Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135811| Title: | Kemm se ttina dik it-tina? |
| Other Titles: | In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika |
| Authors: | Mifsud, lmmanuel |
| Keywords: | Ficus (Plants) Fig tree in art Authors, Maltese -- 20th century Meylak, Mary, 1905-1975 -- Criticism and interpretation |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Mifsud, I. (2024). Kemm se ttina dik it-tina?. In K. Borg, A. Grima, & M.T. Vassallo (Eds.). In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika (pp. 56-62). Malta: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti. |
| Abstract: | Il-Baruni tar-Rabat tal-lmdina' hija waħda minn sensiela ta' novelli mifruxin f'erba' volumi, miktuba minn Mary Meylak li jdawruna ma' nħawi differenti f'Malta u f'Għawdex. Din in-novella tirrakkonta l-istorja ta' siġra kbira tat-tin li kibret fil-ġnien ta' villa ta' Baruni. Ir-rakkont jibda bil-baruni josserva t-tfal li jiġru mat-toroq jixxennqu meta jħarsu lejn il-ġnien mimli frott tiegħu u, għax qalbu tajba, jordna lill-ġardinari tiegħu biex iħawlu siġar tal-frott b'tali mod li jibdew jarmu fuq barra tal-ġnien ħalli t-tfal ikunu jistgħu jaqtgħu kemm frott iridu. It-tina li titħawwel tant tikber li tarmi dell fuq ħafna toroq fir-Rabat u l-Imdina u ssir leġġendarja. Jum fost l-oħrajn, tiġri x-xniegħa fost in-nies tal-lokal, li kienu ġejjin tas-sanità biex iqaċċtu s-siġra. U hawn għoddu jqum irvell għax in-nies ma ridux lill-awtoritajiet iqaċċtulhom is-siġra leġġendarja tagħhom. L-awtoritajiet ma jqaċċtuhiex imma xi ħaġa tiġri fil-fatt u s-siġra tibda tmajna. Xejn donnu ma seta' jirranġa s-sitwazzjoni, lanqas l-aqwa ġardinari ta' Malta. Imma jum fost l-oħrajn, jitfaċċa tfajjel li, anki b'sogru kbir għal ħajtu, iħaffer madwar is-siġra, jinżel fil-fond u jintebaħ li s-siġra kien naqsilha l-ilma tal-qiegħ u jinnaviga b'tali mod li jibda jiskula l-ilma mill-ġdid lejn l-għeruq biex is-siġra tirpilja minnufih u r-Rabat u l-Imdina, anzi Malta kollha, terġa' tibda tgawdi mill-benna tat-tina. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135811 |
| ISBN: | 9789918010783 |
| Appears in Collections: | In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika, 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Kemm_se_ttina_dik_it_tina.pdf | 152.1 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
