Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/12711
Title: Mingħajr għodda ma taħdimx : inrawmu l-imħabba lejn il-qari bil-Malti permezz tal-librerija tal-klassi fl-ewwel sena tal-primarja
Authors: Portelli, Charlene Marie
Xerri, Tiziana
Keywords: Children -- Books and reading -- Malta
Maltese language -- Study and teaching (Primary) -- Malta
Classroom environment -- Malta
Libraries -- Malta
Children's literature, Maltese -- Malta
Issue Date: 2015
Abstract: Skont L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex 2014- 2019 (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2014a) il-librerija tal-klassi tista’ sservi bħala mezz li tqarreb lit-tfal lejn il-kotba u lejn il-qari bil-Malti u bl-Ingliż. Dan jikkuntrasta mar-riżultati tal-PIRLS tal-2011 (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2013) li juru li għalkemm it-tfal Maltin tal-Ħames Sena tal-Primarja huma esposti għal-librerija fil-klassi aktar mit-tfal barranin, il-livell tal-qari mhuwiex għoli daqskemm mistenni. Barra minn hekk, it-tfal Maltin marru aħjar fil-qari bl-Ingliż milli fil-qari bil-Malti. Dan wassal lir-riċerkaturi biex jistaqsu jekk it-tfal għandhomx ikunu esposti għal ambjent mogħni bil-kotba u l-kitba saħansitra mill-Ewwel Sena tal- Primarja. Għaldaqstant, ir-riċerkaturi stħarrġu jekk l-għalliema tal-Ewwel Sena jħossux li għandu jkollhom librerija fil-klassi, kif qegħdin jarmawha u kif qed jużaw ilkotba ta’ ġo fiha biex jibdew irawmu l-imħabba lejn il-qari bil-Malti minn kmieni. Irriċerkaturi qassmu kwestjonarji lill-għalliema tal-Ewwel Sena f’25 skola primarja tal- Istat madwar Malta u Għawdex. Wara, intervistaw 22 mill-għalliema-parteċipanti, u ttieħdu sett ta’ ritratti tal-librerija tal-klassi tagħhom. Mill-analiżi tad-data miġbura jidher li n-nuqqas ta’ spazju fil-klassijiet, flimkien man-nuqqas ta’ kotba disponibbli bil-Malti addattati għat-tfal ta’ din l-età, qiegħed ixekkel lill-għalliema milli jibnu u jimlew il-librerija tagħhom b’ammont siewi ta’ kotba bil-Malti. Minkejja dawn il-limitazzjonijiet, l-għalliema jidhru li qegħdin jippruvaw jippromwovu l-imħabba lejn il-qari bil-Malti, mhux biss bis-self ta’ kotba mil-librerija, iżda anki billi jużaw kotba bil- Malti waqt il-lezzjonijiet tal-lingwa bħal uri u għid, l-irrakkuntar tal-istejjer, u waqt il-lezzjonijiet tal-grammatika.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/12711
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BED144.pdf
  Restricted Access
9.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.