Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54951
Title: 50 sena ilu l-Papa Pawlu VI mar pellegrin fl-Art Imqaddsa
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Papal visits -- Palestine
Paul VI, Pope, 1897-1978
Pilgrims and pilgrimages -- Palestine
Church anniversaries
Issue Date: 2014
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2014). 50 sena ilu l-Papa Pawlu VI mar pellegrin fl-Art Imqaddsa. Lehen l-Art Imqaddsa, 35(183), 06-20.
Abstract: Il-Papa Pawlu VI (21 ta’ Ġunju 1963 - 6 ta’ Awwissu 1978) kien l-ewwel Papa fi kważi elfejn sena ta’ storja ta’ Kristjaneżimu li żar l-Art Imqaddsa bħala pellegrin. Iż-żjara memorabbli seħħet fi żmien qasir ta’ tlett ijiem, bejn is-Sibt 4 u t-Tnejn 6 ta’ Jannar 1964, eżattament 50 sena ilu. Għal din ir-raġuni qed isiru tifkiriet speċjali ta’ din il-ġrajja fl-Art Imqaddsa,l-aktar biex jiġi mfakkar l-avveniment profetiku tal-laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Papa Pawlu VI u l-Patrijarka Grieg Ortodoss ta’ Kostantinopli Atenagoras, li fiha l-Knisja Kattolika u l-Knisja Griega Ortodossa ħafru l-iskominuka reċiproka li kienu għamlu lil xulxin fl-1054, meta seħħet ix-xiżma, jew firda, bejn il-Knisja ta’ Kostantinopli u dik ta’ Ruma. Bħala tifkira partikulari ta’ din il-ġrajja storika, il-Papa Franġisku se jżur l-Art Imqaddsa lejn tmiem Mejju 2014 u jiltaqa’ wkoll mal-Patrijarka Grieg Ortodoss ta’ Kostantinopli Bartolomew II fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu. Biex infakkru aħna wkoll din il-ġrajja straordinarja se nġibu hawnhekk rakkont tal-vjaġġ memorabbli ta’ Pawlu VI fl- Art Imqaddsa, bl-għajnuna tal-informazzjoni li sibna fl-Acta Apostolicae Sedis, Annus LVI, Series III, Vol. VI, Vaticano 1964, 158- 189, u tal-pubblikazzjoni ta’ Alfredo Pizzuto, Paolo VI, Pellegrino di fede e di pace in Terra Santa. Dalla cronaca dei “Frati della Corda”, Edizioni Cantagalli, Siena 2013. L-edizzjoni kommemorattiva u uffiċjali tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa tinsab fl-Acta Custodiae Terrae Sanctae, iussu Rev.mi P. Lini V. Cappiello, Custodis Terrae Sanctae, Fasciculus specialis piam peregrinationem SS.D.N. Pauli PP. VI in Terram Sanctam commemorans, Anno IX, Gennaio-Giugno 1964, Num. 1-2, Gerusalemme – Giordania 1964.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54951
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 183 : Jannar-Marzu : 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
50_sena_ilu_l-Papa_Pawlu_VI_mar_pellegrin_fl-Art_Imqaddsa_2014.pdf871.01 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.