Il-bidu ta' Novembru huwa sinonimu mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-edizzjoni ta' din is-sena ttellgħat online u kienet daqstant ieħor eċitanti. Bi pjaċir kbir nifirħu lill-istudenta tat-tieni sena Klara Vassallo li kisbet l-ewwel post fil-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef bil-poeżija "dokumentazzjoni tal-minuti mnikkra fik". L-istudenti Nathan Anthony Pace u Maxine Tanti wkoll ġew minn ta' quddiem nett f'dan il-konkors! Barra minn hekk, nifirħu lill-istudenti, lill-eks-studenti u lill-kollegi li ppubblikaw xogħolhom fir-rivista tal-Għaqda tal-Malti, Leħen il-Malti, imnedija waqt l-istess Festival fosthom l-istudenti Klara Vassallo u Maxine Tanti u l-lettur Dwayne Ellul.
We wish to congratulate second-year student Klara Vassallo who was awarded the first prize in the 'Premju Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef'.