Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL1374

 
TITLE Il-Letteratura tat-Tfal u tal-Adolexxenti

 
UM LEVEL 01 - Year 1 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Matul dan il-kors l-istudenti se jterrqu f’dinjet il-letteratura tat-tfal u tal-adolexxenti. Se jfanndu, jaqraw u jesploraw għadd ta’ kitbiet u ġeneri differenti fosthom poeżiji, ħrejjef, leġġendi, novelli, stejjer u rumanzi li minkejja l-għamla jew il-forma letterarja partikolari tagħhom, huma indirizzati jew jinqraw l-aktar mit-tfal u mill-adolexxenti. Matul dan il-proċess ta’ tgħarbil, tikxif, tfannid u tirqim, l-istudenti se jiksbu fehma, għarfien u apprezzament lejn il-komponenti idjosinkratiċi li jiddistingwu l-letteratura tat-tfal u tal-adolexxenti minn kull tip ta’ letteratura oħra. Fost dawn – it-titli, il-kuluri, l-illustrazzjonijiet, l-istil ta’ kitba, il-karattri u l-kuntesti soċjali li fihom jieħdu l-ħajja u jiżviluppaw nisġiet dawn il-kitbiet. Dan il-kors se jippermetti wkoll lill-istudenti sabiex permezz ta’ attivitajiet prattiċi, imsejsa fuq tiżwiqa ta’ xogħlijiet letterarji kemm tradizzjonali kif ukoll kontemporanji tat-tfal u tal-adolexxenti, jitħarrġu fil-ksib u t-tħaddim xieraq tal-għodod analitiċi u kritiċi ewlenin. Dan l-għarfien għandu jgħin ’l-istudenti sabiex meta ’l quddiem jiġu biex janalizzaw il-kitbiet tat-tfal u tal-adolexxenti, ikunu jistgħu jagħmlu dan b’mod aktar sħiħ u effettiv.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ta’ dan il-kors huwa familjarità akbar mal-kontenut u mal-mekkaniżmi artistiċi li flimkien isawru d-dinja letterarja tat-tfal u l-adolexxenti.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jagħrfu l-ġeneri l-aktar imħaddmin f’din il-letteratura;
- jagħrfu l-mudelli rikorrenti fin-nisġa, fil-binja tal-karattri, u f’xejriet oħra ta’ din il-letteratura.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- japplikaw il-qari partikulari li tirrikjedi l-letteratura tat-tfal u l-adolexxenti;
- jħaddmu l-għodod analitiċi xierqa għal din il-letteratura.

Biblijografija:

Qari Bażiku:

- Tiżwiqa u għażla ta’ kotba għat-tfal u għall-adolexxenti skont il-ġeneri u l-aspetti varji mistħarrġa matul il-kors.

Qari Supplimentari:

- Friggieri, O. (2010). Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji. Malta: Klabb Kotba Maltin.
- Briffa, C. (2006). Il-Letteratura. (Mis-sensiela Kullana għat-Tfal). Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.
- Żahra, T., Briffa, C. u Mallia, Ġ. (2002). Il-Kotba għat-tfal. (Il-Ktieb nru 34 mis-sensiela “Kullana Kulturali”). Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.

 
ADDITIONAL NOTES L-applikant irid ikollu r-rekwiżiti mitlubin mill-Kors sħiħ tad-Diploma, jiġifieri r-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta, kif ukoll il-grad C jew ogħla fil-Matrikola Avvanzata tal-Malti.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit