Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148730
Title: L-iżolament fi Tħabbat Xtaqtek : perspettivi eżistenzjalisti
Authors: Borg, Nathan (2026)
Keywords: Galea, Gioele, 1965-
Hermitages -- Malta
Prose literature
Isolation (Philosophy) in literature
Maltese literature
Existentialism in literature
Spirituality in literature
Issue Date: 2026
Citation: Borg, N. (2026). L-iżolament fi Tħabbat Xtaqtek: perspettivi eżistenzjalisti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq l-iżolament fi Tħabbat Xtaqtek: Djarju mill-Eremitaġġ ta’ Gioele Galea, u taqrah mhux biss bħala tema marbuta mal-ħajja eremitika, iżda wkoll bħala esperjenza interjuri li ssawwar il-binja, il-moviment u s-sensibilità narrattiva tat-test. It-teżina tqiegħed ix-xogħol fil-kuntest tal-kitba mistika b’elementi awtobijografiċi, u tinterpretah fid-dawl ta’ perspettivi eżistenzjalisti minn Søren Kierkegaard u Martin Heidegger, b’enfasi fuq il-mod kif l-iżolament jikxef il-kundizzjonijiet fundamentali tal-eżistenza. L-istudju janalizza kif l-esperjenza tal-iżolament tiġi artikolata mhux biss bħala tema rikorrenti, iżda wkoll permezz ta’ xejriet lingwistiċi u stilistiċi li jsawru l-moviment tat-test. B’mod partikulari, il-qiegħ, il-vojt u l-assenza, it-tneżżigħ u l-għera, is-skiet u s-smigħ juru li l-iżolament ma jibqax biss kundizzjoni spiritwali jew narrattiva, iżda jsir prinċipju formali li jorbot l-esperjenza mal-artikolazzjoni tagħha fil-kitba. B’hekk, it-teżina tissuġġerixxi li Tħabbat Xtaqtek ma joffrix biss xhieda ta’ esperjenza spiritwali individwali, iżda wkoll eżempju ta’ kif il-proża Maltija tista’ tagħti forma letterarja u kritika lill-mistoqsijiet fundamentali tal-eżistenza.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148730
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2026
Dissertations - FacArtMal - 2026

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2608ATSMAL300000017855_1.PDF
  Restricted Access
1.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.