Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137756
Title: Mill-Arkivji : Programme 102 : David Grech
Authors: D'Anastas, Noel
Grech, David
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Grech, David
Aircraft accidents -- Malta -- History
Żabbar (Malta) -- History
Avro Vulcan XM645 Crash, Żabbar, Malta, 1975
Avro Lancaster ASR.III Crash, Luqa, Malta, 1952
Vickers 440 Wellington B Mark X Crash, Rabat, Malta, 1946
Issue Date: 2025-06-15
Citation: D'Anastas, N. & Grech, D. (2025, June 15). Mill-Arkivji : Programme 102 : David Grech [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-15 ta’ Ġunju 2025 huwa s-Sur David Grech, riċerkatur tal-avjazzjoni. Huwa se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel dwar il-Vulcan Bomber XM645 li kien waqa’ f’Ħaż-Żabbar 50 sena ilu. David se jgħid x'wassal li beda jirriċerka fuq il-waqa' tal-Vulcan XM645 Bomber, ir-riċerka li għamel sew fl-Arkivju Nazzjonali f’Malta kif ukoll f’dak tal-Ingilterra. Huwa jirreferi għaż-żewġ inkjesti li saru, waħda Malta u l-oħra l-Ingilterra; il-bosta rapporti ppubblikati fil-ġurnali, kif ukoll intervisti ma’ dawk li b’xi mod kienu hemm. X'kien dan l-ajruplan? Għala kien qed jittajjar fuq Malta? Kif kienet il-ġurnata tal-14 t'Ottubru 1975? X'ġara eżatt fis-1:30pm? Grech jagħti deskrizzjoni ċara tal-vittmi li mietu f’din id-diżgrazzja 5 tal-ekwipaġġ u mara Żabbarija, Vinċenza Zammit. Jgħid li l-pilota kien salva. Fil-qosor jgħidilna x'kienet is-sitwazzjoni f’dak il-ħin tad-diżgrazzja u kif l-aħbar xterdet madwar Malta kollha. Kif kien irrapurtat fil-midja internazzjonali? X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern, forzi armati, il-paramediċi, l-istampa u l-Knisja? David Grech jagħmel referenzi għal diżgrazzji oħra simili, dik tal-waqa' tal-Lavro Lancaster f'Ħal-Luqa fl-1952, u dak tar-Rabat, Vickers Wellington fl-1946 qrib l-iskola. David Grech twieled Malta u jgħix iż-Żejtun. Huwa ggradwa fit-teknoloġija tal-informatika u għandu master's degree. David kien xhud kontemporanju tat-tmiem traġiku ta’ XM645, il-vulcan li kien waqa f’Ħaż-Żabbar f’Ottubru tal-1975. Huwa għandu interess qawwi fl-istorja tal-avjazzjoni u passjoni għar-riċerka. Dawn kollha sawwarhom fil-pubblikazzjoni 'Forty-Six Feet Short: The Tragic End of Vulcan Bomber XM645 and the Aftermath’. F’din il-pubblikazzjoni, l-awtur jipprovdi lill-qarrejja rakkont konvinċenti u imparzjali ta’ waħda mill-istejjer koroħ fl-istorja tal-avjazzjoni Maltija. Wara karriera twila fis-settur tal-IT, David issa jaħdem fl-avjazzjoni.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137756
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 102 David Grech edited 15 JUNE 2025.mp385.1 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.