[EN]
On 25 September 2026, Ms Kirsty Azzopardi from the Department of Maltese delivered a series of short Maltese language lessons at the University of Kiel, Germany, at the invitation of the SEA-EU office. The lessons were held as part of Kiel Science Day, which was itself part of the European Researchers’ Night programme.
The Maltese lessons took place alongside short lessons in other SEA-EU languages. Ms Azzopardi gave a brief overview of the history of Maltese and the languages that shaped it. 20 participants of various ages also had the opportunity to learn basic everyday phrases for introducing themselves and saying how they are doing, as well as common greetings.
During her visit, Ms Azzopardi also attended a stakeholder meeting on the Marie Skłodowska-Curie Actions (MSCA), led by Vanessa Debiais-Sainton, as well as the EU Contest for Young Scientists (EUCYS) awards ceremony on 26 September 2026. EUCYS is a competition organised by the European Union that brings together a large number of young researchers. This year's edition was hosted in Kiel and organised jointly by the European Commission and Kiel University.
[MT]
Lezzjonijiet tal-Malti f’Kiel
Fil-25 ta’ Settembru 2026, is-Sa Kirsty Azzopardi mid-Dipartiment tal-Malti tat xi lezzjonijiet qosra tal-Malti fl-Università ta’ Kiel, il-Ġermanja, fuq stedina mill-uffiċju tas-SEA-EU. Il-lezzjonijiet saru fil-qafas tal-Kiel Science Day, li kienet parti mill-programm tal-Lejla tar-Riċerkaturi Ewropej (European Researchers’ Night).
Fil-lezzjonijiet tal-Malti, li saru flimkien ma’ lezzjonijiet oħra tal-lingwi tas-SEA-EU, is-Sa Azzopardi tat ħarsa ħafifa lejn l-istorja tal-Malti u l-lingwi li jsawruh. Barra minn hekk, 20 parteċipant ta’ etajiet differenti kellhom l-opportunità jitgħallmu jgħidu xi frażijiet sempliċi bil-Malti, ngħidu aħna, x’jisimhom u kif inhuma, kif ukoll xi tislim komuni.
Waqt iż-żjara tagħha, is-Sa Azzopardi attendiet ukoll laqgħa għall-partijiet interessati mmexxija minn Vanessa Debiais-Sainton b’rabta mal-Marie Skłodowska-Curie Actions (MSCA), kif ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-EU Contest for Young Scientists (EUCYS) li saret fis-26 ta’ Settembru 2026. Il-EUCYS hija kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tlaqqa’ numru sabiħ ta’ riċerkaturi żgħażagħ. Din is-sena l-kompetizzjoni saret f’Kiel u ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Università ta’ Kiel.