Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL2027

 
TITLE Id-Djaletti tal-Malti

 
UM LEVEL 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 5

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Barra mill-Malti Standard, ir-realtà lingwistika Maltija tiġbor fiha għadd ta’ djaletti ġeografiċi, u oħrajn soċjali, li għandhom vitalità kbira, għad li l-mappa tagħhom dejjem tinbidel. L-għan ta’ din it-taqsima-studju huwa li toffri lill-istudenti ħjiel ta’ din l-għana ta’ varjetajiet kif ukoll tal-koeżistenza tagħhom mal-Istandard f’Malta u ġieli fl-istess kelliema.

Wara introduzzjoni dwar ir-riċerka li saret sa issa, it-taqsima tiżviluppa f’diskussjoni fil-klassi li tintrifed mill-esperjenza tal-kuntatt dirett mad-djaletti. Minn hemm imbagħad toħroġ ir-riċerka tal-assenjament, li jista’ jieħu s-sura ta’ dokumentazzjoni tad-djaletti Maltin.

Għanijiet tal-Kors

L-għan tal-kors hu li jintroduċi l-varjazzjoni djalettali fil-Gżejjer Maltin u jlaqqa’ lill-istudent max-xejriet soċjolingwistiċi, fonoloġiċi, lessikali, morfoloġiċi u sintattiċi tal-varjetajiet lingwistiċi tal-Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu jafu jiddeskrivu fid-dettall il-fenomenu tal-varjetà lingwistika fi ħdan l-ilsien Malti u jkollu għarfien sod tal-istudji ewlenin li saru fuq id-djalett.

2. Ħiliet

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu kapaċi jiddistingwu l-lingwa mid-djalett u jsiru midħla tal-istudji djalettoloġiċi tal-Malti.

Biblijografija:

- Aquilina, Joseph & B.S.J Isserlin (edi.). (1981). A Survey of Contemporary Dialectal Maltese, Vol 1: Gozo. Leeds: L-Università ta’ Leeds.
- Borg, Albert. (1988). Ilsienna. Malta: Ħas-Sajjied.
- Borg, Albert (2011). “Lectal Variation in Maltese.” Sandro Caruana, Ray Fabri & Thomas Stolz (eds.), Variation and Change. The Dynamics of Maltese in space, time and society. Akademie Verlag, 11-31.
- Buttigieg, L. (1998) Id-djalett u l-Malti standard: hemm xi problemi fit-tagħlim? Teżi tal-M.Ed. L-Università ta’ Malta.
- Camilleri Grima, Antoinette. (2008). “Diglossia. Variation on a theme.” Comrie, Bernard et al. (edi.), Introducing Maltese Linguistics, Amsterdam: John Benjamins, 379-391.
- Chambers, J. K. & Peter Trudgill. (1998). Dialectology (it-2ni ed.). Cambridge: Cambridge University Press.
- Farrugia, Ruben. (2010). Aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett ta' Sannat u s-sistema vokalika tiegħu. Teżi mhux ippubblikata tal-BA (Unuri), L-Università ta’ Malta.
- Incorvaja, William. (2007). Ix-Xlukkajr: is-sistema vokalika u differenzi lessikali. Teżi mhux ippubblikata tal-BA (Unuri), L-Università ta’ Malta.
- Said, Mary Joyce. (2007). In-Naduri: is-sistema vokalika u differenzi lessikali. Teżi mhux ippubblikata tal-BA (Unuri), L-Università ta’ Malta.

 
RULES/CONDITIONS In TAKING THIS UNIT YOU CANNOT TAKE MAL1066

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Classwork SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Michael Spagnol
Olvin Vella

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit