Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3009

 
TITLE Kors Sinottiku fil-Lingwistika Maltija

 
LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
ECTS CREDITS 6

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Jittieħdu temi lingwistiċi mifruxin mal-kors kollu u ssir diskussjoni kritika tagħhom. Fl-istess ħin isir sforz biex jinħarġu fid-dieher ir-relazzjonijiet bejn tema u oħra biex l-istudenti jaslu għal sintesi tal-lingwistika Maltija.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' din it-taqsima-studju huma:

- Li tgħin lill-istudenti jagħrfu l-oqsma ewlenin tal-istudju lingwistiku tal-Malti;
- Li tistedinhom jaraw ir-rabtiet li hemm fost komponenti li matul il-kors aktarx jiġu ppreżentati b'mod separat;
- Li tħeġġiġhom japplikaw it-tagħrif storiku u sinkroniku li jkunu kisbu matul il-kors għas-sitwazzjoni lingwistika attwali u biex iqabbluha mal-imgħoddi u l-ġejjieni tal-ilsien Malti.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jagħżlu l-elementi ewlenin li jsawru l-ilsien Malti;
- Jagħmlu assoċjazzjoni bejn it-temi lingwistiċi li jkunu ġew trattati matul il-kors;
- Janalizzaw aspetti varji tal-Malti fid-dawl tal-mudelli, it-teoriji u l-oqsma li jkunu studjaw.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jiddiskutu b’mod kritiku temi lingwistiċi (sinkroniċi u dijakroniċi) prinċipali fl-istudju tal-Malti;
- Japplikaw it-tagħrif miksub għall-qagħda lingwistika attwali tal-Malti u jagħrfu x’jistgħu jkunu l-isfidi u l-indikazzjonijiet għall-ġejjieni;
- Iħarsu lejn aspetti tal-lingwa minn angoli differenti, kuntrastanti jew kumplimentari, u jiżnuhom skont id-dinamika tal-lingwa.

 
STUDY-UNIT TYPE Synoptic Study-Unit

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Examination (3 Hours) SEM2 Yes 100%

 
LECTURER/S Albert Borg
George Farrugia
Manwel Mifsud
Michael Spagnol
Olvin Vella

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit