Il-gżejjer Maltin huma żgħar bi spazju limitat, nuqqas ta’ riżorsi naturali u popolazzjoni densa. L-art agrikola dejjem tonqos u l-problemi tal-iskart u tat-traffiku dejjem jikbru. Hemm ukoll il-każ tan-nuqqas tal-ilma. Il-kunċett tal-iżvilupp sostenibbli huwa pjuttost ġdid għall-gvernijiet ta’ Malta. Wara l-Indipendenza tal-1964 il-prijorità kienet dejjem it-tkabbir ekonomiku.
F’dak li hu bini, sat-tmeninjiet l-iżvilupp kien ibbażat fuq deċiżjonijiet ministerjali. Bit-twaqqif tal-Pjan ta’ Struttura tal-1990, id-deċiżjonijiet suppost bdew isiru fuq bażi aktar trasparenti, u nieqsa minn indħil politiku. Minkejja dan, il-problemi bħat-tnaqqir tal-kampanja, l-iżvilupp li mhux dejjem iħares il-pajsaġġ naturali, u l-urbanizzazzjoni li ma tgħinx il-mod ta’ għajxien tajjeb, baqgħu hemm. L-Iskemi Temporanji Proviżorji tal-1988 u l-Local Plans tal-2006, fetħu lok għal ħafna iktar żvilupp, inkluż dak fuq art ODZ (Outside development Zone) u UCA (Urban Conservation Area).
Ser niddiskutu dan is-suġġett u aktar ma' Dr Alfred Sant.
Data: 28 ta' April 2021
Ħin: 14:30