Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1030

 
TITLE Ir-Regoli tal-Kitba Maltija fil-Prattika 1

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-Kitba t-Tajba tal-Malti

L-għan ewlieni tal-kors huwa li jqiegħed fl-istudenti bażi soda tar-regoli ortografiċi uffiċjali ta’ lsienna. Il-kors jgħinhom jitkissru fir-regoli tal-kitba u b’hekk jiksbu l-parametri li bihom ikunu jistgħu mhux biss jiktbu b’Malti tajjeb imma wkoll jikkoreġu mingħajr eżitazzjoni l-iżbalji ortografiċi fil-kuntesti kollha li jiltaqgħu magħhom.

Il-kors jiffoka fuq it-tifsir u l-applikazzjoni tar-regoli ewlenin tal-ortografija kif jinsabu miġburin fit-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1924), fiż-Żieda mat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1984), fl-Aġġornament tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija (1992) u fid-Deċiżjonijiet 1 (2008). Tiżdied ma’ dawn kull bidla uffiċjali li tkun saret fihom mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Il-Prinċipji tal-Ortografija Maltija

Is-sistema ortografika tal-Malti hija kompromess bejn għadd ta’ prinċipji li jinbnew fuq xulxin skont ġerarkija stabbilita. Waqt li żżomm kemm jista’ jkun qrib lejn il-ħoss imlissen, tipprova ma tinjorax ir-realtà fonoloġika u l-istrutturi morfoloġiċi tal-lingwa. Din il-parti tal-kors tlaqqa’ l-istudenti mal-prinċipji ewlenin li fuqhom tinbena s-sistema ortografika tal-Malti u tiddiskuti l-ġerarkija li fiha jiġu applikati. L-osservazzjoni ta’ dan il-bilanċ tgħin lill-istudenti jieħdu deċiżjonijiet konxji, maturi u mirfuda mit-tradizzjoni meta jiġu biex jagħżlu bejn kitba u oħra.

Biblijografija

Akkademja tal-Malti. (2004) Tagħrif fuq il-Kitba Maltija 2. Malta: KKM.
Azzopardi, C. (2003) Gwida għall-Ortografija. Malta: KKM.
Azzopardi, C. (2006) Gwida għall-Ortografija: it-taħriġiet. Malta: KKM.
Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2008) Deċiżjonijiet 1. Malta: Kunsill tal-Malti.
Mifsud, M. (1999) “Ir-Regoli tal-Kitba tal-Malti”, Il-Malti LXXIII.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Classwork SEM2 Yes 20%
Examination (2 Hours) SEM2 Yes 80%

 
LECTURER/S George Farrugia
Manwel Mifsud (Co-ord.)
Karl Scicluna
Olvin Vella

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2020/1. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit