| CODE | MAL2080 | ||||||||
| TITLE | In-Narrattiva Storika u Realista | ||||||||
| UM LEVEL | 02 - Years 2, 3 in Modular Undergraduate Course | ||||||||
| MQF LEVEL | 5 | ||||||||
| ECTS CREDITS | 4 | ||||||||
| DEPARTMENT | Maltese | ||||||||
| DESCRIPTION | Ir-Rumanz Storiku (J. Somerville) Il-kors jistħarreġ il-mixja tar-rumanz Malti ta’ xeħta storika madwar l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, skont it-temi u l-istili letterarji. Rumanzi ewlenin, ta’ dan iż-żmien u madwaru, huma mistħarrġa fid-dawl tal-qofol tagħhom imnebbaħ mill-istorja tal-pajjiż, minn fażijiet partikolari tagħha li fihom kull awtur jilmaħ eżempju tat-tiġrib ta’ poplu taħt ħakmiet differenti. Ir-rumanzi magħżula huma studjati skont l-istruttura narrattiva, l-ambjent, il-lingwaġġ, il-karatterizzazzjoni. Ir-Rumanz Realista (A. Grima) Fl-isfond tal-mixja tar-rumanz Malti madwar l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, il-kors jistħarreġ ir-rumanz ta’ xeħta soċjali u Realista fid-dawl tan-Naturaliżmu u l-Veriżmu. Rumanzi ewlenin ta’ dan iż-żmien u madwaru huma mistħarrġa fid-dawl tal-qofol tagħhom imnebbaħ mir-Realiżmu, mill-qagħda soċjali u bħala interpretazzjoni ta’ realtà partikolari. Ir-rumanzi magħżula huma studjati skont l-istruttura narrattiva, l-ambjent, il-lingwaġġ, u l-karatterizzazzjoni. Għanijiet tal-Kors: Li l-istudenti jagħrfu l-karatteristiċi ewlenin tan-narrattiva storika u Realista. Kisbiet mit-Tagħlim: 1. Tagħlim Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi jagħrfu l-elementi li jsawru n-narrazzjoni, il-karatterizzazzjoni, u l-ambjent fin-narrattiva storika u Realista. 2. Ħiliet Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi japplikaw l-istrateġija narrattiva għar-rumanz Malti. Biblijografija: Ir-Rumanz Storiku - Aquilina, G. (1969) Studji Kritiċi Letterarji. A.C. Aquilina & Co. - Brincat, J. (1991-92) “Il-Veriżmu f’Malta: Mill-buzzett għall-ewwel rumanz soċjali", Journal of Maltese Studies 21-22, pp. 91-113. - Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura I. Malta University Services. - Galea, M. (2011) Ta’ Barra Minn Hawn: Ir-Razza u r-Radika fil-Letteratura Maltija. Malta: Klabb Kotba Maltin. - Lukács, G, et al. (1962) The Historical Novel. Londra: Merlin Press Ltd. - De Groot, J. (2009) The Historical Novel. Londra: Routledge. Testi essenzjali - Aquilina, Ġużè. Taħt Tliet Saltniet. - Caruana, Anton Manwel. Ineż Farruġ. - Frendo de Mannarino, Salvatore. Barunissa Maltija. - Galea, Ġużè. Żmien l-Ispanjoli. Testi supplimentari - Galea, Ġużè. San Ġwann; Raġel bil-Għaqal. - Levanzin, Agostino. Is-Saħħar Falzun. - Muscat Azzopardi, Ġużè. Nazju Ellul. Biblijografija Ir-Rumanz Realista - Aquilina, G. (1969) Studji Kritiċi Letterarji. Malta: A.C. Aquilina. - Brooks, P. (2008) Realist Vision. Yale University Press. - Brincat, J. (1991-92) “Il-Veriżmu f’Malta: mill-buzzett għall-ewwel rumanz soċjali”, Journal of Maltese Studies 21-22, pp. 91-113. - Friggieri, O. (1995) L-Istudji Kritiċi Miġbura I. Malta University Services. - Habib, M.A.R. (2007) A History of Literary Criticism and Theory, from Plato to the Present. Blackwell Testi essenzjali - Mamo, J. Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka. - Ellul Mercer, Ġ. Leli ta’ Ħaż-Żgħir. - Bonnici, Ġ. Ħelsien. - Chetcuti, Ġ. L-Isqaq. Testi supplimentari - Orlando, Ġ. L-Ibleh. - Marks, J. F. Tejbilhom Ħajjithom. - Chetcuti, Ġ. Nirien ta’ Mħabba. |
||||||||
| STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||||
| METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||||
| LECTURER/S | Adrian Grima Justine Somerville |
||||||||
|
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |
|||||||||