Programm storiku narrativ li jesplora il-kriminalità f'Malta tul is-sekli, mhux bħala sensazzjonaliżmu, imma bħala tieqa lejn is-soċjetà Maltija, il-poter, u l-vittmi li ħafna drabi jintesew. L-għan tal-programm hu li juri kif il-kriminalità mhix biss kwistjoni ta’ liġi, imma rifless ta’ biżgħat, preġudizzji, relazzjonijiet ta’ poter u realtajiet soċjali. Is-serje jittratta temi bħall-qtil, l-Inkwiżizzjoni, il-mediċina u l-abbuż, il-piraterija, l-ereżija, l-omosesswalità, il-vjolenza fuq it-tfal, l-iskjavitù, l-abbużi fl-arti u l-mużika, u oħrajn, dejjem b’enfasi fuq il-vittmi u l-kuntest storiku tagħhom.