Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135703| Title: | Politika nadifa, soċjeta ġusta |
| Other Titles: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika |
| Authors: | Moviment Graffitti |
| Keywords: | Moviment Graffitti Political parties -- Malta Politicians -- Malta Social change -- Malta Discourse analysis Speeches, addresses, etc., Maltese |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Moviment Graffitti. (2023). Politika nadifa, soċjeta ġusta. In M.T. Vassallo, & M. Spagnol, (Eds.)., Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 84-94). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Il-punt ewlieni tiegħi huwa li f’kull stadju tad-diskors, Andrea Dibben tibni argument politiku fuq il-kredibilità tal-karattru tagħha bħala persuna li trabbiet, trawmet u timpenja ruħha bis-sħiħ fl-attiviżmu politiku xellugi. Dibben tagħmel appell imqanqal biex il-poplu jemmen fil-poter li għandu li “jbiddel din is-sistema moqżieża,” u biex dan il-poter jużah biex iwarrab mhux lill-politikanti korrotti tal-lum, għax warajhom jiġu oħrajn bħalhom, imma s-sistema maħmuġa tal-finanzjament tal-partiti ewlenin min-negozjanti l-kbar li ħakmet lit-tmexxija tal-pajjiż u ħammġet il-kultura politika kollha kemm hi. Biex tagħmel dan l-appell, Andrea Dibben tinqeda bl-istorja personali tagħha bħala bniedma komuni li trabbiet f’housing estate f’Bormla. Hija l-istorja ta’ Laburista rrabjata, “bħal ħafna oħrajn,” b’dak li qed jiġri fil-pajjiż, xellugija li tħoss li t-tmexxija tal-Partit Laburista ttradietha. L-istorja tagħha tirrakkontaha biċċa biċċa matul id-diskors, strateġija mhux iddikjarata li biha tqanqal lil “ħutha” miġburin bħalha ħdejn il-monument ta’ Dimech, biex jidentifikaw ruħhom mar-rabja kbira tagħha u mas-sejħa biex bħalha ma jibżgħux jitkellmu fuq dak li qed jiġri. Bil-lingwaġġ ta’ Aristotli fil-ktieb tiegħu fuq Ir-Retorika, nistgħu ngħidu li Dibben tinqeda blethos biex twassal il-logos lill-miġemgħa u tqanqal fihom il-pathos favur il-pożizzjoni politika tagħha. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135703 |
| Appears in Collections: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Politika_nadifa_soċjeta_ġusta.pdf | 132.59 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
