Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132662
Title: Mill-Arkivji : Programme 85 : Mario Xuereb
Authors: D'Anastas, Noel
Xuereb, Mario
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Xuereb, Mario
Maltese -- Libya -- Tripoli -- History -- 20th century
Malta -- Emigration and immigration -- History
World War, 1939-1945 -- Libya -- Tripoli
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Apostasy -- Catholic Church -- History -- 18th century
Trials (Apostasy) -- Malta -- History -- 18th century
Issue Date: 2025-01-26
Citation: D'Anastas, N. & Xuereb, K. (2025, January 26). Mill-Arkivji : Programme 85 : Mario Xuereb [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Is-Sur Mario Xuereb hu l-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-26 ta’ Jannar 2025. Bħalissa jinsab jirriċerka għad-dottorat fl-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta. Attwalment huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Malta Business Bureau. Mario Xuereb huwa magħruf sew fil-qasam tal-ġurnaliżmu fejn ħadem għal snin twal f’diversi karigi sew mal-Media.Link, Public Broadcasting Services, u Allied Newspapers. Huwa rebbieħ ta’ diversi unuri mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Għal xi żmien ukoll għalliem tal-istorja. Huwa visiting lecturer fl-Università ta’ Malta fid-Dipartiment tal-Politika Publika u fl-Istitut tal-Istudji Maltin. Kiteb papers akkademiċi kif ukoll produttur ta’ dokumentarji televiżivi ffukati fuq il-Maltin u l-istorja ta’ Malta. Mario ħa jkellimna fuq il-Maltin ta’ Tripli, it-Tripolitani taż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Kif kienet il-kommunità Maltija u t-tradizzjonijiet li kellhom? X’wassal biex dawn it-Tipolitani kienu minsija? Mario jsemmi t-tbatija u l-faqar li għaddew minhom fil-kampijiet tal-konċentrament, it-terrur u d-detenzjoni. Kif kompliet l-istorja wara l-Gwerra? Fejn ir-riċerkhom dawn l-istejjer? Xi sfidi sab biex intervista dawk li b’xi mod għexu dawk iż-żminijiet? Barra s-suġġett tal-istudju għad-dottorat, Mario jitkellem ukoll dwar ir-riċerki li għamel għal bosta dokumentarji televiżivi, fosthom ‘L-Assedju’, ‘Culhat al Belt’, u oħrajn. Lejn it-tmiem ta’ din l-intervista, Mario jġib lura l-memorji tal-ewwel riċerki fl-Arkivju tal-Katidral fl-Imdina, madwar 30 sena ilu. Dak iż-żmien kien qed jirriċerka fuq l-apostasija fiż-żmien l-Inkwiżituri Ruffo, Serbelloni u Stoppani bejn l-1720 u l-1730. X’inhi l-apostasija? X’wassal dawk il-Kristjani li qelbu r-reliġjon għall-Mislem? X’kienet il-penitenza mogħtija lilhom?
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132662
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 85 Mario Xuereb edited 26 JAN 2025.mp385.18 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.