Data: L-Erbgħa 12 ta’ April 2023
Ħin: 19:00
Post: Studjo B, Spazju Kreattiv, Valletta
Kif nistaw nikkrejaw idejn artifiċjali? L-isfida perfetta għal engineering
Kemm il-darba użajt idejk illum? Ħafna drabi ma nkunux nafu. L-idejn kienu għodda importanti ħafna fl-evoluzzjoni ta’ l-umani u ghadhom importanti fil-ħajja tagħna. Biex l-idejn jiġu awtomatizzati, l-inġiniera ilhom ħafna snin jippruvaw jirreplikaw l-idejn umani. Ingħaqdu ma’ Malta Café Scientifique, l- Erbgħa 12 ta’ April fis-19:00, Studjo B, ġewwa Spazju Kreattiv, Valletta fejn Prof. Michael A. Saliba ħa jippreżenta r-riċerka tiegħu fuq l-idejn robotiċi.
L-idejn artifiċjali huma għodda versatili li jistgħu jiġu applikati għal diversi affarijiet. Jistgħu jkunu prostetiċi imma jistgħu ukoll jintużaw f’ċertu kundizzjonijiet bħal taħt l-ilma jew fl-ispazju, postijiet fejn il-bniedem ma jistax jaħdem. Filwaqt li utli, dawn l-idejn artifiċjali diffiċli biex jiġu ddisinjati jimitaw il-funzjoni naturali tal-id. L-inġiniera ħafna drabi jkollhom jiddeċiedu fuq liem propjetajiet ħa jiffukaw meta jirrepliklaw l-idejn. Prof. Saliba ħa jippreżenta għarfien fuq ir-riċerka tiegħu fuq idejn artifiċjali f’atmosfera informali. Wara jkun hemm diskussjoni qasira mal-udjenza.
Biex tibqgħu aġġornati fuq avvenimenti u kelliema differenti, żuru l-Paġna Facebook ta’ Malta Café Scientifique jew il-webpage.
Malta Café Scientifique tixtieq tirringrazzja lil proġett STEAM, Spazju Kreattiv talli qed jospitaw dan l-event, l-Universita’ ta’ Malta u l-Malta Chamber of Scientists (li jagħmel parti minnha MCS).