Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE DGP0456

 
TITLE Ritmi Mqallba - Kors Prattiku Intensiv ta' Kitba tal-Poeżija

 
UM LEVEL 00 - Mod Pre-Tert, Foundation, Proficiency & DegreePlus

 
MQF LEVEL Not Applicable

 
ECTS CREDITS Not Applicable

 
DEPARTMENT Degree Plus Programme

 
DESCRIPTION Dan il-kors prattiku u intensiv tal-kitba tal-poeżija, jiffoka fuq il-mekkaniżmi ewlenin li huma meħtieġa biex tinbena poeżija biċċa biċċa u biex il-poeżija ma tibqax biss kliem fuq karta, imma tieħu ħajja ġdida lil hinn, speċjalment quddiem udjenza.

Il-kors jibda billi jħares lejn dak li nkiteb diġà kif ukoll lejn dak li qed jinkiteb. Poeżiji oħra, kemm Maltin kif ukoll barranin, iservu ta’ mudell biex minnhom jinsiltu eżempji partikolari li jgħinu lil dak li jkun jirrifletti fuq l-att tal-kitba nnifisha u fuq it-tekniki diversi li jistgħu jitħaddmu u l-effett Ii jħallu.Għakhekk, dawk li jiktbu l-poeżija jinvestu l-ħin u l-enerġija kreattiva tagħhom mhux biss f'kitba li tfittex l-aħjar espressjoni possibbli imma qabelxejn fil-qari tal-poeżija. Kull sessjoni ta' sagħtejn tinqasam f’qari, riflessjonijiet u istruzzjonijiet, u f’ħin għal kitba prattika li tesperimenta b'mekkaniżmi u strateġiji differenti.

It-temi li se jiġu indirizzati huma varji u permezz tagħhom joħroġ fid-dieher kif tiġi indirizzata tema minn poeti differenti, fi żminijiet differenti. Il-kors iħares lejn tekniki bħar-ripetizzjoni u l-enjambment, kif ukoll ir-rwol fundamentali tar-ritmu u tax-xbihat figurattivi li ħafna drabi tfittex il-poeżija. Il-kors iħeġġeġ lill-parteċipanti biex jesperimentaw u ma jibżgħux jiktbu l-ewwel versi tagħhom.

Valutazzjoni:

Minħabba li l-units tad-Degree Plus mhumiex maħsuba biex ikunu piż akkademiku żejjed fuq l-istudenti, għaldaqstant il-lekċers huma mfassla b’mod li l-istudenti jitgħallmu b’mod pjaċevoli billi jipprattikaw u jipparteċipaw kemm jista’ jkun b’mod attiv waqt il-lezzjonijiet. Għal din it-taqsima studju ma jeżistix assessjar formali madanakollu l-istudenti jingħataw xogħol biex jipprattikaw u jikkonsolidaw dak li jkunu tgħallmu.

 
ADDITIONAL NOTES Din it-taqsima-studju tista’ ma tkunx offruta jekk ma jkunx hemm applikanti biżżejjed.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Attendance No 100%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit