Clare Azzopardi taħdem ħafna fil-qasam tal-letteratura għat-tfal. Din is-sena ppubblikat diversi kotba pedagoġiċi ma' Leanne Ellul fosthom Tikka Malti 6A u Tikka Malti 6B, kif ukoll editjat is-sensiela Tikka Qari għat-tfal tas-sitt sena skolastika. Ittraduċiet kotba mill-Franċiż, mit-Taljan, mill-Ispanjol u mill-Ingliż. Ippubblikat ukoll it-tieni ktieb fis-sensiela Is-Sħaħar ta' Petut bl-isem Il-Wied tal-Lupu l-Aħmar. Rebħet żewġ premjijiet f'kategoriji differenti tal-Premju Terramaxka – it-tnejn li huma għal kotba tradotti mill-Franċiż u mill-Ingliż. Dan tal-aħħar - L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma - miktub mill-Maltija-Awstraljana Deborah Abela, Azzopardi qalbitu għall-Malti flimkien ma' Leanne Ellul.
Bħalissa, Clare Azzopardi qed taħdem fuq kotba ġodda kemm għat-tfal kif ukoll għaż-żgħażagħ u għall-kbar.