Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93037| Title: | Il-qasam tad-djar "Tal-Papa", Birżebbuġa : stħarriġ soċjali u analiżi |
| Authors: | Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer |
| Authors: | Pirotta, Godfrey A. |
| Keywords: | Housing -- Malta -- Tal-Papa Tal-Papa (Birżebbuġa, Malta) -- Economic conditions -- 20th century Dwellings -- Social aspects -- Malta -- Tal-Papa Tal-Papa (Birżebbuġa, Malta) -- Social conditions -- 20th century Tal-Papa (Birżebbuġa, Malta) -- Population Social problems -- Malta -- Tal-Papa |
| Issue Date: | 1994 |
| Publisher: | Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer |
| Citation: | Pirotta, G. A. & Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer. (1994). Il-qasam tad-djar "Tal-Papa", Birżebbuġa : stħarriġ soċjali u analiżi. Malta: Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer. |
| Abstract: | Sinjuri, Dan huwa t-tieni proġett fis-sensiela 'In-Naħa Tagħna' fix-Xlokk ta' Malta, organiżżat mill-Fondazzjoni Ġuże' Ellul Mercer, u li jolqot l-interessi tar-residenti ta' Birżebbuġa. L-ewwel wieħed kien sar f April tal-1993 u kien analizza 'Il-Kwalita' ta' l-Ilma tax-Xorb fix-Xlokk ta' Malta'. Kien qanqal ħafna interess fost in-nies ta' dan ir-reġjun u nistgħu ngħidu li dak ir-rapport kellu riperkussjonijiet ukoll f'sensibilita' akbar kemm fost il-konsumaturi tal-ilma tax-xorb, iġiefieri kull min joqgħod fdan ir-reġjun, u l-produtturi u distributuri ta' dan is-servizz, iġiefieri l-gvern u l-'Water Services Corporation'. Meta waslet biex tfassal dan ir-rapport il-Fondazzjoni ĠEM għażlet mogħdija differenti minn qabel. Minflok qabbdet espert biex jagħmel analiżi ta' problema soċjali jew ekonomika li tinteressa dan ir-reġjun, għażlet li tmur tkellem lir-residenti nfushom. Riedet titħaddet man-nies ta' Birżebbuġa biex toħloq proġett ta' riċerka ibbażat fuq il-kuntatt man-nies u msejjes fuq il-parteċipazzjoni kemm ta' min qiegħed jorganiżża l-proġett iżda wisq u wisq iżjed ta' min huwa l-qofol tar-riċerka soċjali. L-għan ta' dan il-proġett parteċipattiv kien li nidentifikaw il-qagħda attwali, l-aspirazzjonijiet, u l-frustrazzjonijiet tar-residenti ta' Birżebbuġa. Wara sensilna l-'issues' li juru nuqqas ta' tagħrif jew ta' sensibilta min-naħa ta' l-awtoritajiet uffiċjali, bil-ħsieb li jinħolqu inizjattivi edukattivi u anki kulturali li jimmobilizzaw lir-residenti nfushom ħalli jbiddlu u jtejbu l-qagħda tagħhom nfushom. Minħabba l-limitazzjonijiet fir-risorzi umani u finanzjarji tal-fondazzjoni GEM ma stajniex induru Birżebbuġa kollha u ninvolvuha fdan il-proġett. Kellna bilfors infittxu 'area' mdaqqsa li tirrifletti l-qagħda ta' Birżebbuġa iżda li jkollha identita' tagħha partikulari. Għalhekk għażilna n-naħa tal-qasam tad-djar 'Tal-Papa', li hu magħmul minn residenti ta' 'flats', ta' djar' fl-iskema tal-'Home Ownership' u residenti fi djar ta' sidien privati. Hija 'area' ta' familji ta' ħaddiema, ħafna imwielda Birżebbuġa stess u oħrajn minn naħat oħra, li issa ilhom numru ta' snin igħixu fdan il-qasam u ħolqu kommunita' bi ħtiġijiet li uħud bħal tal-bqija ta' Birżebbuġa iżda li għandhom ukoll bżonnijiet li huma tagħhom biss. Morna nkellmuhom permezz ta' grupp ta' żgħażagħ li ħadmu sigħat twal biex ġabru l-fehmiet tar-residenti, imbagħad kellna bniedem iddedikat għall-iżvilupp ta' Birżebbuġa li daħħal l-informazzjoni kollha fi programm tal-kompjuter u qabbadna studjuż tas-soċjoloġija biex janalizza r-risposti tan-nies tal-qasam residenzjali 'Tal-Papa' u jidentifika l-'issues' li jistgħu iservu bħala molla għal aktar parteċipazzjoni mir-residenti fit-tiġdid u titjib tan-naħa tagħhom kif ukoll għal studji ta' riċerka soċjali f'naħat oħra ta' gżejjer Maltin. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93037 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCSSSHC |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_qasam_tad_djar_tal-Papa_Birzebbuġa_stħarriġ_soċjali_u_analiżi.pdf Restricted Access | 4.65 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
