Sixteen-year-old student, Klara Vassallo was the winner of the second and third prize in a poetry competition organised by Malta Together.
Klara Vassallo ġiet fit-tieni u t-tielet post f'konkors ta' poeżija organizzata mill-Malta Together. Konkors li tnieda waqt dawn iż-żminijiet ta' iżolament u tnieda apposta għat-tfal. Kien konkors li ħadu sehem ħafna tfal u fil-kategorija tal-adoloxxenti rebħet żewġ premjijiet Klara Vassallo, studenta fil-Junior College. Klara Vassallo ilha għal dawn l-aħħar xahrejn tikteb il-poeżiji u tippubblikahom fuq il-paġna tagħha ta' facebook. Tassew jixirqilha dan il-premju. Nawgurawlha u nħeġġuha tibqa' tikteb.
Din hija l-poeżija li ġiet fit-tieni post:
Missni
missni għannaqtek meta sraqt ħarsa lejk l-aħħar darbamissni kellimtek aktar fil-fond fid-dettall fuq dak li jbeżżgħani
missni smajt kull ħaġa li kellek tgħidli fuq kull ponta ta’ subgħajja
mingħajr ma ħrabt
mingħajr ma nħbejt
missni tbissimtlek ftit aktar ċarratt ħalqi ħa nurik kemm inħobbok
missni bewwist fik dak kollu li għandi ngħidlek
missni għidtlek kemm int sbejħa
mingħajr ma stħajt
mingħajr ma nksirt
missni avvżajtek li mhux ser narak iżjed, aktar, qatt, żmien ieħor
ma nmissekx ma ngħannqekx iżjed, aktar, qatt
missni mellistlek xagħrek bit-terremoti kollha f’idi
missni affirmajtek li kollox se jkun sew
mingħajr ma gdibt li se jkun sew
missni ma gdibtlekx darb’oħr
missni missni missni għidtlek
tmissnix
Klara Vassallo