Our programmes

Our programmes

The programmes you can listen to on Campus FM 103.7 and the contributors as of April 2023

Campus Breakfast: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda
Programm radjofoniku li se jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus FM bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filghodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u ghaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bhala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bhala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast ser jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.
Tul: 120 minuta - 39 gimgħa Ottubru 2022 - Gunju 2023

Campus magazine: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Sonia Young
Programm mexxej stil magazine b’intervisti dwar suġġetti varji bħal kura tal-annimali, wellbeing, il-mediċina, l-ikel, il-kura tal-ġnien u l-pjanti, imżewwaq b’mużika u features li jinżlu tajjeb għall-istaġun tax-xitwa.
Tul: 120 minuta - Tliet darbiet fil-gimgħa mill-10:00 sa nofsinhar 

Campus Brunch: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz
Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett it-Tnejn u l-Gimgħa fuq Campus FM bejn il-ħin tal-10:00 am u nofsinhar. L-għan huwa li wara l-breakfast show jibqa’ jinżamm il-kuntatt mas-semmiegħa li jistgħu iċemplu waqt il-programm u jagħmlu l-interventi/suġġerimenti tagħhom. Il-mużika magħżula se tkun addattata għal dak il-ħin tal-ġurnata fejn l-aktar li se tindaqq mużika li hija meqjusa bħala ‘classic’. Programm li skond is-survey qed jintlaqa’ tajjeb mas-semmiegħa ta’ Campus FM.
Tul: 120 minuta - It-Tnejn u l-Gimgħa bejn l-10:00am u nofsinhar 

Campus Drive ma’ Colin Fitz
Programm radjofoniku bil-Malti li se jixxandar b’mod dirett kuljum dirett  fuq Campus FM bejn il-ħin tal-4pm u s-6pm waqt li n-nies sejrin lura d-dar. Jinkludi wkoll aħbarijiet dwar dak li jkun ghaddej f’pajjiżna, sports, arti u kultura però l-enfasi se tkun il-mużika.
Tul 120 minuta - 39 gimgħa - Ottubru 2022-Gunju 2023 

Programmi ġodda

L-Ambjent Tagħna: Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Perit Dr Kevin Gatt
Is-sensiela qiegħda tiġi proposta mid-Dipartiment tal-Ippjanar u Infrastruttura biex jingħata aktar tagħrif dwar it-tagħlim f’dawn l-oqsma kif ukoll dwar il-karriera li wieħed jista’ jsegwi. Għal dan il-għan, it-tlettax il-programm huma ntiżi sabiex jingħata sommarju tat-tagħlim f’dan il-qasam u jiġu ppubliċizzati aktar l-oqsma tal-Masters fl-Inġinjerija Ċivil, il-Masters fl-Arkitettura u Disinn Urban kif ukoll tal-Baċċellerat fl-Ippjanar. F’din l-iskeda ser jiġu mistiedna atturi minn diversi setturi fosthom Ministeri, Aġenziji tal-Gvern, Ditti Privati u Għaqdiet mhux Governattivi. Flimkien ma dawn ser inħarsu lejn kif it-tagħlim tal-ippjanar, id-disinn urban u l-inġenjerija ċivil hija meħtieġa fl-oqsma rispettivi tagħhom kif ukoll x’prospetti ta’ impjieg jista’ jkun hemm. Ta’ min jgħid li t-tagħlim li jwassal għal gradwati periti ħafna drabi huwa assoċċjat ma’ karriera fil-bini. Permezz ta’ din l-iskeda nixtiequ nuru kif anke perit jista’ jimmilita f’setturi anqas tradizzjonali u li forsi mhumiex daqshekk magħrufa.
Tul: 30 minuta - April-Gunju 2023 

Musical Memories: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Monique Chambers
Programm li permezz tal-mistiedna jiġu rrakuntati episodji u ġrajjiet flimkien ma mużika li tqanqal dawn l-episodji. Il-mużika se tiġi identifikata mill-mistiedna stess.
Tul: 60 minuta - April-Gunju 2023

Treasures in Malta II: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Francesca Balzan
Sensiela ta’ taħditiet fuq suġġetti varji marbuta mal-Patrimonju Malti. Fost il-kelliema l-Markiż Nicholas Depiro, is-Sopran Miriam Gauci, Bernie Mizzi dwar l-edukazzjoni, il-Professur Keith Sciberras dwar l-arti u l-iskultura u bosta kelliema ohra.
Tul: 60 minuta - April-Gunju 2023 

Kontinwazzjoni tal-programmi

Isfar u nnuklat: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Charles Xuereb
Sensiela ġdida ta’ diskussjoni ma’ akkademiċi minn oqsma differenti biex jiddiskutu fl-istudio aspetti diversi tad-dekolonizazzjoni. Wara l-Indipendenza u r-Repubblika kemm fadlilna influwenzi Brittaniċi? X’għamilna s’issa wara li sirna rgħajna f’idejna biex niffurmaw dak li għandna bżonn għal pajjiżna? Kemm bqajna nimmudellaw fuq dak li kien qabel? Fhiex wasalna f’dan l-iżvilupp? Fit-taħdit u l-kitba, fid-drawwiet tal-ikel jew tal-Milied, fl-arti, fl-arkitettura, fl-edukazzjoni, fl-imġieba tagħna, fl-ekonomija u l-politika, fl-iggvernar, fl-istrutturi soċjali – minn transport sa kostruzzjoni – fil-ġustizzja, fil-festi, fil-libertajiet soċjali – minn divorzju sa abort, ewtanasja, is-saħħa – fit-turiżmu, fil-ġurnaliżmu, fil-morali u r-reliġjon saħansitra fejn jidħlu żwiġijiet imħallta, fir-rakkonti ta’ ġrajjietna, fid-diplomazija, fil-politika barranija tal-pajjiż.

Middle Age Exposed: Aleks Farrugia & Colin Fitz
Colin Fitz jiddibatti ż-Żminijiet tan-Nofs ma' Aleks Farrugia, li speċjalizza f'dan il-perjodu fl-istudji tiegħu f'din l-Università. L-ideja għal dan il-programm ħarġet wara li Aleks kien mistieden bosta drabi fil-programm Campus Brunch ta' Colin u t-tnejn skoprew ċerta affinità bejniethom waqt li kienu 'on air'. Huma għandhom ukoll sens ta' umoriżmu kompattibli, u għalhekk se jżżejnu l-programmi b'parrallelli maż-żminijiet tan-nofs (middle age) tan-nies fiż-żminijiet tal-lum. Apparti d-dibattitu bejn iż-żewg preżentaturi u l-anedotti tagħhom, Middle Age Exposed se jikkonsisti wkoll f'intervisti ma' storiċi ta' din l-epoka, u referenzi u siltiet minn films, sensiliet televiżivi u anki albums mużikali (Game of ThronesRobin HoodLord of the Rings ecc) li jagħmlu referenzi għaż-żminijiet li ma' kienu mudlama xejn - ghall-inqas skont Aleks.
Tul 60 minuta

World Reviews: Clint Flores
Diskussjoni live mtellgħa minn Clint Flores li flimkien maż- żewġ mistiedna residenti li ġejjin mill-kamp oppost għandna sensiela li se tiddiskuti aħbarijiet kurrenti li qed iseħħu fl-isfera internazzjonali. Dan il-programm se jixxandar wara d-diskussjoni Agora.
Tul: 60 minuta

Mediterran Kurrenti: Dr Karsten Xuereb
Programm riċerkat fuq stil magazine ippreżentat minn Dr Karsten Xuereb. 'Mediterran kurrenti', jilgħab ftit bl-idea marittima u dik tal-ġrajjiet politiċi, soċjali, kulturali u ambjentali li jkunu ta' importanza minn ġimgħa għal ġimgħa. Kull item ma jeħux aktar minn 4 minuti, il-mużika tintrabat ma' item ta' kultura, proġett, festival, retrospettiva eċċ, ġrajjiet kurrenti u kummentarju fil-qosor, ibbalanċjati u varjati bejn l-Ewropa tal-punent, il-Balkani, il-gżejjer varji, il-pajjiżi Għarab, il-Lvant Nofsani eċċ, b'intervalli spissi u qosra ta' mużika li tvarja. Il-programm huwa attwali għaldaqstant jiġi rekordjat viċin id-data tat-trasmissjoni.
Tul 30 minuta 

Fejn Mort Skola?
Din is-sensiela leġġera tintervista lill-mistiedna ta’ Sergio Grech dwar l-esperjenza partikulari tagħhom tal-iskejjel primarju u sekondarji li attendew. Kull programm ikun ta’ nofsiegħa. Kunċett sempliċi ħafna imma li tista’ tgħin f’dik li hi storja orali nazzjonali. Bla dubju, se joħorġu l-ismijiet ta’ ħafna għalliema li l-ebda storiku tal-edukazzjoni qatt ma kellu l-opportunità li mqar jirreġistra isimhom minħabba l-vastezza tal-argument. Nitkellmu wkoll dwar skrivani u persuni anċillari u għala le, xi praspura jew praspar li setgħu saru kif ukoll il-kotba li kienu jintużaw u l-għodod imħaddma għat-tagħlim. Fost il-mistiedna Giovanni Bonello, John Demanuele, Andre Debattista, Francesca Balzan, Alison Casha, Trevor Zahra u oħrajn.
Tul 30 minuta 

Agora: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Mario Thomas Vassallo
Diskussjoni s-sibt filgħodu b’temi kurrenti li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar huwa innovattiv għall-istazzjon għax se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti, fenomeni kontemporanji u aspetti oħrajn li jolqtu l-politika, is-soċjetà, l-ekonomija u l-kultura ta’ pajjiżna. Flimkien mal-esperti u l-esponenti mistednin, il-pubbliku se jkun jista’ jintervjeni permezz ta’ telefonati waqt il-ħin tad-diskussjoni fl-istudjo. Mhuwiex l-iskop ta’ din is-sensiela li toħloq sensazzjonaliżmu, imma li ddawwal l-opinjoni pubblika b’fehmiet razzjonali, studjati u b’rispett sħiħ lejn fehmiet opposti.
Tul 120 minuta 

Taħdita-Clio (Clio-speak): Emanuel Buttigieg u Liam Gauci
Dan il-programm jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela ġdida għal Campus FM, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci ser jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja. Fost temi oħra, nippjanaw li niddiskutu dawn li ġejjin: Il-Kavallieri x’għamlu għalina? L-aqwa ħames Gran Mastri, Mintoff, Pesti u pandemiji, L-aqwa ħames gvernaturi kolonjali, Fake history fl-istorja Maltija, Nisa prominenti fl-istorja ta’ Malta, Il-Mediterran: ċentru jew periferija? Xi tfisser storja globali?, Invażjonijiet, Fortifikazzjonijiet: tajbin u ħżiena, Eroj u anti-eroj.
Tul 30 minuta

Il-Pluraliżmu fix-Xandir: Colin Fitz
Colin Fitz ikomplu jeħodna lura fiż-żmien meta f’Malta daħal il-pluraliżmu fix-xandir. Nsiru nafu l-bidu ta’ bosta stazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni u anedotti interessanti li għandhom inisslu nostalġija dwar dan iż-żmien tant importanti għal pajjiżna.
Tul 30 minuta

Mużika 21: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr Toni Sant
Hekk kif dħalna fit-tielet deċenju tas-Seklu 21, ikun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aktar esponenti sinifikanti fix-xena tal-mużika f'Malta, 'l hinn mill-ovvju ippreżentat mill-Eurovision Song Contest, X-Factor, u festivals popolari. Is-sensiela proposta tuża ġeneri u/jew temi varji biex toffri profili dettaljati dwar dawn il-mużiċisti Maltin tas-Seklu 21, u fl-istess waqt tiddokumenta l-iżvilupp ta' dak il-ġeneru partikolari f'Malta matul l-aħħar 20 sena.
Tul 60 minuta 

All’italiana: Jan Cauchi
Programm mużikali li jwassal uħud mill-aqwa siltiet li dehru fic-charts Taljani mis-snin 50 ‘l quddiem. Matul il-programm nisimgħu kurżitajiet interessanti dwar il-kultura Taljana fid-diversi forom tagħha, fosthom ikel, spettaklu, reġjuni, teatru u ġafna aktar. Produzzjoni Jan Cauchi.
Tul 60 minuta

Therapy Talk : Karl Wright & Claire Borg
Programm li jfittex li jilħaq lill-individwi u/jew ġenituri li jgħixu waħedhom, lill-koppji, lill-ġenituri, lin-nanniet u lil kull min huwa miftuħ jirrifletti dwar għeruqu, il-familja. Programm ta’ Karl Wright.
Tul 60 minuta

Miegħi Maltin: Andrew Zammit
Programm ta’ mużika Maltija, b’uħud mill-aqwa siltiet li ħarġu minn artisti Maltin, kemm dawk riċenti kif ukoll mill-passat.
Tul 60 minuta 

Jazz & more: Paul Giordimaina
Sensiela ta’ mużika jazz, kurżitajiet interessanti dwar dan il-ġeneru ta’ mużika u intervisti qosra ma’ esponenti fix-xena tal-jazz.
Tul 60 minuta 

It-toroq jgħidu tagħhom: Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Prof. Charles Briffa u Celaine Buhagiar
Din is-sensiela, fi ħdan il-kultura lingwistika, tippreżenta b’mod sistematiku materjal li juri kliem qadim, storiku, u tekniku meħud mill-ismijiet tat-toroq tal-gżejjer tagħna. It-toroq li se nieħdu jitqiesu fl-ambjent fiżiku tagħhom ukoll ħalli jitkattar aktar is-sens. Irridu nifhmu li t-toroq qegħdin jippriservaw ħafna kliem u forom li llum aktarx li m’għadhomx jintużaw jew li jintużaw f’oqsma limitati ħafna.
Tul 30 minuta

The Campus Weekend show: Jan Cauchi
Sensiela mużikali mexxejja li se twassal top 40 mic-charts tar-Renju Unit u dawk Taljani.
Tul 90 minuta

Hommage à la musique: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Gerald Fenech u Gorg Peresso
Għażla ta mużika li mas-sbuħija tgħaqqad id-divertiment mużikali, b’tagħrif mal-għażliet varji minn opri, operetti, siltiet tminn sinfoniji u kunċerti, mużika sagra u melodiji li jibqgħu immortali.
Tul: 120 minuta - 39 gimgħa 

Bejn Utopja u distopja: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Anton Farrugia. (mill-arkivji)
Vjaġġ letterarju madwar in-novelli ta’ Lino Spiteri, awtur, politiku u ġurnalist. Vjaġġ li jirrifletti kemm l-evoluzzjoni tal-kittieb, kif ukoll it-trasformazzjoni soċjo-politika u kulturali tal-poplu Malti fuq medda ta’ ‘l fuq minn ħamsin sena. Mid-deskrizzjonijiet analitiċi tiegħu nibtu l-istejjer ta’ din is-sensiela.
Tul: 30 minuta - 13-il gimgħa

Analiżi tal-ġurnali - Line up
It-Tnejn - Michelle Attard Tonna
It-Tlieta - Michael Falzon
L-Erbgħa - Andrew Azzopardi
Il-Ħamis - Steve Ellul
Il-Ġimgħa - Joe Mizzi


https://www.um.edu.mt/services/campusfm/programmes/