Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120163| Title: | Aspetti tat-twemmin popolari fil-leġġendi Maltin |
| Authors: | Bongailas, Mirainne (2023) |
| Keywords: | Folklore -- Malta Legends -- Malta |
| Issue Date: | 2023 |
| Citation: | Bongailas, M. (2023). Aspetti tat-twemmin popolari fil-leġġendi Maltin (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | L-għan prinċipali ta’ din it-teżi hu li nistħarreġ aspetti tat-twemmin popolari filleġġendi Maltin. L-analiżi tistrieħ fuq 29 intervista li kelli ma’ parteċipanti minn lokalitajiet differenti, kif ukoll fuq ġabra ta’ leġġendi li ġbart minn diversi sorsi ppubblikati. Il-leġġendi jagħmlu parti mill-qasam tat-tradizzjoni orali, jikkonsistu minn rakkont ta’ ġrajja li fiha element maġiku kif ukoll doża ta’ realtà. Fl-imgħoddi, aktar mil-lum, iI-leġġendi kienu jingħadu biex wieħed jesprimi l-biżgħat u dak kollu li jkun qed jippreokkupah. It-tieni kapitlu ta’ din it-teżi jersaq lejn id-definizzjoni tat-terminu leġġenda, kif ukoll jiddistingwi d-differenza bejn leġġenda u ħrafa. Dan l-istess kapitlu jippreżenta l-karatteristiċi u t-temi ewlenin tal-leġġendi. It-tielet kapitlu jiffoka fuq ilġabbara ewlenin tal-leġġendi u s-sejbiet tagħhom. Ir-raba’ kapitlu jispjega lmetodoloġija ta’ din ir-riċerka u l-għodda li ntużat waqt l-istħarriġ kwalitattiv li sar. Kull intervista li saret ġiet traskritta u hija ddokumentata f’Appendiċi B, filwaqt li rrekordings tal-istess intervisti jistgħu jiġu aċċessati minn din il-ħolqa: https://drive.google.com/drive/folders/1ZupUHmg702NovchZ2COX1KdMlXFWKa0H ?usp=sharing. Il-ħames kapitlu jinkludi l-analiżi tal-leġġendi kollha li ġbart kemm minn sorsi ppubblikati kif ukoll minn fomm in-nies. F’dan il-kapitlu analizzajt illeġġendi u l-varjazzjonijiet li sibt kemm minn dak li qaluli l-parteċipanti kif ukoll millkotba permezz tal-ġabra li tista’ tinqara minn Appendiċi Ċ. F’din it-taqsima rajt issimilaritajiet u l-kuntrasti li spikkaw fil-leġġendi Maltin u Għawdxin. L-aħħar kapitlu jistabbilixxi s-sejbiet ewlenin ta’ dan l-istudju u jissuġġerixxi riċerki futuri oħra li jistgħu jsiru f’dan il-qasam. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120163 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2023 Dissertations - FacArtMal - 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2308ATSMAL300000015030_1.PDF Restricted Access | 2.65 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
