Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132672
Title: Mill-Arkivji : Programme 87 : Matthew Balzan u Conrad D'Amato
Authors: D'Anastas, Noel
Balzan, Matthew
D'Amato, Conrad
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Balzan, Matthew, 1988-
D'Amato, Conrad
Birżebbuġa (Malta) -- History
World War, 1939-1945 -- Malta -- Birżebbuġa -- History
Għar Dalam (Birżebbuġa, Malta)
Issue Date: 2025-02-09
Citation: D'Anastas, N., Balzan, M. & D'Amato, C. (2025, February 9). Mill-Arkivji : Programme Programme 87 : Matthew Balzan u Conrad D'Amato [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Is-sinjuri Conrad D’Amato u Matthew Balzan huma l-mistiedna fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-9 ta’ Frar 2025. Huma se jkellmuna fur ir-riċerka li għamlu għall-pubblikazzjoni ‘Birżebbuġa: Storja u Kultura’ maħruġ fl-2017. Is-Sur Balzan ħa ħsieb il-kontenut dwar l-arkeoloġija u l-istorja militari, filwaqt li s-Sur D’Amato ħa ħsieb l-aspett soċjali u reliġjuż. Conrad D’Amato huwa edukatur. Huwa gradwa fis-Servizzi Bankarji u Finanzjarji, kif ukoll fil-Filosofija u t-Teoloġija. Huwa ggradwa bħala għalliem fl-iskejjel sekondarji wara li kiseb il-P.G.C.E. Fl-2019 kiseb il-maġisteru fl-Etika tan-Negozju. Bejn l-2004 u l-2019 ħadem fis-settur bankarju, u llum jaħdem bħala għalliem tas-sekondarja. Iħobb il-letteratura Maltija u huwa awtur ta’ numru ta’ artikli, poeżiji u drammi. Huwa awtur ta’ pubblikazzjonijiet storiċi ‘Nofs Seklu ta’ Mixja Mużikali’ (2007), ‘Il-Vara Titulari ta’ San Pietru’ (2009) u ‘Ramel Dehbi f’Baħar ta’ Storja’ (2013). Għal snin twal ilu jservi fl-‘Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa’. Is-Sur Matthew Balzan huwa gradwat fl-istorja u l-arkeoloġija u għandu maġisteru fl-Istudji Ospidalieri Fil-preżent huwa impjegat ma’ Heritage Malta bħala Kuratur Anzjan tal-Fortifikazzjonijiet. Kiseb ukoll rikonoxximent mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal xogħlu f’diversi siti storiċi fl-2009. Matthew huwa involut ukoll fit-teatru u għandu diploma maħruġa minn Trinity College London fl-2012. Ir-riċerka tagħhom toħodna f’diversi arkivji f’Malta,l-aktar fl-Arkivji Nazzjonali u l-Arkivju tal-Kattidral fl-Imdina. Huma komplew jirriċerkaw fl-Arkivju Nazzjonali f’Londra, esperjenza li jixtiequ jkollhom opportunità oħra li jkompli j irriċerkaw fuq dan is-suġġett. Matthew joħodna lura fis-snin fi vjaġġ ta’ storja intensiva minn Għar Dalam sal-ewwel bombi li niżlu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Conrad jiffoka fuq ir-riċerka li għamel fuq id-dokumenti tas-Segretarju Ewlieni tal-Gvernatur fl-Arkivji Nazzjonali u fuq il-Visti Pastorali fl-Arkivju tal-Kurja fil-Floriana u dak tal-Kattidral fl-Imdina. Jitkellem ukoll dwar il-bini tal-knisja parrokkjali u kif saret iddedikata lil San Pietru. F’din l-intervista joħroġ ċar kemm Birżebbuġa għandha storja interessanti.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132672
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 87 Conrad D'Amato - Matthew Balzan edited 9 FEB 2025.mp387.53 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.