Paniġeristi

Paniġeristi

Is-sajf Malti hu splużjoni ta’ lwien, ħsejjes, kunċerti, murtali, bbqs, baħar jistiednek tgħum fih u fuq kollox il-festi uniċi tagħna. Mal-festi, jintrabtu l-marċi, il-purċissjonijiet, il-knejjes imlibbsin għal-liturġija tal-festa u fuq kollox il-paniġierki li l-parruċċani tant ikunu jistennew fil-quddiesa l-kbira tal-festa. Paniġeristi, ippreżentat minn Dr Sergio Grech, se jiddiskuti dan l-eżerċizzju liturġiku ma’ membri tal-kleru li jagħmlu l-paniġierki fil-festi Maltin. Niddiskutu l-kwalitajiet li l-predikatur irid ikollu u kif jinbena l-paniġierku. Wisq probabbli, din hija waħda mill-ewwel drabi li dan is-suġġett se jkun diskuss f’tant dettall.


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/malteselanguagehistoryculture/panieristi/