Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134258
Title: Analiżi tematika tan-novelli ta' Ġużè Bonnici
Authors: Formosa, Edgar
Keywords: Bonnici, Ġużè, 1907-1940 -- Criticism and interpretation
Authors, Maltese -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 1990
Publisher: Għaqda tal-Malti (Universita’)
Citation: Formosa, E. (1990). Analiżi tematika tan-novelli ta' Ġużè Bonnici. Leħen il-Malti, 25-26, 30-32.
Abstract: In-narrattiva prożajka qasira hija forma ta' arti letterarja importanti ħafna minħabba l-qosor u l-intensita effettiva tagħha. In-novella ta' natura serja hekk kif tidher fis-seklu għoxrin tista' tiġi mistħajla bħala kwadru, b'kull kantuniera murija b'isem: ix-xogħol narrattiv, il-lirika, id-drama prożajka u x-xogħol soċjali u/jew storiku. Xi novelli nistghu niċċentralizzawhom x'imkien fiċ-ċentru, fil-waqt li xi oħrajn nistghu mmexxuhom 'l hawn u 'l hinn lejn il-kantunieri skond il-ħtieġa u n-natura tax-xogħol. Mal-mixi taż-żmien in-novella ħadet l-importanza li jixirqilha. Kittieba bħal Irving, Poe, Pushkin, Gogol, Balzac, Melville, Guy de Maupassant, Checkov, Mansfield, Somerset Maugham u bosta oħrajn kollha taw sehemhom għall-iżvilupp dejjiemi u progressiv tan-novella kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Amerika. Hawn Malta, għalkemm dejjem imxejna wara l-kurrent għal dak li għandu x 'jaqsam ma' iskola ta' kitba, ġeneri u stili - u din hija ħaġa li nifhmuha wara kollox - kellna u għad għadna għadd ġmielu ta' kittieba li meddu l-pinna tagħhom għal dan ix-xogħol. Ma' dawn nistgħu ngħoddu wkoll lil Ġużè Bonnici, kittieb li, għalkemm ħallielna ftit novelli, ilkoll ta' bixra soċjali, jibqa' mfakkar għal-laqtiet ħelwin li joħloq, għall-istudju tal-karattri u l-psikoloġija umana, u għall-kulur lokali li jħobb idaħhal fm-novelli tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134258
Appears in Collections:Leħen il-Malti (1990) - Għadd 25-26 (Ħarġa Speċjali)
Leħen il-Malti (1990) - Għadd 25-26 (Ħarġa Speċjali)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Analiżi_tematika_tan_novelli_ta_Ġuże_Bonnici.pdf196.99 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.