Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135077
Title: Editorjal : il-Franġiskani tal-kustodja fil-Libanu
Authors: Chircop, Twanny
Keywords: Editorials
Franciscans -- Lebanon -- History
Christians -- Lebanon -- History
Lebanon -- Religion
Issue Date: 2024
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Chircop, T. (2024). Editorjal : il-Franġiskani tal-kustodja fil-Libanu. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(226), 3-5.
Abstract: Ilna aktar minn sena naraw xeni ta’ qerda u vjolenza fl-iStrixxa ta’ Gaża, b’aktar minn miljun u nofs persuni li sfaw sfullati u kellhom jaħarbu minn djarhom aktar minn darba, taħt pressjoni tal-qawwiet tad-difiża Israeljani li qed jattakkaw żoni li huma jqisuhom bejtiet ta’ terroristi tal-moviment Ħamas. Sa mill-bidunett tal-gwerra, fis-7 ta’ Ottubru 2023, kien hemm reazzjoni ta’ tpattija għall-attakki u l-qerda tal-bombi Israeljani mhux biss mill-milizjani tal-Ħamas f’Gaża, imma wkoll minn dawk tal-partit tal-Ħiżbollah fil-Libanu. Mill-ewwel jiem tat-tensjonijiet bdew jiġu sparati missile fuq it-tramuntana tat-territorju Israeljan li hu l-fruntiera mal-Libanu. Israel ma damx ma wieġeb għal din l-aggressjoni billi issa fetaħ attakki ħorox fuq il-fortizzi tal-Ħiżbollah fin-nofsinhar tal-Libanu, fil-belt ta’ Beirut u fil-Wied tal-Bekaa fil-lvant tal-Libanu. Imma ma kienx kuntent biss li jattakka dawn iż-żoni, imma saħansitra wkoll żoni oħrajn fejn ma hemmx elementi estremisti tal-Ħiżbollah, u fejn jgħixu l-Insara Maroniti tal-Libanu, l-aktar fit-tramuntana tal-pajjiż.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135077
Appears in Collections:Leħen l-Art Imqaddsa : Numru 226 : Ottubru-Diċembru : 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Editorjal.pdf310.13 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.