Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE LHA5002

 
TITLE It-Tagħlim tal-Grammatika / Teaching Grammar

 
LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION Din it-taqsima ta' studju tanalizza b'mod teoretiku u pedagoġiku d-differenza bejn it-tagħlim tal-grammatika tal-lingwa nattiva tal-istudent u t-tagħlim tal-grammatika tal-Malti bħala lingwa barranija. Tingħata attenzjoni lit-teorija tal-Grammatika Universali u dwar kif il-prinċipji u l-parametri tal-lingwa huma fundamentali fit-tagħlim tal-grammatika. Dan jolqot l-akkwist tal-grammatika b'mod naturali kif ukoll b'mod formali fil-klassi.

Mill-aspett teoretiku ngħaddu għall-pedagoġija. Nikkunsidraw il-varjabbli li l-grammatika pedagoġika trid tħares qabel tħejjija xierqa għat-tagħlim fil-klassi. Din it-taqsima ta' studju tinkludi l-istudju sinkroniku kif ukoll dak dijakroniku tal-lingwa.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ewlieni ta' din it-taqsima ta' studju huwa li l-istudenti-għalliema jkunu kapaċi jħejju pjan ta' ħidma u lezzjonijiet għat-tagħlim tal-grammatika kemm bħala L1 (l-ewwel lingwa), kif ukoll bħala lingwa barranija (Lb) b'mod indipendenti, u li jkun jinkludi kemm l-istudju sinkroniku kif ukoll dak dijakroniku.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudent se jkun kapaċi:
- Jispjega t-teorija tal-Grammatika Universali (Chomsky).
- Jispjega kif it-teorija tal-Grammatika Universali taffettwa d-distinzjoni bejn grammatika pedagoġika tal-L1 u ta' Lb.
- Jidentifika studji grammatikali tal-Malti serji biex jibbaża t-tagħlim fuqhom.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudent se jkun kapaċi:
- Iħejji pjan ta' ħidma għat-tagħlim tal-grammatika.
- Iħejji l-pjan ta' lezzjoni għat-tagħlim tal-grammatika.
- Ivarja l-attivitajiet fil-klassi tal-grammatika skont kriterji pedagoġiċi validi.

Biblijografija:

- Borg, A. & Azzopardi Alexander, M. (1997) Maltese. London: Routledge.
- Camilleri Grima, A. (2015) 'Exploring the acquisition of tense and aspect by adult foreign learners of Maltese'. In Malta Review of Educational Research, Vol. 9, No. 1, pp. 57-77.
- Ungaro, M. (2015) 'The construction of a Maltese pedagogical grammar: a study of the noun'. n Malta Review of Educational Research, Vol. 9, No. 1, pp. 39-56.
- Ungaro, M. (2007) It-Tfassil ta' Grammatika Pedagoġika tal-Malti bħala Lsien Nattiv għas-Sekondarja: studju tan-nom u l-verb. MA dissertation, University of Malta.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature.

 
STUDY-UNIT TYPE Fieldwork, Lectures and Tutorials

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Antoinette Camilleri Grima

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2020/1. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit