Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95810
Title: Riċerkaturi (2021) – Ħarġa 3
Authors: Spagnol, Michael
Authors: Dipartiment tal-Malti (Università)
Keywords: Maltese language -- Periodicals
Maltese literature -- Periodicals
Issue Date: 2021
Publisher: Dipartiment tal-Malti (Università)
Citation: Spagnol, M. (ed.). (2021). Riċerkaturi : issue 3 : 2021.
Abstract: Jekk noftqu l-kelma riċerka nsibu l-verb Taljan cercare ‘tfittex’, marbut mal-Latin circare ‘iddur madwar’. Il-prefiss ri- jsaħħaħ l-idea, jesprimi l-intensità u l-perseveranza fit-tiftix, ix-xewqa li minn hemm jew minn hawn jirnexxilna nikxfu, niskopru, insibu. Mela, skont nisilha, tirriċerka tfisser iddur dawramejt ma’ xi suġġett. Tiddawwar biex ma tiddawwarx, ma ddumx ma tikseb ir-riżultati. Tagħqad, mhux fil-vojt. Anzi, tingħalaq f’ċirku ħalli l-isforzi tat-tiftix tkun tista’ tinkanalahom fih u l-għanijiet tilħaqhom bla wisq telf ta’ żmien u enerġija. F’idejk għandek l-isforzi ta’ sitt riċerkaturi żgħażagħ li daru madwar għadd ta’ temi lingwistiċi u letterarji. Chappell jesplora l-kunċett tal-universalità filletteratura li jinsab fil-qalba tat-teorija letterarja ta' Oliver Friggieri, waqt li Agius tiddiskuti l-istorja u l-karatteristiċi tal-lirika fil-poeżija. L-artikli l-oħrajn jaqbdu mal-varjazzjoni fil-lingwa minn angoli differenti. Baldacchino jippreżenta studju soċjolingwistiku dwar it-taħlit tal-Malti u l-Ingliż fittaħdit. Bezzina janalizza l-allomorfija, il-varjazzjoni morfofonetika, f’kategorija nominali. L-aħħar tnejn jiffukaw fuq id-djaletti: Camilleri tiddeskrivi s-sistema fonoloġika tal-Imġarri mentri Cutajar tistħarreġ id-differenzi lessikali f’erba’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin. Niddedikaw din il-ħarġa lil seħibna Oliver Friggieri li ħalliena fil-21 ta’ Novembru 2020.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95810
ISBN: 9789918001934
Appears in Collections:Riċerkaturi (2021) - Ħarġa 3
Riċerkaturi (2021) - Ħarġa 3

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħarġa_3.pdf778.32 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.