Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3003

 
TITLE Il-Morfoloġija Inflettiva tal-Malti

 
LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-inflessjoni, id-derivazzjoni u l-kompożizzjoni huma t-tliet tipi ewlenin tal-binja tal-kelma, jiġifieri tal-morfoloġija. L-inflessjoni tanalizza l-binja tal-forom grammatikali tal-kelma (il-livell tal-morfofonoloġija), u kif dawn il-forom jesprimu l-informazzjoni grammatikali (il-livell tal-morfosintassi).

Dan il-kors għandu tliet partijiet, b’kull parti tittratta aspett partikolari tal-inflessjoni fil-Malti:

(a) Introduzzjoni għall-inflessjoni, fejn tkun eżaminata fid-dettall il-binja tal-forom grammatikali tal-kelma fid-dawl ta’ kunċetti u teoriji moderni fuq il-morfoloġija. Ikun hemm enfasi fuq l-analiżi ta’ tipi differenti ta’ verbi u fuq l-allomorfija fil-verb, jiġifieri l-varjazzjoni fil-forma, kemm fl-affiss kif ukoll fiz-zokk verbali.

(b) L inflessjoni tal-verb, fejn tkun analizzata d-distinzjoni bażika inflettiva bejn il-Perfett u l-Imperfett biex ikunu stabbiliti d-distinzjonijiet semantiċi involuti, prinċipalment il-kategoriji tat-temp u l-aspett, kif ukoll il-Partiċipju Attiv u l-kostruzzjoni b’qed + l-Imperfett li tintuża flok il-Partiċipju. Tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet metodoloġiċi u jkunu introdotti xi għodod ta’ analiżi semantika.

(ċ) L-inflessjoni tan-nom, fejn tkun diskussa s-sistema inflettiva tan-nom skont il-kategoriji grammatikali tagħha. Fil-każ tal-għadd jiġu diskussi l-bidliet interni fl-element nattiv, li fil-qofol tiegħu jiffunzjona bis-sistema tal-għerq u l-forom, kif ukoll fil-komponent mhux Semitiku, li jaħdem b’mekkaniżmu aktar miftuħ permezz ta’ zokk morfemiku u affissi. Fil-każ tal-ġens tan-nom jiġu diskussi t-truf tan-nomi animati, u ċerti nomi li jitqiesu lkoll bħala nomi ta’ ġens komuni.

Għanijiet tal-Kors:

L-għan ta' dan il-kors huwa li l-istudenti jidħlu fi studju u analiżi fid-dettall tal-morfoloġija inflettiva tal-Malti, jiġifieri l-binja tal-forom grammatikali tal-kelma, kemm dik verbali kif ukoll dik nominali. Dan isir fil-kuntest ta' ideat u teoriji moderni tal-lingwistika u bl-użu ta' eżempji prattiċi għall-analiżi tal-forom inflessjonali.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- japprezzaw r-rikkezza u l-kumplessità tal-forom inflettivi tal-Malti.
- jifhmu l-użu u l-funzjoni tal-forom inflettivi.
- jifhmu x'inhu r-rwol tal-inflessjoni fil-grammatika tal-Malti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:
- jidentifikaw il-forom bażiċi inflettivi fil-Malti.
- jagħrfu l-proċessi tal-binja tal-kelma, kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika.
- janalizzaw il-forom inflettivi bir-reqqa u fid-dettall.

Biblijografija:

- Borg, Albert & Azzopardi-Alexander, Marie (1997) Maltese: Lingua Descriptive Grammar. London and New York: Routledge.
- Borg, Albert (1988) Ilsienna: Studju Grammatikali. Malta: Pubblikazzjoni tal-Awtur.
- Comrie, Bernard (1985) Tense. Cambridge: C.U.P.
- Comrie, Bernard (1985) Aspect. Cambridge: C.U.P.
- Fabri, Ray (2009) Stem allomorphy in the Maltese verb. In: Ilsienna - Our Language Vol. 1/2009, 1-20.
- Farrugia,George (2003) Il-Ġens Grammatikali li Jieħdu fil-Malti n-Nomi ta' Nisel Ingliż. Malta: Mireva Publications.
- Farrugia, George (2010) Il-Ġens Grammatikali fil-Malti. (Teżi tad-Dottorat - L-Università ta' Malta).
- Haspelmath, Martin & Sims, Andrea D. (2010) Understanding Morphology. London: Hodder.
- Schembri, Tamara: The Broken Plural in Maltese, A Description, IL-LINGWA-TAGĦNA Vol. 3/2012.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Examination (2 Hours) SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Albert Borg
Ray Fabri
George Farrugia (Co-ord.)

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2020/1. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit