Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1060

 
TITLE Daħla għal-Letteratura

 
LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-Idea tal-Letteratura

Il-kors għandu l-għan li jiddefinixxi u jistħarreġ ix-xejriet ewlenin tal-arti letterarja fid-dawl tal-prinċipji l-iżjed importanti tat-tradizzjoni kritika. Uħud mill-oqsma mistħarrġa f’dan il-kors huma: il-letteratura bħala l-arti tal-kelma, ix-xejriet tal-kelma letterarja, l-aspett allegoriku, l-universalità, il-qari kritiku tat-test, l-istil bħala devjazzjoni, il-metafora u l-analiżi tagħha, il-grammatika, il-letteratura bħala ħoss, it-tliet livelli tal-kritika, l-istorja tal-kritika. Il-kors hu mqassam fi tliet partijiet:

l-apprezzament tal-letteratura bħala l-esperjenza mbiddla fi kliem;
l-għarfien tal-mogħdija li twassal għall-formazzjoni tal-istil;
il-kritika bħala l-idea, il-kuxjenza xjentifika tal-letteratura.

It-Terminoloġija Letterarja

Bħal kull xjenza oħra l-Kritika Letterarja għandha l-lingwaġġ tekniku tagħha. Il-kors jistħarreġ għażla fundamentali ta’ termini u jiddefinihom waqt li jillustrahom bl-eżempji. Id-distinzjoni bejn terminu u ieħor, daqskemm ir-rabta bejniethom, kif ukoll l-użu proprju tagħhom huma kriterji ta’ stħarriġ f’dan il-kors. L-oqsma ewlenin mistħarrġa huma dawn:
it-termini tal-metrika, it-termini tal-ġeneri poetiċi, it-termini tal-metafora, it-termini tat-taħdit, it-termini tal-proża, termini oħrajn.

Għanijiet tal-Kors

Li l-istudenti jingħataw il-prinċipji u l-mekkaniżmi fundamentali tal-letteratura.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu l-elementi essenzjali tal-letteratura.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu x-xejriet tat-test letterarju.

Biblijografija

L-Idea tal-Letteratura
Friggieri, O. (1986) L-Idea tal-Letteratura. Malta: Bugelli.
Friggieri, O. (1996) Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: PEG.

It-Terminoloġija Letterarja
Alonso, D. (1965) Saggio di Metodi e Limiti Stilistici. Il Mulino.
Besanquet, B. (1982) A History of Aesthetic.Macmillan.
Daiches, D. (1956) Critical Approaches to Literature. Longman.
Fowler, R. ed. (1968) Essays on Style and Language. Routledge & Kegan Paul.
Friggieri, O. (1976) Fl-Għarbiel.Malta.
Hough, G. (1969) Style and Stylistics. Routledge & Kegan Paul.
Sebeok T.A. ed. (1960) Style in Language. Massachusetts: MIT Press.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Essay SEM1 Yes 30%
Examination (2 Hours) SEM1 Yes 70%

 
LECTURER/S Adrian Grima

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit