Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) nieda żewġ skemi oħra ta’ appoġġ bħala parti mill-Horizon Support Schemes PF2MT u ERC Support Scheme.
L-MCST qed tmexxi numru ta’ skemi ta’ appoġġ biex tappoġġja entitajiet Maltin biex jipparteċipaw b’mod aktar attiv fil-Programm Horizon Europe, l-istrument ewlieni ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni.
L-Iskema ta’ appoġġ tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC Support Scheme) għandha l-għan li ssaħħaħ l-opportunitajiet għal-riċerkaturi b’talent biex jiksbu għotjiet mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) għal riċerka eċċellenti u innovattiva bbażata fuq lideat tar-riċerkaturi stess fl-oqsma kollha tar-riċerka. L-Iskema tipprovdi lill applikanti opportunitajiet ta’ taħriġ u sapport fil-kitba tal-proposti u se tibqa’ miftuħa sal-15 ta' Settembru 2023.
Postdoctoral Fellowship Training Scheme for Incoming Postdocs to Malta (PF2MT) tappoġġja l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għal riċerkaturi b’esperjenza li lesti jissottomettu proposta ma’ entità ospitanti Maltija (benefiċjarju) għas-sejħa tal-MSCA Postdoctoral Fellowship. L-appoġġ jingħatha għall-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi fit-taħriġ MSCA Postdoctoral Fellowship li jsir f’Lulju f’Malta.
L-MCST se torganizza sessjoni ta’ informazzjoni online fid-9 Marzu 2023 fil-11:00 biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-iskemi ta’ appoġġ imsemmija hawn fuq kif ukoll l-iskemi oħra ta’ appoġġ qed jiġu implimentati mill-MCST - NET2HE, EIC Support Scheme u IPAS+.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi tintbghħat ittra elettronika.
L-ERC Support Scheme għal gwida u għajnuna fil-kitba ta’ proposti għal riċerka eċċellenti.
L-ERC Support Scheme għal gwida u għajnuna fil-kitba ta’ proposti għal riċerka eċċellenti.
Il-PF2MT Postdoctoral Training Scheme għar-riċekaturi barranin li jiġu Malta wara d-dottorat.