Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3070

 
TITLE Il-Poezija Moderna: Mill-Isfond Storiku sal-Ilhna Mkissra

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors jistħarreġ ix-xejriet tematiċi u formali tal-poeżija Maltija tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, l-aktar minn żmien il-qawmien ta’ kuxjenza letterarja ġdida fis-snin sittin ’il quddiem. Il-kors jistħarreġ il-perjodu fih innifsu, bħala epoka ġdida, u fid-dawl tax-xejriet tipiċi tal-poeżija tas-seklu għoxrin fl-Ewropa u fl-Amerika. Dawn huma xi oqsma mistħarrġa fil-kors: il-mudelli metaforiċi ewlenin, l-istilistika, it-tematika ġenerali, l-antieroj fil-kuntest personali u soċjali, il-mudelli metriċi, u s-sehem fl-ispirazzjoni moderna tas-seklu. Il-poeti ttrattati fid-dettall huma: Marjanu Vella, Victor Fenech, Daniel Massa, Achille Mizzi, Maria Grech Ganado, Mario Azzopardi, u Philip Sciberras.

Għanijiet tal-Kors

Il-kors għandu l-għan iwassal kemm il-prinċipji estetiċi kif ukoll il-prattika poetika li jiddistingwu l-perjodu poetiku modern minn dawk il-perjodi li ġew qablu u warajh.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu l-poeżija Moderna bħala rispons estetiku għall-ambjent kulturali u storiku li żviluppat fih, bil-karatteristiċi distintivi tagħha.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu fil-kwadru ġenerali tal-poeżija Moderna d-distinzjonijiet estetiċi, tematiċi, u stilistiċi li jagħżlu poeta minn ieħor. B’din il-ħila jkunu kapaċi jevalwaw il-mertu letterarju ta’ kull poeta f’relattività mal-bqija tal-moviment li jappartjeni għalih.

Biblijografija

- Aquilina, G u B. Micallef. (2000) Marjanu Vella. Malta: PIN.
- Friggieri, O. L-Istudji Kritiċi Miġbura I. Malta: Malta University Services.
- Friggieri, O. (2001) L-Istorja tal-Poeżija Maltija. Malta: PIN.
- Nicholls, P. (1995) Modernisms - A Literary Guide. London: Macmillan.
- Serracino Inglott, P. ed. Ilħna Mkissra. Malta: Bugelli.
- Serracino Inglott, P. ed. Linji Ġodda. Malta: KKM.

It-testi jkunu l-antoloġiji tal-poeti kollha.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Bernard Micallef
Justine Somerville
Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2024/5. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit