Rekordju huwa programm fuq Campus 103.7 fejn il-mużika mhux biss nisimgħuha… imma nifhmuha. F’kull episodju, Coryse Borg se tkun qed tiltaqa’ ma’ kantant/a jew mużiċist/a differenti biex flimkien jidħlu fil-qalba ta’ album li għażlu huma stess. Minn track għall-ieħor, se niskopru l-istejjer wara d-diski, l-ispirazzjoni li tathom il-ħajja, il-proċess kreattiv, u dawk il-mumenti li forsi qatt ma smajna bihom qabel.