Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE ALM3101

 
TITLE It-Tagħlim tal-Qari u l-Kitba fis-Sekondarja

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION F’din it-taqsima ta’ studju l-qari u l-kitba huma meqjusa bħala ħiliet li flimkien jgħinu lil xulxin fl-iżvilupp tal-litteriżmu f’livelli aktar mirquma minn dawk mistennija fil-primarja. Il-qafas teoretiku marbut mad-definizzjoni li dawn iż-żewġ ħiliet għandhom jgħinu biex ikun apprezzat l-orjentament b’enfasi fuq il-proċess li jittieħed fl-iskaluni ta’ dawn iż-żewġ ħiliet. L-identità ta’ l-istudenti bħala kittieba u qarrejja kompetenti tkun żviluppata u tissaħħaħ b’għażla ta’ metodi xierqa li jridu jsibu posthom f’lezzjonijiet mibnija tajjeb fi programm partikulari li jkun jagħmel parti mis-sillabu. Għaldaqstant l-istudenti-għalliema se jkollhom l-opportunità biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ għażla xierqa ta’ metodi effettivi li jistgħu jużaw fil-klassi tas-sekondarja u ma’ strateġiji ta’ kif aktar tard jidentifikaw u jiddokumentaw il-progress ta’ l-istudenti f’dawn il-ħiliet fl-isfond ta’ l-enfasi li jagħmel il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali (1999) fuq assessjar formattiv. Fl-aħħar ikun diskuss is-sehem ta’ l-għalliema tal-Malti fl-iżvilupp u fl-evalwazzjoni ta’ politika tal-qari u l-kitba fis-sekondarja.

L-għanijiet:

Sa tmiem din it-taqsima ta’ studju l-istudenti-għalliema mistennija li:

- Jiddefinixxu l-qari u l-kitba bħala ħiliet ewlenin fl-iżvilupp tal-litteriżmu;
- Jiffamiljarizzaw irwieħhom ma’ metodi kreattivi tat-tagħlim tal-qari u l-kitba;
- Jassessjaw lil studenti partikulari skond l-iskaluni taż-żewġ ħiliet;
- Jkunu jafu x’inhu s-sehem tagħhom fl-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politika tal-qari u l-kitba fl-iskola sekondarja.

Kotba / Artikli / Kapitli essenzjali:

- Atwell, N. (1998) In the middle: New understandings about writing, reading and learning (it-tieni edizzjoni), Portsmouth, NH: Heinemann.
- Azzopardi, C. (2001) ‘Il-kitba’, F’A. Camilleri Grima (editriċi), Skaluni għat-tagħlim tal-Malti fis-sekondarja, Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda ta’ l-Għalliema tal-Malti.
- Portelli, T. (2001) ‘Il-qari’, F’A. Camilleri Grima (editriċi), Skaluni għat-tagħlim tal-Malti fis-sekondarja, Malta: L-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda ta’ l-Għalliema tal-Malti.
- Sanderson, P. (1999) Using newspapers in the classroom, Cambridge: Cambridge University Press.

Ġabra ta’ qari ieħor:

- Byrne, D. (1988) Teaching writing skills, Londra: Longman.
- Calkins, L. M. (1986) The art of teaching writing, Portsmouth: Heinemann.
- Lewis, M. u Wray D. (2000) Literacy in the secondary classroom, Londra: David Fulton Publishers.
- Smith, F. (1986) Reading, Cambridge: Cambridge University Press.
- Smith, J. u Elley, W. (1998) How children learn to write, Londra: Paul Chapman Publishing.

- Pakkett ta’ qari.

 
ADDITIONAL NOTES Din it-taqsima ta' studju hija offruta biss lill-istudenti tal-B.Ed bi speċjaliżżazzjoni fil-Malti.


 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Assignment Yes 100%

 
LECTURER/S Maria Cortis
Joanne Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit