Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101981
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-09-23T09:51:55Z-
dc.date.available2022-09-23T09:51:55Z-
dc.date.issued2022-
dc.identifier.citationCalleja, M. (2022). In-novelli ta’ Ġużè Aquilina (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101981-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractL-għan ta’ dan l-istudju huwa biex juri l-aspetti differenti fin-novelli ta’ Ġużè Aquilina, b’fokalizzazzjoni fuq ir-realiżmu u l-idealiżmu li jinsabu fihom. Il-ħtieġa li jinkiteb xogħol fuq innovelli tiegħu kienet kbira peress li hemm nuqqas kbir ta’ studji fuq dawn in-novelli. In-novelli relevanti għal dan ix-xogħol huma tnax li nkitbu bejn l-1932 u l-1989. Dawn innovelli huma meħuda mir-rivisti Leħen il-Malti u Il-Malti u mill-ktieb Antoloġija ta’ Proża Maltija ta’ Aquilina stess. L-appendiċi fl-aħħar tat-teżi, In-Narrattiva ta’ Ġużè Aquilina ta’ Jake Mejlak, juru dawn in-novelli meta nkitbu u fejn u huma anki maqsumin skont it-tema tagħhom. L-ewwel kapitlu ta’ dan ix-xogħol huwa bbażat fuq sfond storiko-kulturali fejn se jiġu deskritti avvenimenti mill-istorja fiż-żmien li għex fih Aquilina, li setgħu jiffurmaw l-ideoloġija tiegħu bħala kittieb u novellist. Dan l-isfond se juri wkoll kif kienet il-ħajja ta’ dak iż-żmien, mhux biss f’Malta imma anki f’Għawdex. Dan il-kapitlu se jfiehem x’seta’ kien li affettwa lil Aquilina sabiex jikteb dawn in-novelli. It-tieni kapitlu jittratta fuq l-istorja tan-novella inġenerali u se jidhru l-aspetti ġenerali ta’ Aquilina bħala novellier. Aquilina se jiġi mqabbel ukoll ma’ novelliera oħra li huma Temi Zammit u Ġwann Mamo u se jidher kif dawn in-novelliera affettwaw lil Aquilina bit-tekniki tagħhom. It-tielet kapitlu se jiffoka fuq ir-realiżmu li jidher f’dawn in-novelli. Aquilina wera biċ-ċar ir-realtà tal-ħajja taż-żmien li kien qed jikteb fih permezz tar-realiżmu. Dan il-kapitlu se juri kull aspett realistiku li wieħed isib fin-novelli, mir-realtà tal-ħajja tal-fqar, għar-realtà tal-poter talKnisja u għar-realtà tal-mara inferjuri, fost l-oħrajn. L-aħħar kapitlu mbagħad, se jiffoka fuq lidealiżmu li jidher f’dawn in-novelli u se juri biċ-ċar l-ideoloġija ta’ Aquilina li kellu għal soċjetà aħjar. Din l-ideoloġija turi kemm Aquilina ried armonija bejn il-klassijiet, kif ukoll l-importanza tal-lingwa Maltija bħala lingwa ta’ prestiġju.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectShort stories, Maltese -- 20th centuryen_GB
dc.subjectRealism in literatureen_GB
dc.subjectIdealism in literatureen_GB
dc.titleIn-novelli ta’ Ġużè Aquilinaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCalleja, Martha (2022)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL008.pdf
  Restricted Access
1.48 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.