-seklu Għoxrin kont qiegħed nagħmel ir-riċerka dwar ir-rabta tal-Letteratura Maltija mal-Letteratura Taljana, kelli bżonn niġbor għall-ewwel darba, fost l-oħrajn, ħafna mix-xogħlijiet ta’ Ġan Anton Vassallo, imxerrdin f’rivisti u f’kotba tassew rari. Għalhekk ġbart ukoll il-poeżiji tiegħu bil-Malti, li hawn qiegħed nippreżenta għażla essenzjali, rappreżentattiva, minnhom. F’dan il-volum ħallejt barra diversi poeżiji oħra. Vassallo hu l-poeta Malti ewlieni tas-Seklu Dsatax. Hu jitkellem dwar Malta bħala nazzjon, dwar is-soċjeta’ u dwar l-esperjenza personali – poeta serju daqskemm ċajtier. Huwa eżempju bikri u importanti ta’ awtur Malti mrawwem fil-kultura Taljana, li minnha huwa kellu l-ħila jnissel lil-letteratura bil-Malti.

Calendar
Notices
 
 

Log In back to UoM Homepage