Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3044

 
TITLE Temi Ewlenin Fl-Iżvilupp tal-Malti

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-iskop ta' din it-taqsima-studju huwa li tgħin lill-istudenti jorbtu dak it-tagħrif storiku u sinkroniku fuq il-lingwa Maltija li jkunu kisbu mill-kors mas-sitwazzjoni lingwistika attwali ta' madwarhom, biex jifhmu aħjar id-dinamika tal-Malti mħaddem illum u x'jistgħu jkunu l-indikazzjonijiet għall-futur. It-temi magħżulin huma varjati, aktarx ta' natura sinottika, u ntgħażlu b'tali mod li jistgħu jqanqlu diskussjoni ħajja bil-parteċipazzjoni tal-istudenti u ta' iktar minn lettur wieħed. B'hekk l-istudenti jidraw iħarsu lejn problema minn angoli differenti - kontrastanti jew komplementari - japprezzaw kull fehma u jiżnu bil-għaqal bejniethom. Xi temi possibbli huma:

- Miti dwar il-Malti;
- Il-bilanċ bejn Malti safi u Malti missellef;
- Il-varjazzjoni fil-lingwa;
- Il-preskrizzjoni u d-deskrizzjoni;
- Il-Malti miktub u l-mitħaddet;
- Ir-reġistri lingwistiċi.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet prinċipali ta’ din it-taqsima-studju huma tlieta:

- li tistieden lill-istudenti jagħmlu assoċjazzjonijiet xierqa fost il-ħafna komponenti sinkroniċi u dijakroniċi tal-oqsma lingwistiċi tal-kors;
- li twassal lill-istudenti biex jifhmu aħjar il-qagħda lingwistika tal-Malti fl-imgħoddi, fil-preżent u fil-ġejjieni;
- li tħarreġ lill-istudenti jiddiskutu numru ta’ sfidi li għandu l-Malti minn perspettivi differenti fid-dawl tal-elementi li jkunu ġew studjati matul il-kors.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- iIkollhom il-ħila jħarsu lejn ir-realtà lingwistika tal-Malti b'mod iktar sħiħ u kuxjenti;
- Joħorġu b'għarfien ikbar u iktar realistiku tas-sitwazzjoni preżenti tal-Malti;
- Jaslu biex irawmu fihom attitudni iktar kuxjenti ta' kull żvilupp lingwistiku li jiġri madwarhom.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jorbtu t-tagħrif storiku u sinkroniku dwar l-ilsien Malti mas-sitwazzjoni lingwistika attwali;
- Isarrfu ħafna mit-tagħlim li jkunu ħadu f'għodda li biha jkollhom dehra iktar matura;
- Isolvu wkoll xi problemi lingwistiċi li qatt ma ltaqgħu magħhom fil-kors;
- Jiddiskutu kwistjonijiet lingwistiċi fid-dawl tal-komponenti ewlenin tal-lingwistika li jistudjaw matul il-kors.

Biblijografija:

Qari Baziku:

- Borg, A. (1988) Ilsienna: Studju Grammatikali. Malta.
- Borg, A. & Mifsud, M. (2005) “Il-Pożizzjoni tal-Malti f'Malta”, Il-Malti LXXVII: 6-16.
- Mifsud, M. 1994. "L-Ilsien Malti llum u għada", L-Identità Maltija Lejlet Seklu Ġdid, Malta, pp.13-27.

Qari Supplimentari:

- Aquilina, J. (1961) Papers in Maltese Linguistics. Malta: The Royal University of Malta.
- Brincat, J. (2011) Maltese and other languages. A linguistic history of Malta. Midsea Books.
- Cremona, N. (1925) X'inhu l-Malti Safi. Malta.
- Vella, O. (1997) Il-Pjanifikazzjoni Lingwistika. Teżi tal-B.A. (Unuri), l-Università ta’ Malta.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Presentation SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Kirsty Azzopardi
George Farrugia
Thomas Pace
Michael Spagnol
Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit