Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/10326| Title: | Sottotitli bil-Malti ghall-film Fight Club (1999) |
| Authors: | Cassar, Simon |
| Keywords: | Dubbing of motion pictures Motion pictures -- Titling Motion pictures -- Translating and interpreting Fight Club (Motion picture) |
| Issue Date: | 2013 |
| Abstract: | F'din l-era ta' komunikazzjoni fil-massa li qed ngħixu fiha, is-sottotitli saru għodda neċessarja sabiex il-media xxandar il-messaġġ tagħha fuq medda iżjed wiesa'. F'Malta, it-traduzzjoni tas-sottotitli hija xi ħaġa ġdida u qatt ma rajnihom implementati ħlief f'ambjent akkademiku, bħal ma qed isir f‟din it-teżi. Għalhekk l-għan ewlieni ta‟ din it-teżi huwa li jiġi indirizzat dan in-nuqqas billi l-metodu ta‟ sottotitli jiġi implimentat f‟proġett fuq livell ta‟ kultura popolari, u żgur l-aqwa eżempju ta‟ dan huwa fuq livell ta‟ films. It-traduzzjoni ta‟ dawn is-sottotitli trid tkun waħda tajba ħafna biex it-traduttur, li f‟dan il-każ huwa l-istudent, twasslu għallgrad ta‟ Master fit-traduzzjoni. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta‟ din it-teżi huwa li titqajjem kuxjenza kollettiva dwar ilpotenzjal ta' dan il-mezz ta‟ komunikazzjoni miktub li huwa s-sottotitolazzjoni u r-riżultat pożittiv li dan jista' jġib miegħu meta wieħed jippromwovi l-lingwa tiegħu stess b'dan il-mod. Ir-raġuni għalfejn is-sottotitli bil-Malti m'humiex mezz tant komuni f'Malta jagħtiha DíazCintas li osserva li l-korrelazzjoni bejn l-eżistenza ta' forma ta' traduzzjoni tal-films (sottotitli jew iddabjar) u l-pajjiż li jużahom m'hijiex kemm hu sinjur il-pajjiż iżda l-kobor tiegħu. Il-film li ġie magħżul għat-traduzzjoni ta‟ din it-teżi jismu “Fight Club”. Dan hu film kontroversjali għall-aħħar li ħareġ fl-1999 u li hu meħud minn-novella tal-istess isem ta' Chuck Palahniuk. Illum, dan il-film huwa meqjus bħala “cult classic” u l-ġenerazzjoni żagħżugħa kollha ftit jew wisq taf bih. Dan il-film jittratta spettru vast ta' temi relevanti, fosthom il-materjaliżmu tas-soċjetà moderna, mard mentali, relazzjonijiet umani u nnikiliżmu. Minħabba l-kwadru psikoloġiku li jippreżenta dan il-film, jiġifieri li l-protagonista tal-film ikun individwu b‟żewġ personalitajiet distinti, joffri sitwazzjonijiet u sfidi differenti mill-aspett tat-traduzzjoni, speċjalment meta se jiġi tradott lejn il-Malti, li f‟dan il-każ hija lLingwa Mira (LM). Il-ħtieġa li t-traduttur ikun jaf b‟mod tajjeb ħafna n-nisġa tal-film hija bil-wisq essenzjali, u allura kienet naturali li l-ewwel saret riċerka intensiva dwar l-istorja talfilm, tan-novella oriġinali, biex it-traduttur seta‟ jifhem aħjar il-ħsieb tal-awtur dwar l-istorja u l-osservazzjoni ta' dettalji rqaq (kemm fil-film u kif ukoll fil-ktieb). Dan fisser ħafna sigħat ta' qari u studju intensiv tal-film qabel biss ma bdiet it-traduzzjoni. Fil-bidu, in-novella “Fight Club” ħarġet bħala storja qasira ta‟ seba‟ paġni li l-awtur kitibhom waqt wara nofsinhar monotonu. Il-kunċett kien li tinkiteb storja qasira li fihom ikun hemm sett ta‟ regoli li, skont l-istess awtur, setgħu jippermettulu li jiddeskrivi din ir-realta‟ tal-„Fight Club‟ lil hinn mir-realta‟ taż-żmien. L-ispirazzjoni għat-titlu tal-ktieb ġiet mill-fatt li fiż- żmien li l-awtur kien qed jikteb din l-istorja, kien hemm ħafna kotba b‟titli bħal “The Joy Luck Club”, “The Divine Secrets of the Ya-Ya Sisterhood” u “How to Make an American Quilt”. Dawn kienu kollha kotba li, skont Chuck Palahniuk, ippreżentaw mudell soċjali għannisa fejn kienu mistiedna biex ikunu flimkien, ipoġġu bilqiegħda, waqt li jaqsmu l-istejjer tagħhom ma‟ xulxin. Madankollu, l-awtur ma sab l-ebda ktieb li jippreżenta l-istess mudell, imma applikat għall-irġiel. Mudell bħal dan seta jagħti lill-irġiel struttura, rwoli, u regoli ta‟ logħba jew biċċa xogħol mingħajr wisq sentimentaliżmu. L-awtur jikteb li dan seta‟ ssejjaħ xi ħaġa mingħajr sens ta‟ theddida bħal “Barn-Raising Club” jew “Golf Club”, iżda l-isem “Fight Club” ippreferieh. |
| Description: | M.A.TRANSLATION |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/10326 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtTTI - 2013 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 13MATIS015.pdf Restricted Access | 2.15 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
