Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE LHA5007

 
TITLE Il-Letteratura ghat-Tfal u t-Taghlim tal-Kultura / Children’s Literature and Teaching Intercultural Competence

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Languages and Humanities Education

 
DESCRIPTION Dan il-qasam ta' studju jħejji lill-istudent-għalliem biex jippjana pjan ta' ħidma u lezzjonijiet dwar il-tagħlim tal-kultura skont is-sillabu tal-Malti, kif ukoll tixprunah biex jimplimenta ħiliet relatati mal-kompetenza interkulturali, speċjalment fi klassijiet fejn tfal Maltin u barranin qed jitgħallmu l-Malti flimkien.

It-tieni komponent ta' din it-taqsima ta' studju se jgħin lill-istudenti-għalliema jwessgħu r-repertorju ta' letteratura għat-tfal moqri u mistħarreġ b'mod kritiku, b'tali mod li jkollhom mnejn huma u jfasslu programm ta' tagħlim jagħżlu testi letterarji u mhux letterarji sew għal tfal Maltin, kif ukoll għal dawk li l-Malti se jkun lingwa barranija.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' dan il-qasam ta' studju huma sabiex:
- L-istudent-għalliem japprezza r-rwol tal-kultura fit-tagħlim tal-lingwa u jkun aġġornat f'dik li hi metodoloġija motivanti u li tirrispetta l-ħiliet interkulturali;
- L-istudent-għalliem ikun kapaċi jħejji u jimplimenta lezzjonijiet dwar il-kultura Maltija u oħrajn li jġibu 'l quddiem il-ħiliet interkulturali;
- Jaqraw u jistudjaw b'mod kritiku firxa ta' testi letterarji addattati għal tfal fil-livell medju u dak sekondarju b'abbiltajiet differenti u bi skopijiet differenti, minn wieħed ta' studju u divertiment, sa għodda ta' tagħlim f'kuntest ta' tagħlim tal-Malti lill-barranin.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudent se jkun kapaċi:
- Jiddeskrivi l-kunċett ta' 'kultura' fit-tagħlim tal-lingwa;
- Ifittex informazzjoni dwar aspetti tat-teorija tat-tagħlim interkulturali u jirrifletti dwar is-siwi tagħha fil-klassi tal-Malti;
- Jesplora definizzjonijiet differenti tal-qasam 'Letteratura għat-Tfal' skont studjużi differenti;
- Jidentifika firxa ta' kittieba u kotba ewlenin u sekondarji b'rabta mal-Letteratura għat-Tfal;
- Jiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-ġeneri l-aktar importanti tal-letteratura għat-tfal u jqabblu eżempji xierqa mil-kanoni ta' letteratura għat-tfal bil-Malti;
- Jistħarreġ l-Istorja tal-Letteratura Maltija fl-isford ta' żviluppi simili barra minn Malta.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudent se jkun kapaċi:
- Ifassal lezzjonijiet adatti għat-tagħlim tal-kultura;
- Jimplimenta metodoloġija li ssaħħaħ il-ħiliet interkulturali;
- Jaqra u jikkritika b'mod metodiku u strutturat kotba varji għat-tfal;
- Jiffamiljarizza ruħu mar-riċerka fil-qasam tal-Letteratutra għat-Tfal u l-kritika letterarja li l-aktar tgħin fl-istħarriġ ta' aspetti tematiċi u stilistiċi differenti.

Biblijografija:

Testi Ewlenin (It-Tagħlim tal-Kultura):

- Camilleri Grima, A. (2002) How Strange! The use of anecdotes in the development of intercultural competence. Strasbourg: Council of Europe.
- Portelli, T. u Camilleri Grima, A. (2001) 'Il-Kultura', f'Camilleri Grima, A. (ed.) Skaluni għat-Tagħlim tal-Malti fis-Sekondarja. Malta: l-Istitut tal-Lingwistika u l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti.
- Camilleri Grima, A. 2013, "Fostering Plurilingualism and Intercultural Competence: Affective and Cognitive Dimensions" in Migration, Multilingualism and Schooling in Southern Europe, (ed.) S. Caruana, L. Coposescu, S. Scaglione, Cambridge Scholars, Newcastle upon Tyne, pp. 74-94.

Testi Ewlenin (Letteratura għat-Tfal):

- Zahra, T., Briffa, C. u Mallia, G. (2008) Kotba għat-tfal, Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.
- Hunt Peter (1994) An introduction to children's literature, Oxford: Oxford University Press.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: A first cycle degree with a main area of study (70 ECTS credits) in Maltese, which must include a minimum of 25 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 25 ECTS credits in Maltese literature, provided that for courses commencing in October 2016 only, the main area of study must include a minimum of 20 ECTS credits in taught study-units in Maltese language and linguistics, and 20 ECTS credits in Maltese literature.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Antoinette Camilleri Grima
Terence Portelli (Co-ord.)

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit