L-Università ta' Malta

Malti
UOM Main Page
 
 
 
Applika
Newspoint

MERĦBA fis-sit tad-Dipartiment tal-Malti

Id-Dipartiment tal-Malti jaħdem biex iġib ’il quddiem l-istudju tal-ilsien Malti u ta’ ġrajjietu, kif ukoll tal-letteratura tiegħu, bit-tagħlim u bir-riċerka. Dan jagħmlu f’għadd ta’ korsijiet li jwasslu għall-ksib tal-ewwel grad u u ta’ gradi ogħla fil-Malti (B.A., B.A. (Unuri), M.A., M.Phil., Ph.D.). Jipprovdi wkoll programmi ta’ studju lil studenti minn dipartimenti, fakultajiet jew istituti oħra, bħalma huma tal-Komunikazzjoni, tal-Liġi, tal-Edukazzjoni u tal-Mediċina.

Bħalissa d-Dipartiment qiegħed joffri programm ta’ korsijiet f’direzzjonijiet ġodda marbuta mal-istatus tal-Malti bħala lsien nazzjonali u Ewropew, programm li jinfirex lil hinn mil-limiti tal-kampus. Fost dawn hemm korsijiet fit-tisħiħ tal-Malti, Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti, Diploma fil-Letteratura Maltija, kif ukoll kors tal-Malti bħala Lsien Barrani għar-residenti mhux Maltin li jixtiequ jitgħallmu l-Malti. Id-Dipartiment żviluppa wkoll programmi fl-użu tal-Malti f’oqsma speċjalizzati, u diġà qed joffri korsijiet tal-Malti għall-ispiżjara, it-tobba u l-infermiera, il-ħaddiema soċjali u għall-amministraturi pubbliċi.

Id-Dipartiment għandu kuntatti mill-aħjar ma’ għaqdiet lokali kif ukoll barranin, u minn żmien għal żmien jorganizza magħhom attivitajiet u programmi ta’ studju. Fosthom hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Akkademja tal-Malti, l-Għaqda tal-Lingwistika Maltija ta’ Bremen (il-Ġermanja) kif ukoll universitajiet fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra. L-istudenti għandhom ukoll l-għaqda tagħhom l-Għaqda tal-Malti – Università li taħdem biex iġġib il-Malti ’l quddiem, l-aktar fost l-istudenti.

Id-Dipartiment tal-Malti minn żmien għal żmien jippubblika rivista ta' studji akkademiċi bl-isem Journal of Maltese Studies, filwaqt li l-istudenti tal-Għaqda tal-Malti - Università joħorġu r-rivista Leħen il-Malti.

Id-Dipartiment tal-Malti hu magħmul minn numru sabiħ ta’ studenti, tmien letturi tal-post u għadd ta’ letturi oħra li jkunu mistiedna biex jgħinu bl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.


The Department of Maltese

Through its teaching and research activity, the Department of Maltese of the University of Malta strives towards the advancement of the study of Maltese linguistics and grammar, the history of Maltese language and its literature. Areas of special interest include language contact and language policy. The Department offers courses leading to the award of undergraduate and postgraduate degrees in Maltese.

At present the Department, in collaboration with the National Council for the Maltese Language, is developing a programme which reaches beyond the limits of the campus, in bid to help Maltese society better value the national and European status of Maltese. The programme includes courses in language enhancement and proofreading, in Maltese literature, and the development of courses in Maltese for specific purposes. The Skola tal-Malti (The Maltese Language School) is an offshoot of the Department, which offers courses in Maltese to interested adults, including foreigners living and working in Malta.

Avviżi
Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti
Jerġa' jiftaħ fi Frar 2018
Diploma fil-Letteratura Maltija
Il-kors jiftaħ f'Ottubru 2016
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 2
This course is aimed at persons employed in the healthcare profession.
Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions 1
For applicants employed in the healthcare profession
Medical Maltese Proficiency Certificate
For applicants with overseas qualifications
300 sena mit-twelid ta' de Soldanis
Intervisti u ktejjeb għall-istudenti
Midalja tad-Deheb għall-Prof. Oliver Friggieri
Oliver Friggieri onorat b'midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti
Il-Kantilena
Sensiela ta' intervisti
 
 

Log In Dħul
University of Malta
L-Università ta' Malta