Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE DGP0459

 
TITLE L-Użu tal-Malti fil-Qasam Legali

 
UM LEVEL 00 - Mod Pre-Tert, Foundation, Proficiency & DegreePlus

 
MQF LEVEL Not Applicable

 
ECTS CREDITS Not Applicable

 
DEPARTMENT Degree Plus Programme

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju hija mmirata għal studenti li qed jistudjaw fil-qasam legali, li huma diġà midħla tal-ilsien Malti imma jixtiequ jtejbu l-użu tiegħu fil-qasam ta’ studju partikolari tagħhom u jiksbu ħiliet ġodda, speċjalment fil-kitba ta’ strumenti legali, biex iħejju ruħhom aħjar għax-xogħol fil-professjoni tagħhom.

Matul il-kors, l-istudenti jitħarrġu kif jifhmu u jinterpretaw it-terminoloġija li tintuża fil-qasam tagħhom, kif jagħżlu kliem minn ieħor meta jiġu biex jifformulaw dokume. nti ġodda, kif jagħtu stil u forma attraenti u li tiftiehem lill-kitba tagħhom, kif jevitaw ċerti żbalji ortografiċi li jista’ jkollhom konsegwenzi legali serji, u kif, fil-professjoni tagħhom, jispjegaw id-dokumenti b’mod ċar u b’lingwa sempliċi li tiftiehem.

Għanijiet:

Li tħeġġeġ lill-istudenti biex fil-professjoni tagħhom ifittxu li jużaw Malti mitkellem tajjeb, li jiftiehem sew mill-klijenti tagħhom, u biex id-dokumenti li jipproduċu jkunu miktuba b’ortografija tajba, b’għażla ta’ kliem preċiż li jkollu t-tifsira intenzjonata, u b’forma attraenti u preżentabbli. Filwaqt li wieħed jifhem li fil-professjoni ċerti dokumenti jinkitbu bl-Ingliż, titrawwem fl-istudenti l-idea li kull fejn huwa possibbli, dokument għandu jinkiteb bil-Malti, u b’Malti tajjeb.

Li tħarreġ lill-istudenti f’ħiliet u fi stili ta’ kitba tajba bil-Malti (pereżempju, rikors, testment, kuntratt, u ittra lill-klijenti).

Li tħeġġeġ lill-istudenti japprezzaw kemm hi għodda siewja l-lingwa Maltija fix-xogħol tagħhom u jkunu kburin li jużawha u jippreżentawha b’mod verbali u miktub tajjeb fil-professjoni tagħhom.

Materjal Użat:

F’din it-taqsima-studju ma jintużawx kotba partikolari, imma t-tutur tipprovdi fuljetti li ssir referenza għalihom u li jintużaw fid-diskussjoni. Spjegazzjoni ta’ xi regoli tal-ortografija u tad-deċiżjonijiet uffiċjali dwar l-ortografija tingħata b’mod informali, bħala parti mid-diskussjoni dwar l-użu prattiku tal-lingwa fil-qasam legali. Waqt parti mil-lezzjoni ssir diskussjoni mal-istudenti biex jiġu analizzati żbalji komuni li spiss isiru fid-dokumenti u li bis-saħħa ta’ din it-taqsima-studju l-istudenti jitgħallmu jevitawhom għalkollox.

Assessjar:

Minħabba li l-units tad-Degree Plus mhumiex maħsuba biex ikunu piż akkademiku żejjed fuq l-istudenti, din it-taqsima-studju tagħraf dan il-kuntest u għaldaqstant il-lezzjonijiet huma mfasslin b’mod li l-istudenti jitgħallmu b’mod pjaċevoli u flessibbli billi huma stess jipparteċipaw direttament u anke jipprattikaw dak li jitgħallmu. Minn lezzjoni għal oħra l-istudenti jistgħu jingħataw kitba x’jippreparaw li sservi bħala spunt ta’ diskussjoni fil-lezzjoni ta’ wara. L-iskop hu li l-istudenti jindunaw huma stess li jkunu qed jagħmlu progress fl-użu tal-lingwa.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Attendance No 100%

 
LECTURER/S Mary Ka Mariella Mizzi
Joseph Noel Grima (Co-ord.)

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit