Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13367
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T07:05:52Z-
dc.date.available2016-10-25T07:05:52Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13367-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-figura femminili bħala idea letterarja ta’ dawn l-aħħar deċenji hija l-qofol ta’ din it-teżina. Dan hu perjodu li fl-idjoma poetika ta’ għadd ġdid ta’ kittieba nisa indirizza u aġġusta l-iżbilanċ letterarju preċedenti favur il-figura maskili predominanti. Il-mara ssir mhux biss tema ċentrali, iżda wkoll il-motivazzjoni wara għadd sabiħ ta’ żviluppi ġodda fl-għodod, fil-qawwa assoċjattiva, u fil-figuri paradossali tal-poeżija. Il-figura femminili, b’mod partikolari f’xogħlijiet kritiċi letterarji Maltin, aktarx li jistħoqqilha attenzjoni korrispondenti għall-frekwenza tiżdied tagħha fil-poeżija, u dan kien fattur ewlieni li mmotiva din ir-riċerka. Mal-qofol femminili rrappreżentat fil-poeżija reċenti, kiseb prominenza ġdida l-leħen tagħha f’xogħlijiet letterarji. Iżda kif se juru l-kapitli li ġejjin, dan mhux leħen imsawwar minn elementi omoġenji, għax ħafna drabi jikxef lilu nnifsu bħala taqbida bejn orjentamenti jew dispożizzjonijiet opposti. Parti kbira mit-teżina hija ddedikata lil dawn l-elementi inkongruwenti jew kunfliġġenti li jsawru x-xbieha u l-leħen tal-mara fil-poeżiji. L-għażla tal-figura femminili f’xogħlijiet poetiċi tintrabat ukoll mal-fatt li minnha jitnisslu bosta rappreżentazzjonijiet. Dan peress li l-mara hija figura li tirrappreżenta l-fertilità, il-patrija, u l-ġentilezza f’kuntest tradizzjonali iżda żviluppat assoċjazzjonijiet psikiċi u emottivi aktar kumplessi fl-espressjoni lirika moderna. Fil-kuntest ta’ familjarità kemm qadima kif ukoll progressiva, kien interessanti li din it-teżina tirriċerka arti li ma tħallihiex daqshekk familjari u storika, arti lesta u arti miruta. Dan minħabba l-fatt li l-figura femminili mhijiex biss xbieha primittiva jew sterjotipika, b’perspettiva ristretta għal dak li offra żmien aktar bikri, jew b’perspettiva personali li tingħalaq fiha nfisha mingħajr rabtiet intersuġġettivi u interdixxiplinarji li jagħtu lok usa’ għal diversi interpretazzjonijiet ġodda u straordinarji. Il-perjodu poetiku magħżul għal din ir-riċerka huwa kkonfinat partikolarment għal dawn l-aħħar deċenni letterarji, minħabba li dan huwa perjodu ta’ kambjamenti sinifikanti fix-xbieha poetika tal-mara. Dan għen ukoll biex l-analiżi letterarja tkun iffukata fuq żviluppi stilistiċi, ilħna liriċi, proċedimenti figurattivi, u allużjonijiet intertestwali li bejniethom jikxfu orjentament komuni lejn lingwaġġ aktar ambigwu, vag, iżda rikk fis-suġġerimenti, dwar il-mara, li tappartjeni għal perjodu speċifiku tal-iżvilupp poetiku tagħha bħala kumpless ta’ tekniki letterarji. Din it-teżina, għalhekk, għandha indirizz partikolarment sinkroniku lejn l-iżvilupp poetiku tal-mara.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectWomen in literatureen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- Women authors -- 21st centuryen_GB
dc.subjectStyle, Literaryen_GB
dc.titleId-defamiljarizzazzjoni tal-figura femminili f’poeti nisa tal-aħħar żminijieten_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Stacy-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL003.pdf
  Restricted Access
1.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.