Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE DGP0453

 
TITLE Tisħiħ fil-Kitba tal-Malti 1

 
UM LEVEL 00 - Mod Pre-Tert, Foundation, Proficiency & DegreePlus

 
MQF LEVEL Not Applicable

 
ECTS CREDITS Not Applicable

 
DEPARTMENT Degree Plus Programme

 
DESCRIPTION L-Għanijiet tat-Taqsima:

- tgħallem ir-regoli bażiċi tal-ortografija Maltija;
- taġġorna lill-istudenti bl-aħħar deċiżjonijiet ortografiċi;
- tħarreġ lill-istudenti fl-użu tajjeb tal-Malti b’għadd ta' eżerċizzji prattiċi.

Id-Deskrizzjoni tat-Taqsima:

Din it-taqsima hi maħsuba għal studenti li qed jistudjaw f’oqsma akkademiċi differenti u jixtiequ jiksbu ħila ikbar fl-użu tal-Malti biex iħejju ruħhom aħjar għall-ħajja professjonali, u għal membri tal-pubbliku li jixtiequ jsaħħu l-għarfien tagħhom fil-kitba tal-Malti.

Il-kors joffri tagħrif u taħriġ ortografiku li bih l-istudenti jkunu jistgħu jsaffu l-kitba tagħhom mill-iżbalji u jaġġornaw ruħhom mar-regoli ewlenin tal-ortografija Maltija.

Fost l-aspetti ortografiċi spjegati waqt il-lezzjonijiet u li jingħata taħriġ dwarhom hemm:

- il-vokali ie;
- il-konsonanti għ u h;
- il-vokali tal-leħen;
- il-konsonanti mniffsin (rotob) u mleħħnin (qawwija);
- il-prepożizzjonijiet u l-artiklu;
- il-kitba tan-numri;
- il-kitba tal-kliem mill-Ingliż fil-Malti.

L-Assessjar:

Minħabba li t-taqsimiet tad-DegreePlus mhumiex maħsuba biex ikunu piż akkademiku fuq l-istudenti, il-lezzjonijiet huma mfassla biex l-istudenti jitgħallmu b’mod pjaċevoli billi jipparteċipaw b’mod attiv fihom. Għalhekk, għal din it-taqsima m’hemmx assessjar formali, imma l-istudenti jingħataw xogħol biex jipprattikaw u jikkonsolidaw li jkunu tgħallmu. B’hekk ikunu jistgħu jkejlu l-progress tagħhom fil-Malti huma stess.

Il-Materjal Użat fit-Taqsima:

M’hemmx testi partikolari għal din it-taqsima, għalkemm jiġu rrakkomandati xi kotba mil-lettur. Il-materjal kollu li jintuża waqt il-lezzjonijiet ikun ipprovdut mil-lettur.

 
ADDITIONAL NOTES Din it-taqsima-studju tista’ ma tkunx offruta jekk ma jkunx hemm applikanti biżżejjed. Bl-istess mod, jekk jinqabeż in-numru massimu ta’ applikanti, xi applikazzjonijiet jistgħu ma jintlaqgħux.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Attendance No 100%

 
LECTURER/S Joseph Noel Grima (Co-ord.)

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit