Il-ktieb Il-Mawra tiegħi fl-Ispazju għadu kif ġie imnedi b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u The Malta Trust Foundation. Il-ktieb huwa miktub minn tifel ta' disa' snin Beppe Caruana li għandu l-awtiżmu megħjun minn Dr Olivia Galea Seychell lettriċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Psikoloġija ġewwa il-Junior College.
L-għan tal-ktieb huwa li joħloq aktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni tal-awtiżmu billi jgħinek tidħol fid-dinja ta' persuna bl-awtiżmu. Il-ktieb jitratta dwar tifel li jismu Ġużi li għandu xewqa dik li jmur fl-ispazju. Fl-ispazju jiskopri li huwa bla limitazzjonijiet u jixtieq li fid-dinja s-sitwazzjoni titjieb. Il-ktieb joħloq paralleliżmu bejn il-ħajja mimlija restrizzjonijiet ta' persuni bl-awtiżmu u r-restrizzjonijet li qed ngħixu fihom minħabba il-pandemija.
Bħalissa Beppe, bis-sapport ta' Olivia, qed jaħdem fuq aktar stejjer għal tfal dejjem bl-għan li joħolqu aktar kuxjenza dwar id-diversità.